Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835
Sports 31 logħob f 'diviżjonijiet oħra bħall- ewwel u t-tieni diviżjoni fejn hemm ħafna talent lokali. Ilni għal dawn l-aħħar ħames snin nilgħab fl-ewwel diviżjoni u ftit li xejn tara diriġenti u kowċis ta' klabbs tal-Premier jaraw logħba tal-ewwel diviżjoni. Għalhekk waħda mill-ftit opportunitajiet li għad baqgħalhom iż-żgħażagħ Maltin hija li jieħdu promozzjoni jew jissieħbu ma' tim li għadu kif ġie promoss u jieħdu l-opportunità li jesprimu t-talenti tagħhom u jittamaw li jattiraw l-attenzjoni ta' klabbs oħra. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Din hija raġuni oħra għalfejn ma naqbilx li jiżdied in-numru ta' plejers barranin. Huwa fatt li hawn numru ta' timijiet li jippreferu jinvesti fi plejer barrani milli jinvestu f 'talent lokali. Dan jista' jkun għal diversi raġunijiet, waħda minnhom hija l-element finanzjarju fejn klabb ikun jaqbillu jġib barrani milli jinvesti f 'talent lokali minħabba s-sistema tal-parametri. Biss però, il-livell ta' barranin li qed jara l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin mhuwiex l-istess livell ta' barranin li konna naraw fil-passat meta kien hemm regola ta' tliet barranin u dawn qed jieħdu post żgħażagħ promettenti meta ma jkunux ta' livell superjuri minn dak ta' talent lokali. Kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat tal-ewwel diviżjoni? Il-livell tal-grawnds li jintużaw għall-ewwel diviżjoni huwa aċċettabli però nissuġġerixxi li jkun hemm fixtures li jintlagħbu fil-Hibs Ground bħalma kien isir ftit tas-snin ilu. Dan għal diversi raġunijiet fosthom għall-fatt li l-playoff ma ssirx fuq ħaxix sentetiku u allura t-tim tal-Ewwel Diviżjoni jibda bi ftit żvantaġġ. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Il-livell ta' referis nemmen li kien tajjeb fl-opinjoni tiegħi. Hemm referis ġodda li għad jippromettu u bħalna l-plejers dawn huma suġġett għall-iżbalji li minnhom ikunu jistgħu jitgħallmu u jiżviluppaw ruħhom. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji huma ħafna. Hemm ħafna affarijiet li plejer tal-futbol irid jaħdem fuqhom. Irid jagħmel sagrifiċċju u jagħti l-100% f 'kull sessjoni ta' taħriġ wara tmien sigħat xogħol, joqgħod attent x'jiekol, jiċċaħħad minn ħin mal- familja u t-tfal, jiċċaħħad milli jqatta' l-ħin ma' sħabu u ħafna iktar. Xejn mhu impossibbli u fejn ikun hemm ir-rieda tal-plejer, kollox huwa possibbli! Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux faċli, speċjalment għall- fatt li nibda l-ġurnata fit-tmienja ta' filgħodu u nispiċċa fil-ħamsa ta' filgħaxija u jkolli nibqa' sejjer dritt għat-taħriġ. Ostaklu ieħor hu l-fatt li wara tmien sigħat xogħol ikun difficli biex tkun iffukat 100% għas-sessjoni ta' taħriġ, biss però dejjem nipprova li dejjem nagħti l-aħjar tiegħi f 'kull sessjoni ta' taħriġ biex nassorbi dak kollu li nista' biex ngħolli l-livell. Sagrifiċċju ieħor huwa li jkollok tissagrifika l-ħin minn mal-familja, partikolarment it-tfajla u t-tfal li meta nasal lura d-dar ikunu waslu biex jidħlu jorqdu. Għalhekk nieħu l-opportunità li nirringrazzjahom minn hawn tal- paċenzja li jieħdu bija. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Il-futur tiegħi jinsab inċert din is- sena. Diġà bdejt xi diskussjonijiet ma' timijiet oħra però jien preżentament plejer ta' Vittoriosa Stars. Diġà bdejt naħdem u nipprepara ruħi fiżikament biex inkun ippreparat għall-istaġun li jmiss. Dan l-istaġun qed narah strumentali u jista' jkun fundamentali biex nagħmel il-qabża li jmiss u naqta' xewqti u nilgħab fil- Kampjonat Premier. It-triq hija twila u mhux faċli, però żgur li mhux ħa naqta' qalbi. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi lil dawn iż- żgħażagħ huwa biex qatt ma jaqtgħu qalbhom. Il-logħba tal-futbol hija wisq sabiħa u apparti l-aspett kalċistiku hemm l-aspett uman. Il-logħba tal-futbol tgħinek issir bniedem aħjar. Tgħallimna wkoll ħafna valuri importanti fil-ħajja tagħna. Tgħallimna li l-ħajja daqqa titlef u daqqa tirbaħ però l-iktar ħaġa importanti hija li dejjem għandek tħares 'il quddiem, temmen fik innifsek u taħdem bla waqfien biex tikseb dak li trid. fundamentali biex nagħmel fil-Kampjonat Premier ' Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum