Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 RACHEL Borg - goalkeeper tat-tim nazzjonali u ta' Mġarr United li għandha għal qalbha ferm il-futbol, fejn tinkoraġġixxi bis-sħiħ lill-bniet u t-tfajliet biex jagħmlu bħalha u jimbarkaw fuq karriera fil-futbol. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Il-futbol qiegħed fid-demm tal-familja. Minn mindu kelli ħames snin, kont tarani bil-ballun f 'idejja, nilgħab mas-subien fit-triq jew immur ħarba sal-grawnd tal-Mosta. Għamilt erba' snin nilgħab mas-subien imbagħad mort man-nisa fl-irwol ta' goalkeeper. Kont ukoll nara lil ħija l-kbir, Steve Borg, jilgħab f 'livell professjonali. X'tikkummenta fuq dan l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? Nista' ngħid li l-aħħar staġun kien wieħed mill-aqwa kemm ilni mal-Imġarr. Bħala tim inħoss li tjiebna fil-livell u għamilna ħilitna kollha biex f 'kull logħba nġibu riżultat pożittiv. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall- irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Il-maġġoranza tan-nies ma jarawx il-futbol u b'hekk jikkritikawh. Fil-fehma tiegħi m'hawn l-ebda sport li huwa tal-irġiel. Matul dawn l-aħħar 10 snin, il-futbol tan-nisa nbidel ħafna. Nista' wkoll inżid li bħala fiżika u aġilità sejrin għall-aħjar, għalkemm dejjem jibqa' lok għall- progress. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat għamel impatt kbir fil-futbol tan-nisa. Huwa dejjem jara kif ikabbar dan l-isport fin-nisa u kif jista' jkabbar il-plejers. Nixtieq ukoll inżid li huwa bniedem umli immens. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Dak dejjem ikollok dawk il-logħbiet memorabbli! Li qiegħda nifforma parti mit-tim nazzjonali minn mindu kelli tmien snin diġà huwa ta' unur għalija. Bħala logħob nista' nsemmi meta kont qiegħda nilgħab mal- Under 16 fl-aħħar sena tiegħi mal-Mosta, fejn kont irbaħt id-double. Wara mort mal- Imġarr u rbaħna sentejn wara xulxin id-double. Is-sena l-oħra ġejna l-ewwel darba fil-finali tan-knock out kontra Birkirkara. Għalkemm spiċċajna tlifna bil-penalties, xorta tibqa' waħda mil- logħbiet memorabbli tiegħi. L-emozzjonijiet li kelli f 'dawk il-logħbiet, qatt ma nsib kliem biex niddeskrivihom! X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal- football tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? L-MFA dejjem tara fejn nistgħu nitjiebu fit-tattika, teknika u fiżika. Dejjem tħeġġiġna biex nagħmlu progress. Meta kellna xi logħob man-nazzjonal, tista' tgħid li kważi dejjem ġibna riżultat pożittiv. Imma iva, dejjem hemm fejn tista' tagħmel aktar. Tikkunsidra l-possibiltà li fil- futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Li nilgħab barra minn Malta, dejjem kienet il-ħolma tiegħi. Kelli anke prova mat-tim ta' Salento ġewwa l-Italja. Kien hemm diversi timijiet imħajrin għalija, iżda dak iż- żmien kont qiegħda nistudja fuq Higher National Diploma in Sports, u xtaqt inlesti l-istudji tiegħi l-ewwel. Issa qiegħda fil-Korp tal-Pulizija, u ninsab kuntenta ħafna. Għalhekk, żammejt il-futbol bħala passatemp. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Jekk trid, issib ħin għal kollox - biss trid tkun lesta li tagħmel ħafna sagrifiċċji. Mill- iskola, kont nibqa' sejra għat- taħriġ u wara kont immur nibda nistudja minflok immur nistrieħ. Issa ilni fuq sena fil- Pulizija, u nsib koperazzjoni kbira mis-superjuri tiegħi, biex inkun nista' nkompli dan l-isport li tant għandi għal qalbi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Jien inħares lejn il-futur tiegħi b'mod pożittiv ħafna. Għadni żgħira u ż-żmien favurija. Nixtieq li nirnexxi fil-korp u saħansitra jekk ikun hemm xi post relatat mal- isport se nipprova naħdem biex nakkwistah. Fejn jidħol il-futbol, nibqa' nagħti l-100% tiegħi man-Nazzjonal u mal- Imġarr biex nitjieb u nagħmel isem lil pajjiżi. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan- nisa? Żgur li ma nħossx li l-media sportiva tesponi lill-futbol tan-nisa biżżejjed. Ikun sabiħ li l-logħob tan-nazzjonal iġibuhom b'mod dirett meta nkunu qed nilagħbu barra minn pajjiżna, u meta jkollna logħob hawn Malta, jiġu jagħtuna s-sapport kif jagħtu lill-irgiel. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Il-messaġġ tiegħi lil dawk it-tfajliet li huma interessati li jieħdu l-futbol bis-serjetà huwa, li jemmnu fihom infushom u ma jħallu xejn li jtellifhom milli jgħixu l-ħolma tagħhom. Kull persuna li tieqaf toħlom, tieqaf tgħix. Nixtieq ngħidilhom ukoll, li l-futbol huwa impenn kbir ħafna u jirrikjedi ħafna sagrifiċċji. Trid il-ħin u trid tiċċaħħad minn ħafna affarijiet sabiex tirnexxi fil-futbol. Lill-ġenituri ngħidilhom, ħeġġu u agħtu iżjed kuraġġ lil uliedkom għal dan l-isport, u kunu l-ispalla tagħhom, speċjalment fejn jidħol l-isport. Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum 'Kull persuna li tieqaf toħlom, tieqaf tgħix' Rachel Borg waqt it-taħriġ Cristian Antony Musc

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019