Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

I s-silġ qed idub kullimkien. Iktar kmieni din il-ġimgħa fl-Iżlanda saret kommemorazzjoni tal- glaċier Okjökull li dab wara madwar 700 sena li ilu jeżisti. Kien hemm ċerimonja ta' tifkira u twaħħlet plakka bi twissija għall-futur li tgħid: "Okjökull hu l-ewwel glaċier fl-Iżlanda li spiċċa. Matul il- mitejn sena li ġejjin il-glaċieri ewlenin li għandna ser tmisshom l-istess xorti. Dan il-monument jirrikonoxxi li nafu x'qiegħed jiġri kif ukoll x'jeħtieġ li jsir. Intom biss tafu jekk għamilniehx." Din id-dedika tispiċċa bid-data taċ-ċerimonja u l-konċentrazzjoni attwali tad-dijossidju tal-karbonju fl-arja, 415 parti minn kull miljun. Mappa ġeoloġika tal- 1901 tal-Iżlanda tindika li dan il-glaċier kien ikopri 38 kilometru kwadru. Issa spiċċa: dab u sparixxa fl- oċeani. It-tibdil fil-klima qiegħed magħna. Illum diffiċli biex dan jitwaqqaf. It-tibdil fil-klima m'għandux xi eżerċizzju teoretiku li jbassar il-futur: hu r-realtà li qed tiżviluppa quddiemna u li rridu niffaċċjaw. Il-kommemorazzjoni simbolika 'tal-mewt' tal- glaċier Iżlandiz hi twiddiba għal kulħadd: it-tibdil fil- klima teffettwa lil kulħadd, min mod u min ieħor. Iż- żieda fit-temperatura globali qed iddewweb il-glaċieri u l-icebergs. Dan iwassal biex jogħla l-livell tal-baħar u dan b'theddida serja għal kull attività fuq l-art li hi qrib tal- livell tal-baħar. L-effetti mhux ser ikunu biss mal-kosta, imma iktar 'il ġewwa wkoll. Kontinwament naqraw kif ibliet kbar li qegħdin mhux wisq 'il fuq mil-livell tal-baħar qed jaħsbu u jitħassbu dwar kif jistgħu jilqgħu għal din it-theddida: bliet bħal New York, Miami, Tampa, Boston, New Orleans, Amsterdam, Mumbai, Stokkolma, Buenos Aires, Dakar, Shanghai, Hong Kong, Cancun u bosta oħrajn jistgħu jisparixxu. Miljuni ta' bnedmin jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. U f 'Malta? L-għoli tal-livell tal-baħar jeqred il-faċilitajiet mal- kosta, bit-turiżmu jaqla' l-ikbar daqqa. Numru ta' żoni residenzjali mal-kosta wkoll jistgħu jkunu effettwati: bħal Marsalforn, ix-Xlendi, San Pawl il-Baħar, l-Għadira, Tas-Sliema, il-Gżira, Ta' Xbiex, l-Imsida, Birżebbuġa, Marsaskala u Marsaxlokk, flimkien ma' partijiet minn lokalitajiet oħra lkoll jintlaqtu skont kemm jogħla l-livell tal-baħar. Jiena infurmat li l-power station ta' Malta f 'Delimara, qiegħda madwar 4 metri 'l fuq mil-livell tal-baħar. Żieda żgħira fil-livell tal- baħar tista' tillimita l-ħsara għall-infrastruttura turistika u l-faċilitajiet kostali. Imma jekk iż-żieda fil-livell tal- baħar tkun waħda sostanzjali ż-żoni residenzjali mal-kosta, u bosta iktar, jistgħu jkunu effettwati. It-tbassir dwar kemm ser jogħla l-livell tal-baħar jiddependi fuq iż-żidiet reali fit-temperaturi. Fis-Summit dwar il-klima f 'Pariġi kien hemm it-tama li ż-żieda massima fit-temperatura ma taqbiżx il-1.5 gradi Celsius fuq it-temperatura pre- industrijali. Sfortunatament, illum, dan jidher li hu ħolm għax mexjin lejn żidiet ferm ogħla fit-temperaturi. It-tbassir minimu hu dwar żieda fl-għoli tal-baħar ta' madwar 500 millimetru imma hemm il-possibiltà li dan jista' jilħaq żieda fl-għoli ta' anke 7 metri! Dan hu tbassir li qed ikun revedut kontinwament mill-komunità xjentifika u jiddependi miż- żidiet reali fit-temperaturi u proġezzjonijiet reveduti. Malta għandha interess (dirett) ovvju biex it-tibdil fil-klima jkun indirizzat, imma fl-istess ħin issegwi politika li twassal il-messaġġ ċar li tiġi taqa' u tqum, ma jimpurtahiex. Eżempju ta' dan huma l-proġetti infrastrutturali konnessi mat- toroq li ser iservu biss biex iżidu n-numru tal-karozzi fit-toroq. Iktar karozzi, iktar emissjonijiet: kontribut dirett ikbar għat-tibdil fil-klima. Fejn diġà beda jinħass l-għoli fil-livell tal-baħar diġà sparixxew numru ta' gżejjer (mhux abitati) fil-Paċifiku. Hemm gżejjer oħra mill- Fiji sal-gżejjer Marshall, mill-Maldives sal-Bahamas, Tuvalu, il-Kiribati u bosta oħrajn li qegħdin taħt theddida imminenti. Anke Malta u Għawdex qegħdin fil-kju għax in-natura ma taħfira lil ħadd, ma timxix b'mod diskriminatorju. Ser tolqot lil kulħadd mingħajr eċċezzjoni. Carmel Cacopardo hu ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika L -inizjattiva tat-tifla Żvediża Greta Thunberg illum hi magħrufa mad-dinja kollha u s-sehem tagħha b'risq l-ambjent sar apprezzat minn ħafna nies fil- kontinenti kollha. Iżda x'qalet lill-kbarat tad- dinja meta marret bil-ferrovija ġo Davos, fl-Iżvizzera mlaqqgħin fil-Forum Ekonomiku Dinji mhux daqshekk magħruf. Deherli li jkun ta' siwi jekk did-darba nġib silta mid-diskors li għamlet did- daqsxejn ta' tifla quddiem dawk il-kbarat: Darna qed taqbad Qiegħda hawn biex ngħid, darna qed taqbad. Skont l-IPCC (Grupp Intergovernattiv dwar it- Tibdil fil-Klima) ninsabu inqas minn 12-il sena bogħod milli ma nibqgħux kapaċi nikkoreġu l-iżbalji tagħna. F'dak iż-żmien tibdiliet ta' qatt qabel fl-aspetti kollha tas-soċjetà jeħtieġ li jseħħu, fosthom tnaqqis ta' mill-inqas 50% fl-emissjonijiet tas-CD2 tagħna. U jekk jogħġobkom innotaw li dawn in-numri ma jinkludux l-aspett ta' ekwità, li hu assolutament meħtieġ biex il-ftehim ta' Pariġi jkun jista' jiffunzjona fuq skala globali. Lanqas ma jinkludi ċerti konsegwenzi bħall- gass metanu qawwi ferm li ġej mis-silġ tal-Artiku li qed jinħall. F'imkejjen bħal Davos in-nies jieħdu gost jgħidu stejjer ta' suċċess. Iżda s-suċċess finanzjarju tagħhom tħallas bi prezz li ma kienx maħsub. Fejn tidħol il-bidla fil-klima jkollna nammettu li fallejna. Il-movimenti politiċi kollha fil-għamla tagħhom hekk ġralhom, u l-media naqsu milli joħolqu kuxjenza pubblika wiesgħa. Għad hemm ċans Iva, qegħdin infallu , imma għad hemm ċans naqilbu kollox madwar. Għad nistgħu nirranġaw dan. Għad għandna kollox f 'idejna. Iżda jekk ma nagħrfux il-falliment ġenerali tas-sistemi preżenti tagħna, wisq probabbli ma għandniex ċans. Għandna quddiemna diżastru ta' tbatijiet qatt mitkellma għal għadd enormi ta' nies. U issa mhux iż- żmien li nitkellmu pulit jew nikkonċentraw fuq x'nistgħu jew ma nistgħux ngħidu. Issa hu ż-żmien li nitkellmu ċar. Is-soluzzjoni tal-kriżi hija l-isfida l-iktar kbira u l-iżjed ikkomplikata li l-bniedem modern qatt kellu quddiemu. Is-soluzzjoni ewlenija, però, hija hekk sempliċi li anke tifel żgħir jista' jifhimha. Jeħtiġilna nwaqqfu l-ħruġ tal-gassijiet serer. Jew nagħmlu hekk jew ma nagħmlux. Intom tgħidu li fil-ħajja m'hawn xejn iswed jew abjad, iżda din hija gidba, gidba perikoluża. Jew nevitaw li l-klima tkompli tisħon b'1.5 grad iżjed jew le. Jew nevitaw li naslu għal reazzjoni kontinwa irriversibbli bla kontroll mill-bniedem jew le. Jiddependi minnek jew minni Jew nagħżlu li nissoktaw iċ-ċiviltà jew le. B'daqshekk issir għażla sewda jew bajda. M'hemmx naħiet griżi meta hemm fin-nofs nibqgħux neżistu jew le. Ilkoll għandna għażla. Nistgħu noħolqu azzjoni trasformattiva li tiżgura l-kondizzjonijiet ta' ħajja għan-nisel li ġej. Jew nistgħu nissoktaw bix-xogħol tas-soltu u nfallu. Dan jiddependi minnek u minni. Xi wħud jgħidu li ma għandniex nidħlu fil-parti attiva. Minflok imissna nħallu kollox f 'idejn il-politiċi tagħna u sempliċiment nivvotaw għal bidla magħmula minnhom. Iżda x'nagħmlu meta ma jkunx hemm rieda politika? X'nagħmlu meta t-tibdil politiku meħtieġ ma jkun jidher imkien? Il-kbar fl-età għadhom jgħidu: 'Inħallu f 'idejn iż- żgħażagħ biex jimlewhom bit-tama.' Irridkom tippanikjaw Iżda jiena ma rridx it-tama tagħkom. Ma rridkomx timtlew bit-tama. Jien irridkom tħossukom f 'paniku. Irridkom tħossu l-biża' li nħoss kuljum. Imbagħad inkun irridkom tieħdu passi. Irridkom tieħdu passi bħallikieku tinsabu fi kriżi. Irridkom tieħdu passi bħallikieku darna qed taqbad. Għax tassew qed taqbad. Dun Anġ huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Is-silġ qed idub 'Darna qed taqbad' - Greta Thunberg Jew nevitaw li l-klima tkompli tisħon b'1.5 grad iżjed jew le. Jew nevitaw li naslu għal reazzjoni kontinwa irriversibbli bla kontroll mill-bniedem jew le CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019