Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 rock, ġo knisja," wieġeb il-Pusè. "Kont l-ewwel wieħed li f 'Malta li introduċejt l-effetti tal-kitarra tar-rock addattati għall-vjolin. L-ewwel wieħed li bħala vjolinista kont intella' l-cabaret." Huwa għalhekk li meta jagħġen dawn l-elementi kollha flimkien, il-Pusè jippreferi jsejjaħ lilu nnifsu bħala artist, milli sempliċiment vjolinista jew mużiċist. Din l-oriġinalità tiegħu tant kienet popolari u kienet tintgħoġob li kien ikun mistieden anke fl-aqwa lukandi. "Dak iż-żmien biex tkun popolari ridt tkun kantant. Iżda jien kelli isem daqs kantant... daqs kantanti bħal Mary Spiteri. Konna ndoqqu s-Suncrest. Kien ikun ippakkjat. L-Erbgħa jiena u l-Ġimgħa Mary Spiteri," irrakkonta Curmi. Il-Pusè kien ħa sehem għall- Eurovision imma... U tiftakruh il-Pusè jieħu s-sehem fil-Malta Song for Europe? Ħa sehem darbtejn. Fl-1994 kien kiteb "It's his Violin," dwett bejn vjolinista u kantanta. Ma kienx rebaħ. Kien hemm min qatagħlu qalbu għax kanzunetta b'vjolinist u kantanta ma tantx kienu popolari. Is-sena ta' wara, il-Eurovision kienu rebħuh n-Norveġja, bid-diska popolari 'Nocturne – Secret Garden," li l-vjolin għandu parti ċentrali fiha. "Minn dejjem kelli viżjoni. Minn dejjem inħares 'il quddiem. Min ma joħlomx nofsu mejjet," kompla jisħaq. U kemm il-vjolin għandu? Kurżità u mistoqsija li minn dejjem xtaqt nistaqsi lill-Pusè kienet kemm għandu vjolini. Bqajt bil-kurżità għax lanqas hu stess ma jaf. "Għandi ħafna. Għadni kemm investejt fi tlieta oħra. Emmini lanqas naf kemm għandi u kollha kemm huma għandhom il-ħoss partikolari tagħhom," weġibni. Il-Pusè mhuwiex vjolinista, iżda mużiċista Iżda kontu tafu li apparti l-vjolin, il-Pusè jdoqq strumenti oħra? Diġà semmielna li xtaq jistudja s-saxophone u missieru ma xtaqux. Kif iżżewweġ, xtara wieħed u kien missieru stess li għallimulu. L-aħħar strument li qabad huwa l-klarinett li llum idoqqu ta' spiss ukoll. Idoqq ukoll il-pjanu u l-mandolina apparti d-drums li tkellimna dwarhom qabel. Anke jekk il-vjolin jibqa' l-istrument ewlieni tiegħu, idoqq l-istrumenti kollha b'għajnejh magħluqa tant li mhux l-ewwel darba li mar kunċerti, jew idoqq xi mkien u ma jmissx b'idejh il-vjolin. "Jiena għal tieġ nieħu miegħi erba' jew ħames strumenti," kompla jisħaq. 'Trid tibqa' tipprattika anke jekk iddoqq kuljum' Għal aktar minn darba matul l-intervista, il-Pusè rrefera għalih innifsu bħala "annimal tal-istudju." Anke jekk kuljum ikollu jdoqq xi mkien, għalih dak mhux biżżejjed bħala prattika. Kuljum isib il-ħin biex jipprattika l-istrumenti kollha li jħobb. "Id-daqq mhuwiex studju. Nistudja ħafna mat-tifel. Irrid insib ċans ieħor għall-istrumenti l-oħra wkoll. Darbtejn fil-ġimgħa norqod għand ommi. Dejjem immur bi strument. Flok nara t-televiżjoni, nipprattika," kompla jispjega. "Ma tridx tkun supperv. Anke jekk il-mużika titwieled biha, trid tistudja." Kien hawn li insista li hija ħasra li llum kulħadd moħħu fiċ-ċertifikati. Saħaq li huma importanti iżda staqsa x'jiswa li wieħed ikollu ċertifikat ta' għaxar snin ilu u qatt aktar ma poġġa bilqiegħda jistudja u jipprattika. "Jiena nisma' rrid mhux nara ċ-ċertifikati." Il-Pusè u l-għeruq fi Strada Stretta Il-Pusè xtaq ikun band leader. Illum għal band għandu tnejn. Waħda minn dawn il-bands jisimha: 'Hot Club of Valletta.' Din il-band ma jeħodhiex miegħu f 'tieġ. Hija vintage band, anke mill- mod ta' kif jilbsu l-mużiċisti. Iddoqq l-aktar fi Strada Stretta, it-triq li hija marbuta mal-laqam u l-familja tal- Pusè. "Din kienet ħolma tiegħi. L-istil li ndoqqu jgħidulu gypsy jazz, stil li kien popolari ħafna fi Strada Stretta, speċjalment fi żmien missieri. Hemm min jgħidli li jiena r-rinkarnazzjoni ta' mużiċisti fi Strada Stretta," qalilna b'daħka. Għal min ma tantx jaf lill-Pusè u l-familja tiegħu, ir-rabta tagħhom mal-Belt Valletta hija kbira. Fi kliem Curmi stess, kull ġebla li hemm il-belt taffaxinah, kull ħaġa li hija tal-Belt iħobbha iżda Strada Stretta għandha post mill-aktar speċjali, anke għax l-għeruq tiegħu ġejjin minn hemm, bi qraba tiegħu kellhom ħwienet u anke kienu fost l-aktar mużiċisti mfittxija f 'din it-triq. "Kull meta ndoqq Strada Stretta nħoss li għext hemmhekk. L-għeruq tiegħi hemm qegħdin," qalilna b'ċertu nostalġija. Anke r-riħa tal-ġebla fi Strada Stretta taf tieħdu fi vjaġġ lura fiż-żmien. "Artist ikollu kważi kważi sensi u sentimenti differenti. Jiena jekk inxomm riħa taf teħodni 40 sena lura u ngħidlek il-post eżatt fejn xammejtha jew saħansitra d-data." Tant kemm hi għal qalbu din it-triq, li l-Pusè għandu xewqa. Mir-rakkonti u d-deskrizzjonijiet dettaljati ta' missieru jixtieq li xi darba jniżżilhom fi ktieb. Iżda l-Pusè huwa wkoll kompożitur Lill-Pusè mdorrijin narawh u nieħdu gost nisimgħu l-mużika ferriħija tiegħu. Iżda forsi ftit jafu wkoll li l-kompożizzjoni hi ħafna għal qalb George Curmi u jikteb stili varji. Fil- fatt, anke jekk huwa magħruf għall- mużika ferriħija, il-Pusè kiteb ukoll innijiet. Fost il-kompożizzjonjiet li huma l-aktar għal qalb il-Pusè, huma l-innijiet li kiteb għall-festa tal- Madonna tal-Karmnu u anke l-innu li kiteb għall-Belt Valletta. Il-Pusè kiteb ukoll innu għall-festa tal-Madonna ta' Liesse, għall-festa ta' Santu Wistin tal-Belt Valletta u anke għall-festa tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardmangia. Minn dawn kollha, il-mimmi ta' għajnejh jibqa' l-innu 'Sliem Belt Valletta,' li l-kliem tiegħu kitbu Belti ieħor, Hector Bruno. Dan kitbu fis-sena tal-Valletta 2018. Kitbu għax xtaq li jagħti xi ħaġa lura lill-Belt li fiha trabba meta ngħata "Ġieħ il-Belt Valletta." L-istorja tkompli... Il-mużika hija parti mir-rutina fid-dar tal-Pusè L-istorja donnha qed tirrepeti ruħha. George Curmi wiret l-imħabba lejn il- mużika u l-laqam mill-familja tiegħu. Jidher li hu qed jirnexxilu jgħaddihom lill-familja tiegħu. L-ewwel nett, kien il-vjolin li laqqa' lil George ma' martu Hilda. Kienet tinżel minn Ħaż-Żebbuġ biex tisma' lill-Pusè jdoqq fil-quddies fil- Knisja tal-Karmnu. Hilda tkanta u t-tliet uliedhom idoqqu. "Il-mużika hija parti mir-rutina tad- dar tagħna," kompla l-Pusè. 'Malta hawn l-opportunitajiet. Ma narmux lilna nfusna' Temm din l-intervista b'parir lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jistudjaw strument. L-ewwel u qabel kollox saħaq li kontra dak li jingħad, f 'Malta hawn opportunitajiet. "Ejja ma narmux lilna nfusna. Qatt ma ddejjaqt għax Malti meta ndoqq barra minn Malta. Jekk immur tajjeb mat-turisti f 'Malta, kapaċi ndoqq u nagħti pjaċir anke barra," saħaq. L-akbar parir tal-Pusè għall-istudenti tal-mużika huwa biex jieħdu l-istudju bis-serjetà. "Kif qed jiġu mużiċisti barranin u bravi hawn Malta, kapaċi mmorru aħna wkoll," temm jappella liż- żgħażagħ. Intervista Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum naf kemm għandi vjolini'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019