Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum Issa ejja naqsmu n-numri skont il-ġeneru, l-età, il-ġeografija u l-livell ta' edukazzjoni. Minkejja li dawk favur huma f 'maġġoranza f 'kull grupp hawn imsemmi, il-persentaġġi jvarjaw biex il-proġett huwa l-inqas popolari fost in-nisa, dawk tal-etajiet bejn 18 u 35, l-Għawdxin u dawk b'edukazzjoni terzjarja. Fil-fatt kienu 41% tan-nisa li qalu illi jaqblu mal-proġett u 23% li qalu illi ma jaqblux li għandu jsir. Għalkemm mhux f 'maġġoranza dan huwa wieħed mill-ogħla persentaġġi kontra dan il-proġett f 'dan is-sondaġġ. Dan jista' jindika li l-kampanja li saret dwar is-siġar waslet iktar jew kienet aktar effettiva man-nisa, riflessa wkoll fil- preżenza qawwija ta' nisa fost dawk li pprotestaw kontra dan il-proġett. Ħafna nisa huma inċerti dwar il-proġett iżda, hekk kif 36% ma kinux jafu jekk il-proġett għandux isir jew le. Minkejja li l-appoġġ għall- proġett kien konsiderevoli fost dawk bejn 18 u 35 sena, xorta kien fost l-inqas hawnhekk. B'kollox 49% qalu li jaqblu, 21.4% qalu illi ma jaqblux u 29.4% ma kinux jafu jekk għandux jibda l-proġett jew le. Ġeografikament, u wieħed jifimha, l-Għawdxin huma l-inqas entużjasti għal dan il-proġett. Naturalment l-Għawdxin huma l-inqas li se jużaw din it-triq u allura 52.3% ta' dawk li pparteċipaw fis-sondaġġ xjentifiku ma kinux jafu jwieġbu jekk għandux isir jew le. Dan huwa l-akbar perċentwal f 'Malta ta' parteċipanti li qalu illi ma jafux jaqblux jew le. Xorta iżda dawk li jaqblu mal-proġett huma aktar b'36% filwaqt li dawk li ma jaqblux laħqu l-11.5%. L-appoġġ huwa baxx ukoll fiż-żona tat-Tramuntana tal- pajjiż fejn 28.6% ma jaqblux mal-proġett, filwaqt li 38.7% jaqblu. U finalment il-proġett huwa l-inqas popolari fost dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja fejn huma 43.7% li jaqblu illi l-proġett isir, dan filwaqt li huma 30.6% (l-ogħla persentaġġ għal- 'Le') ta' dawk b'edukazzjoni terzjarja li jemmnu illi l-proġett m'għandux isir. L-irġiel, l-anzjani, tal-Kottonera u b'edukazzjoni sekondarja l-aktar illi jaqblu Kif għidna diġà, il-proġett għandu l-appoġġ tal- maġġoranza f 'kull grupp. Minkejja dan hemm gruppi ta' parteċipanti fejn l-appoġġ huwa akbar. Inqas nisa minn irġiel jaqblu mal-proġett, bi 62.4% tal-irġiel jaqblu li l-proġett għandu jsir. Dan huwa 22% iktar min-nisa. Huma biss 16% tal-irġiel li ma jaqblux mal-proġett filwaqt li 21.4% ma jafux. L-aktar li jaqblu li l-proġett għandu jsir imbagħad huma dawk li għandhom aktar minn 65 sena, b'54.2%. It-tieni l-aktar huma dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena bi 53%. Huma biss 18.5% u 21.5% ta' dawk li għandhom aktar minn 65 sena u bejn 51 u 65 sena rispettivament li ma jaqblux illi l-proġett isir. L-akbar appoġġ għall-proġett ġej min-Nofsinhar tal-Port u allura miż-żona tal-Kottonera u l-madwar. Hawnhekk, 61.3% jemmnu li l-proġett għandu jsir, l-ogħla persentaġġ minn fost kull grupp ta' parteċipanti, filwaqt li huma 7% biss li ma jaqblux li għandu jsir il-proġett, l-inqas ukoll fost il-gruppi kollha ta' parteċipanti. Fiż-żona tax-Xlokk tal-pajjiż, l-appoġġ għall-proġett huwa għoli wkoll, bi 58.5% favur li jsir u 15% biss li huma kontra. U finalment dawk l-aktar li jappoġġjaw dan il-proġett ġeneralment għandhom edukazzjoni sekondarja, hekk kif hawnhekk 56.7% tal- parteċipanti jaqblu mal-proġett filwaqt li huma 14.8% biss li ma jaqblux, ħafna inqas minn dawk li ma jaqblux u li għandhom edukazzjoni terzjarja. Persentaġġ ftit ogħla ta' persuni li ma jaqblux mal-proġett huma dawk li għandhom edukazzjoni post sekondandarja, b'19.3%. Hawnhekk mill-ġdid iżda maġġoranza assoluta (52.3%) jaqblu mal-proġett. Central Link isir ... imma ħafna bla risposta Taħseb li l-proġett tas-Central Link bejn l-Imrieħel u Ħ'Attard għandu jsir? Jekk mort l-Università hemm iktar ċans li ma taqbilx L-aktar grupp li ma tantx qed jappoġġja dan il- proġett huwa dak ta' nies b'livell edukattiv terzjarju. Hawnhekk 30.6% ma jaqblux mal-proġett. Minkejja dan, 43.7% xorta jaqblu. Iktar minn 50 sena? Probabbilment taqbel mal-proġett Fost dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena, 53.2% jaqblu li l-proġett għandu jsir u 21% ma jaqblux. Fost dawk ta' aktar minn 65 sena, l-appoġġ jikber għal 54% favur u 18.5% biss kontra. Dan is-sondaġġ sar bejn id-29 ta' Lulju u t-2 ta' Awwissu. Ipparteċipaw 549 persuna. Il-marġini ta' żball huwa ta' +/-5%. Waħda mis-siġar li qajmet l-għagħa Għawdex It-Tramuntana It-Tramuntana tal-Port In-Nofsinhar tal-Port Ix-Xlokk Il-Punent

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019