Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835
12 JEKK f 'Malta hawn vjolinist magħruf u maħbub bla dubju ta' xejn huwa George Curmi, magħruf bħala l-Pusè li jkun fejn ikun għid li se jqajjem kulm'hemm bl-allegrija u bit-talent tiegħu. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Pusè biex issir tafu aħjar u skopriet affarijiet dwaru li ftit jafu n-nies. Bdejna nitkellmu dwar it-tfulija tiegħu u kif ġietu l-ħajra li jitgħallem il-vjolin. Ftit huma dawk li jafu li l-ewwel strument li qabad b'idu l-Pusè ma kienx il-vjolin, iżda d-drums. "Minn meta kont għadni żgħir ħafna kienu jistaqsuni xi rrid insir u kont ngħidilhom li rrid insir band leader," qalilna l-Pusè. Spjega kif qabad idoqq id-drums b'kumbinazzjoni. Missieru, li mingħandu ħa l-laqam tal-Pusè, kien qed jgħallem id-drums lil ħuh Martin u li hu 10 snin akbar minnu. Kompla jispjega kif darba minnhom ħuh Martin kien qiegħed ix-xogħol u hu ħa l-okkażjoni biex ipoġġi mad- drums u jaqbad idoqq. "Missieri ħaseb li ħija ma kienx mar ix-xogħol iżda ommi qaltlu li kont jiena. Tela' fuq u sabni ndoqq u baqa' skantat," saħaq Curmi waqt li insista li dak iż-żmien kellu biss erba' snin. "Kont noqgħod wara l-bieb, nara x'qed jagħmlu u wara mmur nipprattika dak li jkunu għamlu huma." Minn hemm ma ħarisx lura. Spjega kif kull meta kienu jkunu xi tieġ, speċjalment dawk tal-familja, kienu jtellgħuh fuq il-palk biex idoqq bid- drums. "Meta kienu jarawni tifel, tal-band kienu jiskantaw. Kont għadni żgħir imma diġà kelli ċertu stil," kompla jirrakkonta u minn hemm beda jistudja dan l-istrument bis-serjetà, inkluż bit-teorija tal-mużika. Anke jekk illum huwa l-aktar magħruf għall-vjolin, jibqa' jirrakkomanda t-tagħlim tad-drums. "Ir-ritmu li tani d-drums kien importanti ħafna. Biex tkun mużiċist komplut irid ikollok widna tajba, jiġifieri intonazzjoni, ritmu tajjeb u anke s-sentiment. Dawn it-tlieta flimkien jagħmlu mużiċist," kompla jgħidilna. Ma kienx irid idoqq il-vjolin imma s-saxophone Mela allura minn meta beda jistudja l-vjolin? Kien missier George li ġennu biex jibda jistudja l-vjolin, anke jekk il-Pusè kien jippreferi li jitgħallem l-istrument ta' missieru, is-saxophone. "Bdejt nistudja l-vjolin ta' 11-il sena. Ħadtha bis-serjetà ħafna. Fis-sajf konna nieqfu, iżda l-għalliem tiegħi, Joe Galea, kien jeħodni d-dar tiegħu biex inkompli bil-lezzjonijiet għax ma kienx iridni naqta'. Kont nistudja sigħat sħaħ." Sentejn wara, ta' 13-il sena, il- Pusè daħal part-time mal-orkestra tat-Teatru Manoel. "Kienu jġibuli permess speċjali biex ma mmurx skola minħabba l-provi," kompla jirrakkonta. Meta għalaq 15-il sena, ġietu l-opportunità li jmur jistudja l-mużika Firenze u meta rritorna lura reġgħet ġietu opportunità li jidħol full-time mal-orkestra tal-Manoel. Iżda ma kienx għad għandu 18-il sena kif kien jitlob l-istatut. "Kieku ma għażlunix kont lest li nsiefer barra minn Malta. Iżda applikajt u ntgħażilt. Kellhom problema biss għax kelli 17-il sena. Spiċċaw bidlu l-istatut biex inkun nista' nidħol u dħalt," qalilna Curmi. Il-fama tal-Pusè tibda tikber... Fil-fatt, għamel 21 sena mal-orkestra tat-Teatru Manoel iżda fl-istess ħin kellu ħafna xogħol ieħor. "Kelli ħafna xogħol ġo nightclubs, bdejt fil-linja tal-jazz, sifirt barra minn Malta u anke offrewli l-irwol ta' maniġer tal-ispettaklu fil-Hilton, li għadni nokkupa sal-lum. Ġietni wkoll opportunità li nidħol fi sħab f 'ristorant. Tkun għadek żgħir tipprova kollox," qalilna l-Pusè u kien għalhekk li rriżenja mill-orkestra. F'dan iż-żmien, il-Pusè kien diġà magħruf ħafna għat-tiġijiet u x-xogħol żdiedlu ħafna meta ħabta u sabta miet Charlie Lucas. "Fis-snin tmenin, il-vjolini kienu reġgħu saru popolari fit-tiġijiet. L-aktar vjolinista magħruf kien Charlie Lucas. Ta' 68 sena miet b'attakk tal-qalb. It-tiġijiet il-kbar waqgħu fuqi. Kelli biss 17-il sena. Dak iż-żmien kelli l-kuraġġ li nidħol għal dik ir- responsabbilità," qalilna l-Pusè. Meta tkun għadek żgħir, l-entużjażmu u l-enerġija jkunu għadhom b'saħħithom. Irrakkontalna kif il-wejters kienu jieħdu qatgħa bih. Fakkar li f 'dak iż-żmien mhux bħal- lum, ma kienx hemm ħinijiet. "Lanqas brejk ma kont nieħu, forsi anke biex nintgħoġob. Lil tal-band kont inbażwarhom," kompla jgħidilna. Imma dan il-laqam tal-Pusè minn fejn ġej? Il-Pusè. Iżda dan il-famuż laqam minn fejn ġej? Jaħseb li għenu? "Jien ma għandix stage name. L-istage name huwa ta' missieri. Missieri kien mużiċist bravu. Kelli żewġ zijiet oħra bil-vjolin. Kienu jdoqqu Strada Stretta, iżda wieħed kien idoqq ukoll il- Manoel u l-ieħor it-Teatru Rjal. Minn disa' aħwa, seba' kienu jdoqqu. Kelli t-triq imwittija. Illum din qed tirrifletti wkoll fit-tfal tiegħi. L-isem huwa tapit għalina," spjegalna George. Kien għalhekk, li l-Pusè insista li jammira ħafna lil dawk il-mużiċisti li ġejjin minn familja fejn ħadd ma jdoqq. "Naf mużiċisti ta' suċċess li l-familja tagħhom ma riduhomx ikunu mużiċisti għax kważi kważi diżunur. Lil dawn nammirahom," kompla jisħaq. Tkellem ukoll fuq ix-xewqa tiegħu li jkun band leader u fi kliemu dan ukoll huwa frott l-inkoraġġiment ta' missieru. "Missieri kellu l-band tiegħu meta kiber u ċertu kellu età. Ma riedx li l-iżbalji tiegħu nagħmilhom jiena. Għalhekk minn meta kont żgħir kien iħeġġiġni biex ikolli l-band tiegħi." L-istess fejn jidħlu s-shows li l-Pusè tant kien u għadu magħruf għalihom. "Jiena kreattiv. Kont noħloq il-kostumi mix-xejn u dan bis-saħħa tal-fatt li l-familja tiegħi, il-familja Curmi, hija involuta fil-karnival," kompla jgħidilna. L-innovazzjoni u l-versatilità, l-aqwa kwalitajiet tal-Pusè Staqsejnieh x'jaħseb li hija l-aktar kwalità li għandu u li għenitu fis- suċċess tiegħu. "Jiena dejjem kont innovattiv. Il-forte tiegħi hija l-versatilità tal-istili. Illum kapaċi ndoqq l-orkestra, l-għada l-jazz fi Strada Stretta, indoqq ma' grupp Intervista illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio George Curmi l-Pusè. Meqjus bħala l-aqwa vjolinist f'Malta, imma kontu tafu li ma jdoqqx il-vjolin biss? Kontu tafu li lanqas biss ried idoqq il-vjolin? Tiftakruh l- Malta Song for Europe? Fejn idoqq l-aktar għal qalbu? L-ILLUM tistaqsih 'Lanqas jien stess ma naf Naf mużiċisti ta' suċċess li l-familja tagħhom ma riduhomx ikunu mużiċisti għax kważi kważi diżunur. Lil dawn nammirahom