Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi 'VIVA x-Xemx.' Hekk ikanta llejla l-poplu ta' Għajnsielem malli tfeġġ fil-bieb tal-knisja x-xbieha tal-Madonna ta' Loreto. Bla dubju, il-festa ta' Għajnsielem hija waħda mill- aktar festi mfittxija, mhux biss mal-Għawdxin iżda anke ma' ħafna dilettanti Maltin. Għat-tieni darba f 'dan l-istaġun tal-festi, il-gazzetta ILLUM qed taqsam il- fliegu biex mal-poplu ta' Għajnsielem tiċċelebra l-festa tal-Madonna ta' Loreto. Kif tagħmel kull nhar ta' Ħadd, l-ILLUM se tibda billi tesplora l-karatteristiċi ta' din il-festa u anke titkellem ma' dawk involuti biex tara x'ħejjew il-voluntiera għall- festa ta' din is-sena. Il-famuż marċ ta' Balzunetta u l-Madonna taqsam il-pjazza Il-festa tal-Madonna ta' Loreto hija magħrufa għall-marċi u l-briju li jafu jorganizzaw l-Għajnselmiżi. Bla dubju, l-aktar marċ popolari u mfittex huwa dak magħruf bħala ta' Balzunetta, marċ li ħa ismu miż-żona li minnha jgħaddi. Huwa marċ brijuż, mimli karatteristiċi uniċi li jagħtu identità lil din il-festa, iżda apparti d-dulliegħ mimli xorb li ż-żgħażagħ ikunu ilhom jippreparaw minn filgħodu, l-aktar karatteristika popolari hija l-mod kif l-istatwa tal-Madonna ta' Loreto tittella' fuq il-kolonna tagħha ti tmiem il-marċ. Matul dan l-istaġun rajna kif ħafna festi għandhom il-metodu tagħhom kif itellgħu x-xbieha tal-patrun jew il-patruna fuq il-kolonna jew il-pedistall. F'Ħal Luqa rajna kif l-anġlu jittella' fuq l-idejn permezz ta' taraġ li jintrama apposta quddiem il-kolonna u fil- Birgu rajna l-użu tal-boma. Iżda x'aktarx li l-metodu użat f 'Għajnsielem huwa l-aktar wieħed interessanti. Malli l-istatwa tal-Madonna ta' Loreto, miżmuma minn żewġ anġli kbar, tasal fil- misraħ tal-knisja, din tittella' minnufih fuq it-taraġ għoli tal-knisja. L-istatwa tintrabat ma' vent li jaqsam minn mal-faċċata tal-knisja san-naħa l-oħra tal- pjazza. Fil-fatt, l-istatwa aktar milli tittella' fuq il-pedistall tagħha (xbieha tad-Dar ta' Loreto), titwassal għal fuqha minn fuq iz- zuntier tal-knisja billi taqsam il-pjazza, jiġifieri tgħaddi mdendla minn fuq nies. Hija xena verament sabiħa u tfakkar f 'dak li jiċċelebraw l-Għajnselmiżi, jiġifieri t-tradizzjoni li d-Dar li tal- Madonna nġarret mill-anġli sa Loreto fl-Italja. Kulħadd liebes l-istess! Hija drawwa ta' kull kumitat tal-festa f 'Malta u Għawdex li għall-ġranet tal-festa joħroġ flokk uffiċjali. Tradizzjoni sabiħa li turi wkoll sens ta' komunità, meta fil-festi esterni, kulħadd ikun liebes l-istess flokk, x'aktarx bix-xbieha tal-patrun jew il-patruna u xi taqbila ħelwa fuq wara. F'Għajnsielem it-tradizzjoni hija ftit differenti. Aktar milli kulħadd liebes l-istess flok, kulħadd ikun liebes mill-istess pezza drapp. Fil-fatt, kull sena, l-għaqda tal-armar tagħżel drapp partikolari, ġeneralment ikkulurit u l-partitarji kollha jkunu mħeġġa jaqtgħu minn din il-pezza. Jekk kulħadd jixtri mill- istess drapp, wara kulħadd 14 illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 Festi 'Viva x-Xemx'... Għajnsielem jiċċelebra tal-Madonna ta' Loreto Fl-ewwel Ħadd ta' Settembru, il-gazzetta ILLUM terġa' taqsam il- iegu, tieqaf l-ewwel art u tiċċelebra l-festa tal-Madonna ta' Loreto mal-poplu ta' Għajnsielem Il-Banda San Ġużepp quddiem is-sede tagħha Kif bdiet id-devozzjoni lejn il-Madonna ta' Loreto f 'Għajnsielem? Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta' Loreto f 'Għajnsielem tmur lura ħafna snin u tista' tgħid li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra sakemm tniżżlet bil- miktub minn ċertu Dun Anton Cauchi, liema kitba tiegħu għadha tinstab f 'manuskritt miżmum fl-arkivji tal-parroċċa. Jingħad li ċertu Anġlu Grech, li kien jgħix fil-viċin, kien jieħu l-merħla tiegħu biex tixrob mill-Għajn ta' Salem, l-għajn li minnha ħa l-isem dan ir-raħal. Sakemm il-merħla kienet tixrob, hu kien jistkenn għad- dell ta' Ħarruba, fejn kien iqatta' ftit ħin jitlob. Darba minnhom, ra mara sabiħa liebsa l-abjad u talbitu biex f 'dak il-post li kienet qed tindikalu jtella' statwa tagħha. Grech kien qasam l-esperjenza tiegħu, bir-raħħala malajr ġabru l-flus u kkummissjonaw statwa tal-Madonna ta' Loreto u anke niċċa biex ipoġġuha fiha. Id-devozzjoni kompliet tikber u ftit 'il bogħod, fl-1810 bdiet tinbena knisja. Il-popolazzjoni baqgħet tikber u magħha d-devozzjoni u f 'Jannar tal-1855, Għajnsielem inqata' mill-parroċċa tan-Nadur u beda jinħass il-bżonn ta' knisja akbar. Fil-fatt, il-knisja l-antika li għadha teżisti sal-lum, tkabbret darbtejn. L-ewwel darba li tkabbret kien fl-1867 iżda sar xogħol ieħor li tlesta fl-1877 u l-knisja ħadet ix-xerja li għadha sal-lum. L-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida fuq stil gotiku, tpoġġiet fl-24 ta' Settembru tal-1924. X'nafu dwar il-vara tal-Madonna ta' Loreto? Il-vara tal-Madonna ta' Loreto, maħduma fil-kartapesta kienet ġiet ordnata wara li fl-1865 kienet faqqgħet il-kolera f 'Għawdex, iżda minn gżira sħiħa, Għajnsielem biss kien ħeles minn din il-marda. Il-poplu ta' Għajnsielem kien għamel wegħda li jekk jinħeles minn din il-mara, jagħmlu vara tal-Madonna. Żammew mal-wegħda tagħhom u ħadmu l-vara għand id-ditta Galard et Fils ta' Marsilja. Jingħad li meta waslet il-vara u fetħu l-kaxxa li fiha kienet tinstab, ma kinux indunaw li magħha kien għad jonqos żewġ anġli. Indunaw biss meta lemħu żewġ granpuni mal-ġenb tax-xbieha tal- Madonna u meta reġgħu fittxew qalb it-tiben, fl-istess kaxxa, sabu żewġ anġli. Il-vara kienet tbierket fl-14 ta' Ottubru fl-1866 u twasslet mill-Imġarr sa Għajnsielem f 'purċissjoni. Fl-1920, Wistin Camilleri kien għamel xi xogħol ta' rinovar fuq il-vara u fl-istess sena ġiet indurata għand Franġisk Portelli tal- Belt Valletta. Il-vara tal-Madonna ta' Loreto (Ritratt: Mark Micallef Perconte)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019