Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi SANTA Marija, hija festa maħbuba ħafna mal-Maltin, mhux biss minħabba l-btajjel tas-sajf, iżda anke minħabba ġrajjiet storiċi li r-rakkonti tagħhom jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, partikolarment dik tal-konvoj tal-1942. Bix-xieraq li f 'dan il-Ħadd qabel il-15 ta' Awwissu, il- gazzetta ILLUM tiddedika dawn iż-żewġ paġni għall-festa ta' Santa Marija. Fil-fatt illum qed naqsmu l-fliegu biex inżuru l-festa ta' Santa Marija ċċelebrata bil-kbir fiċ-Ċittadella u l-Belt Victoria, liema festa ta' kull sena tiġbed lejha eluf ta' dilettenti anke minn Malta. Kif tagħmel dejjem, l-ILLUM se tħares ftit lejn l-istorja ta' din il-festa, il-karatteristiċi li jagħmluha unika u dak li tħejja għal din is-sena. Devozzjoni u titular li jaf il-bidu tiegħu minn żmien San Pawl? Anke jekk il-purċissjoni bil-vara ta' Santa Marija ilha ssir 63 sena, ma jfissirx li d-devozzjoni lejn il-Madonna mhijex aktar antika minn hekk. Diġà spjegajna kif qabel id- donazzjoni tal-vara, il-Kapitlu tal-Katidral kien xorta waħda jiċċelebra din il-festa bl-akbar solennità. Manuskritti u rapporti storiċi, fil-fatt juru kif id-devozzjoni lejn il-Madonna fil-qalba taċ- Ċittadella, tmur lura sekli sħaħ. Il-Katidral li nsibu fil-qalba taċ-Ċittadella minn tal-inqas huwa t-tielet wieħed li jokkupa dan is-sit. X'aktarx li l-ewwel knisja fuq dan is-sit tmur lura għal żmien il-Biżantini, liema knisja x'aktarx iġġarrfet fi żmien il- ħakma tal-Għarab (870-1127). F'rapport li jmur lura għall-1241, miktub minn Giliberto Abbate, l-amministratur lokali f 'isem ir-Re Federiku II, isemmi knisja fil-qalba taċ-Ċittadella. Dokument ieħor tal-1435 jirreferi għal knisja matriċi ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna u dokumenti differenti jibqgħu jsemmu din il-knisja li tkabbret mas-snin. Għaddew is-snin u bdew il-pjanijiet biex tinbena knisja akbar, liema pjanijiet tħaffew aktar meta l-knisja kienet ġarrbet ħsarat f 'terremot li kien seħħ fil-11 ta' Jannar tal-1963. L-ewwel ġebla tal-knisja li għadna naraw sal- lum tpoġġiet fil-21 ta' Settembru tal-1697 u minn hemm beda x-xogħol skont il-pjanijiet u l-mudell li kien għamel Lorenzo Gafà. Il-Knisja kienet inawgurata fl- 14 t'Awwissu tal-1711. F'Settembru tal-1864, il-Papa Piju IX waqqaf id-Djoċesi ta' Għawdex, b'din il-matriċi tkun iddedikata bħala l-knisja Katidrali. Fiex jidħol San Pawl? Anke jekk l-ewwel referenza għall-knisja ddedikata lit-Tlugħ fis- Sema tal-Madonna jmur lura għall-1435, it-tradizzjoni tmur lura ħafna aktar minn hekk. Kien San Pawl li fis-sena 60 W.K, ġab il-fidi f 'Malta. Skont tradizzjoni, f 'dawk iż-żminijiet, fuq is-sit fejn illum insibu l-Katidral, kien hemm tempju Ruman iddedikat lil Ġuno, liema tempju, l-ewwel Insara, iddedikawh lill-Madonna. Ma hemmx dokumenti li jippruvaw dan, madanakollu, meta kien qed jinbena l-Katidal, kienu nstabu fdalijiet ta' tempju Ruman fuq is-sit fejn għal sekli sħaħ kien hemm knisja ddedikata lill- Madonna. Il-festa bi tmiem uniku u devot li jfittxuh mijiet Kull ġimgħa, il-gazzetta ILLUM qed tesplora dawk il-karatteristiċi li għandha kull festa u li jagħmluha differenti minn festi oħra. Ma tistax titkellem fuq il-festa ta' Santa Marija tar-Rabat Għawdex u ma ssemmix iċ- ċelebrazzjoni unika li ttemm din il-festa. Malli l-istatwa ta' Santa Marija tasal lura fiċ-Ċittadella, qabel ma tidħol lura qalb is-swar tal- Kastell, din tiddawwar tħares lejn l-Għolja ta' Gelmus, minn fejn il-Vampa Organisations, jittella' spettaklu ta' logħob tan-nar. Wara, l-istatwa ta' Santa Marija tintrefa' mill-ġdid u tibda miexja b'lura, fejn waqt il-kant tal-innu marċ mill- isbaħ 'Lil Marija Assunta,' kompożizzjoni tas-Surmast Vincenzo Cremona, tittella' ftit ftit it-taraġ twil u wieqaf tal- Knisja Katidrali. Hija xena mill-isbaħ. Mijiet ta' persuni jippakkjaw il-pjazza u t-taraġ tal-Katidral waqt li Santa Marija titla' sal-bieb prinċipali fost baħar ta' xemgħat. Iżda ċ-ċelebrazzjoni ma tiqafx 14 illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 Festi 14 | Il- Festi 'Għawdex kollu tbiddel f 'ġenna'... L-Għawdxin jiċċelebraw bil-kbir lil Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM għażlet li tagħmel bħal ħafna Maltin u taqsam il- iegu u żżur ir-Rabat biex issir taf aktar dwar waħda mill- akbar festi ta' Santa Marija X'ħejjew ġdid id-dilettanti tal-armar Din il-festa ta' Santa Marija hija magħrufa wkoll għall-armar rikk u fin li jżejjen it-toroq tal-Belt Victoria. L-ILLUM tkellmet ma' Mark Schembri, kordinatur tal- Għaqda Armar Santa Marija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone, li spjega magħna dak li ħadmu fuqu matul din is-sena. Schembri spjega kif l-aħħar snin, l-għaqda tal-armar ħadmet biex tbiddel l-armar fil-Pjazza Katidral u propju għalhekk li din is-sena tkompla x-xogħol tal-iskultura fuq il-pedistall tal- eroini. Għal din il-pjazza, se tkun qed tiżżanżan ukoll statwa ġdida li tirrappreżenta eroina oħra msemmija fl-Iskrittura, dik ta' Miriam, xogħol Aaron Camilleri Cauchi. Schembri spjega wkoll kif f 'din il-pjazza saru żewġ labardi ġodda biex jikkumplimentaw il-bandalori li żżanżnu s-sena li għaddiet. Għaċ-Ċittadella wkoll, kompla jgħidilna l-Kordinatur, saru żewġ bnadar ġodda għal fuq is-swar. Iżda x-xogħol ma kienx marbut biss maċ-Ċittadella. Schembri spjega kif tkompla x-xogħol tal-iskultura fuq il-pedistall ta' Santa Marija li jintrama quddiem il-każin, fejn saru żewġ simboli li jirrappreżentaw tnejn mill-Evanġelisti. Dan apparti xogħol ieħor ta' skultura u anke induratura fuq pedistalli u statwi. Il-vara ta' Santa Marija quddiem il-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani Wieħed mis-settijiet ta' pavaljuni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019