Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 ISPIRAT minn fatti li ġraw tabilħaqq aktar minn 100 sena ilu, The Current War, huwa dramm storiku fuq il-pika ta' żewġ personaġġi li vvintaw xi ħaġa utli għal pajjiżhom u għall-bqija tad-dinja kollha tal-ġejjieni. Żewġ irġiel Amerikani, imbegħdin minn xulxin b'aktar minn 300 mil se jiġġieldu għas-supremazija: min minnhom se jkun kapaċi jixgħel lin-nazzjon Amerikan b'dawl elettriku fiss? Fil-prologu, ferrovija mimlija benestanti mustaċċuni ta' New York imorru fid-dalma tal-lejl fil-kampanja ta' New Jersey. L-uniku dawl baxx li jidher hu dak tas- sigarru ta' Thomas Alva Edison (Cumberbatch), imlaqqam is-Saħħar ta' Menlo Park. F'salt wieħed jingħafas swiċċ u l-pajsaġġ kollu jiddawwal b'mijiet ta' bozoz. Forsi l-akbar kreazzjoni s'issa ta' Edison. Mijiet ta' mili 'l bogħod lejn il-Punent, l-industrijalist rivali George Westinghouse (Shannon) jisma' b'din l-aħbar u jistieden lil Edison għandu għall-ikel. Westinghouse jara ħafna difetti fis-sistema diretta (DC) ta' Edison u mgħejjun minn Nikola Tesla (Hoult) jilgħab ġidu kollu fuq sistema ta' kurrent elettriku li jalterna (AC). Sadanittant, Edison iżur il-White House b'invenzjoni oħra tiegħu - il-Fonografu. Meta l-President Amerikan, Chester A. Arthur iħajru jiddisinja armi għall-militar, hu jirrufta. Battalja qalila bejn it-tnejn se tibda min minnhom hu kapaċi jixgħel belt sħiħa Fuq il-gazzetti wieħed jibda jmaqdar lill-ieħor. Il-Gwerra tal-Kurrenti se tkun deċiża fil-Fiera Dinjija ta' Chicago, fejn se jiġi ddikjarat ir-rebbieħ u l-kurrent tiegħu se jintuża biex kriminal jingħata s-siġġu elettriku. Il-fama ta' Westinghouse, wara bdiet tisparixxi billi hu stess qered ħafna dokumenti, imma Edison baqa' jistinka u jirsisti meta daħal b'ruħu u ġismu fl-industrija tal-films li kien għadha kemm nibtet. The Current War hu xogħol interessanti għal sezzjoni ta' nies, xi ftit repetut, b'fotografija eċċellenti. The Current War INNOVELLA The Art Of Racing In The Rain ta' Garth Stein għamlet tliet snin fil-lista tal-aktar kotba li nbiegħu u ġiet maqluba fi 38 lingwa. Fuq quddiem tal-istorja nsibu lil Denny Swift (Ventimighlia), sewwieq tal-karozzi tal-ġiri Formula 1 li tgħallem ħafna dwar in-natura tal-bniedem u għaraf li t-teknika li juża fl-arena tal-ġiri ta' dawn il-vetturi jista' jużaha b'suċċess fil-ħajja. L-andament tal-film juri li Denny għandu 3 affarijiet marbutin sewwa ma' qalbu: martu Eve (Seyfried), it-tifla Zoe (Dodswoth-Evans) u Enzo (vuċi ta' Costner), il-kelb prattiku tiegħu li hu n-narratur ta' din il-ħrafa ħelwa. Parti sostanzjali ta' din il-produzzjoni hija dwar l-għaqda dejjiema bejn il- kelb u sidu. Enzo jirrakkonta ħajtu u l-esperjenzi tiegħu mal- familja ta' Denny b'mod filosofiku, xi kultant bi preċiżjoni u oħrajn b'osservazzjonijiet żbaljati, però hekk ġeneralment tiżvolġi l-ħajja. Il-ħerqa tiegħu li jitgħallem minn dak kollu li b'sabar josserva, l-ewwel nett biex ikun kelb ubbidjenti u fidil u biex, kif kien ra f 'dokumentarju li wara li jmut jerġa' lura bħala uman. Mill-punto di vista tiegħu, ikun preżenti għaż-żwieġ ta' Denny, għat-twelid ta' Zoe, jara lil sidu mmanettjat u anki jsofri ġrajja ta' niket. Ix-xeni tal-familja bil-kelb leali dejjem attent u josserva, ġieli ħosbien, jalternaw ma' oħrajn ta' ġiri tal-karozzi Formula One. Barra li l-kelb jitgħallem ħafna, jitkellem b'vuċi soda ta' wieħed spiritwali, dejjem juri mħabba bla qies lejn sidu u l-familja tiegħu u anki jgħin kif jaf f 'mumenti ta' niket u tensjoni bl-inbieħ kontinwu tiegħu. The Art of Racing in the Rain, joqgħod fil-kategorija ta' dawk imsejħa feel-good movies, addattat għall- familja, b'atmosfera li tixbah sewwa ħafna mill-films addattati mill-kotba ta' Nicholas Sparks. Il-vuċi ta' Kevin Costner verament tagħti bilanċ lil dan ix-xogħol! illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films għal dil-ġimgħa Atturi Ewlenin: Milo Ventimiglia; Amanda Seyfried; Gary Cole; Kathy Baker; Martin Donovan; Lily Dodsworth- Evans; Kevin Costner (vuċi). Direttur: Simon Curtis. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 109 min. Ċert. P.G. The Art of Racing in the Rain Atturi Ewlenin: Benedict Cumberbatch; Michael Shannon; Katherine Waterston; Nicholas Hoult; Tom Holland; Tuppence Middle- ton; Matthew MacFayden. Direttur: Alfonso Gomez Rejon. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 105 min. Ċert. 12A.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019