Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 DIN il-gazzetta tista' tiżvela l-operazzjoni ta' diversi laboratorji illegali li qed jimmanifatturaw steroids anaboliċi illegali sabiex jintużaw mill-atleti. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw fid-dettall li l-aktar drogi komuni huma: Sustanon, Nandrolone Decatonate, Trenbolone Acetate u Testosterona Cyponate. Dawn qed jiġu mmanifatturati f 'laboratorji illegali u mibjugħa f 'dożi ta' 10ml għall-prezz ta' €35. Apparti minn hekk, is-suq għal dawn id-drogi tant huwa kbir li apparti li jinbiegħu f 'Malta, dawn qed ikunu wkoll esportati f 'pajjiżi barra minn xtutna b'servizz ta' courier express fosthom lejn Sqallija, il-Ġermanja u Ċipru. Il-bejgħ u l-użu ta' dawn id-drogi mingħajr riċetta tat- tabib jew liċenzja neċessarja hi illegali u ġġorr magħha piena ta' ħabs. Madanakollu sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta spjegaw li l-użu ta' steroids illegali fl-isports hi prassi komuni f 'Malta u li l-awtoritajiet idawru wiċċhom għal dawn l-operazzjonijiet illeċiti għax ma jqisuhomx fl- istess livell ta' drogi oħrajn. Perikli kbar abbonati ma' dawn id-drogi Ħafna minn dawn id- drogi jiġu inġettati b'siringa għall-perjodu li jvarja skont id-droga. Ta' min jinnota li waħda minn dawn id-drogi komuni li qed jinbiegħu lill- atleti f 'Malta, Trenbolone, hi proprjament magħmula biex tingħata lill-bhejjem u naturalment ma tinbiegħx mill-kumpaniji farmaċewtiċi. B'hekk din bilfors trid tiġi mmanifattura b'mod illegali. Espert tan-nutrizzjoni li tkellem mal-ILLUM b'mod anonimu, irrimarka li, "l-użu ta' steroids għall-skopijiet ta' saħħa medika diġà jġorr miegħu periklu, aħseb u ara dawk li jkunu mmanifatturati fil-black market." Marbut ma' dawn id-drogi hemm relatati lista twila ta' effetti sekondarji fosthom, problemi fil-kliewi, riskju ta' kanċer, dipressjoni, ansjetà, acne, telf tax-xagħar, pressjoni tad-demm għolja, aggressività u rata ta' qalb mgħaġġla. Ma' din il-gazzetta huwa spjega li bħal kull droga oħra li tinbiegħ fuq l-idejn, dawn l-isteroids immanifaturati f 'postijiet b'nuqqasijiet iġeniċi, jafu jkunu ta' periklu kbir għall-atleti li jużawhom. "Din hi sitwazzjoni simili għal dik tad-droga kokaina jew eroina li kultant nisimgħu li kienet imħallta ma' xi sustanzi li finalment tikkaġuna mewt. X'inhuma dawn id-drogi u għalfejn jintużaw? Il-bniedem jipproduċi ammont ta' steroids b'mod naturali, però mal-medda taż-żmien ix-xjentisti ħolqu verżjoni artifiċjali ta' dawn l-isteroids bl-għan li jfejqu pazjenti li jbatu minn mard varju. Ovvjament, dawn id- drogi malajr beda jsir abbuż mill-atleti għal prestazzjonijiet impekkabbli. Fost l-oħrajn dawn id-drogi jgħinuhom iħossuhom anqas għajjenin, aktar aġli, jagħtuhom aktar saħħa u jkabbru l-muskoli f 'livelli mhux naturali minħabba l-produzzjoni kbira ta' proteini. Mhux l-ewwel darba li każijiet ta' abbuż ħolqu skandli madwar id-dinja fosthom fiċ-ċikliżmu u l-atletika. Fi sport ieħor bħal dak tal-bodybuilding, teżisti kultura sħiħa marbuta ma' dawn l-isteroids hekk kif diversi atleti jibdew jagħmlu użu mill-isteroids fil-mument li jilħqu l-ogħla livell tal-fiżika tagħhom u għalhekk isibuha diffiċli li jkabbru u jsebbħu l-forma tagħhom. Minkejja dan, sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw li s-suq għal dawn l-isteroids huwa varju u mhux limitat biss mal- bodybuilding. Niżvelaw laboratorji illegali ta' steroids f 'Malta… esportati lejn l-Italja, Ċipru u l-Ġermanja lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019