Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Floriana Dispensary, Floriana San Raffael Pharmacy, Marsa Brown's Pharmacy, Qormi Rational Pharmacy, Birkirkara Regional Pharmacy, Msida Ta' Giorni Pharmacy, San Ġiljan Remedies Pharmacy, Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Attard Mġarr Pharmacy, Mġarr Qawra Pharmacy, Qawra Brown's Paola Square Pharmacy, Paola Vittoriosa Pharmacy, Birgu Medicor Pharmacy, Xgħajra Gudja Pharmacy, Gudja Mqabba Central Pharmacy, Mqabba The Bypass Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Taċ-Ċawla Pharmacy, Victoria, Gozo Tony's Pharmacy, Marsalforn, Gozo MIAAirport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ L-aktar mit-Tramuntana għall- Majjistral forza 2 għal 3 li jsir forza 3 għal 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 25˚Ċ Temp Sabiħ, lokalment ftit imsaħħab għall-ewwel Viżibilità Tajba Riħ Tramuntana għall-Majjistral forza 3 lokalment forza 3 għal 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 'Kull individwu għandu jkollu ċ-ċans li jipparteċipa b'mod sħiħ fil-festi' - Anthony Agius Decelis AKTAR proġetti qegħdin jiġu implimentati bħala parti mill-Fond Festi Inklussivi, wara li lura fl-2018, is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis ressaq din l-inizjattiva bħala miżura għall-Baġit. L-għan tal-Fond Festi Inklussivi huwa li nipprovdu għajnuna finanzjarja sabiex każini tal-banda joħorġu bi proġetti innovattivi li jassiguraw li l-festa tar-raħal jew tal-belt tagħhom tkun waħda aċċessibbli u tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità u l-anzjani. Għaldaqtant permezz ta' dan il-Fond, il- proġetti sottomessi mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta u l-Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun kienu fost dsatax-il proġett li ntgħażlu mill-bord indipendenti. Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta, ibbennefikat minn €5,000 li permezz tagħhom din l-għaqda setgħet tagħti xandira diretta fuq it-televixin u pprovdiet trasport għall-anzjani fil-komunità u dawk fid-djar residenzjali tal-Mosta biex jipparteċipaw fil- kunċert li jittella' ta' kull sena. Min-naħa l-oħra, l-Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun ipproponiet li waqt il-kunċert mużikali tintwera l-istorja tal-patrun bil-lingwa tas-sinjali Maltija, tippubblika verżjoni bil-braille tal-istorja ta' San Gejtanu, u li jsiru trasmissjonijiet diretti fuq Facebook. Dan il-proġett ibbenefika minn €9,000. Fost il-persuni li bbenefikaw minn dawn iż-żewġ proġetti kienu dawk il-persuni b'diżabilità li għandhom nuqqas ta' smigħ, dawk neqsin mid-dawl, anzjani li jgħixu fid-djar residenzjali, u persuni b'diżabilità u anzjani li ma jistgħux joħorgu mid-dar minħabba diffikultajiet ta' mobilità. Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis stqarr illi "qegħdin insegwu r-riżultati tal-proposti li kull każin tal-banda għamel biex ikun jista' jieħu fondi għalihom". Huwa kompla jsostni li permezz ta' din l-għajnuna kulħadd ikollu l-opportunità jipparteċipa fil-festi f 'pajjiżna, li huma ċelebrazzjoni tal- komunità sħiħa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019