Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Staqsejt lil Schembri biex jiżvela dettalji dwar dan l-avveniment li se jkun qiegħed jittella' bejn it-30 ta' Settembru u s-6 ta' Ottubru li ġej. "Delta Summit sar parti integrali mill-missjoni ta' dan il-Gvern sabiex juri l-inizjattivi u l-avvanzi tiegħu fis-settur tat-teknoloġija u innovazzjoni," qal Schembri. Żied jgħid li fl-edizzjoni ta' din is-sena s-summit se jespandi aktar u jiffoka wkoll fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, l-Internet of Things IOT, l-eSports u l-iżvilupp tal-logħob. Skontu, dan se jagħmel lil Malta post attraenti għal kull min irid jitgħallem dwar l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u l-innovazzjoni. Fuq l-istess suġġett Schembri nsista li din is-sena se jnaqqxu tragward ieħor u qed jimmiraw li jaqbżu t-8,000 parteċipant. "It-tema ewlenija għal din is-sena hi "Big & Better" li hi marbuta ma' kull aspett tas-summit fosthom loġistika u operazzjoni. Fil-fatt din is-sena se nkunu qed intellgħu dan is-summit ġewwa l-MFCC, l-akbar post ta' konferenzi f 'Malta," kompla jispjega s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri. 'Banek lokali kienu taħt skrutinju kbir' Naqilbu ftit id-diskors u nistaqsih biex jerġa' jelabora fuq kritika li kien għamel huwa stess riċentament fil- konfront ta' banek lokali. Għalfejn ħass il-ħtieġa li jagħmel din il-kritika? Huwa jibda jirrispondi u jgħid li l-klima politika ħolqot kultura ta' skrutinju għall-banek lokali kollha. "Fost l-oħrajn kien hemm il- pressjoni politika fuq livell Ewropew b'ħafna opponenti politiċi jħambqu li aħna magna ta' ħasil ta' flus u mafja sħiħa. Saħanistra, l-Awtoritá Bankarja Ewropea kienet bdiet tinvestiga kull 'talba' li bdew jagħmlu dawn l-istess politiċi. Awtomatikament il-banek bdew iżommu pass lura u ma daħlux f 'industriji b'riskju għoli bħalma huma iGaming, Fintech u servizzi finanzjarji," spjega s-Segretarju Parlamentari. Huwa jkompli jgħid li, "is-settur kollu kien taħt skrutinju kbir u l-pajjiż sħiħ kien taħt lenti, kellek ukoll banek internazzjonali li bidlu l-policy tagħhom u bdew iċekknu. Imbagħad kellek il-kwistjoni tal- Bank of Valletta li fuq livell Ewropew huwa bank żgħir però lokalment huwa l-bank prinċipali ta' Malta u li ma setax jerfa' l-piż kollu għat- tkabbir ekonomiku f 'pajjiżna." Fl-aħħar nett huwa qal ukoll li l-ftuħ ta' kontijiet bankarji għall- persuni barranin kienet problema kbira, li spiċċa biex daħal huwa fiha. "Kont laqqajt il-banek għaliex kelli l-informazzjoni li l-banek bdew jirrifjutaw il-ħolqien ta' kontijiet għall-ebda raġuni li hi ksur tad- direttivi Ewropej. B'hekk intervjenejt u minn dakinhar 'l hawn l-affarijiet inbidlu. Madanakollu hemm bżonn ta' aktar banek, l-MFSA qed tipproċessa numru ta' liċenzji ġodda ta' banek," żvela Schembri. Fi tmiem din l-intervista nistaqsi lil Schembri dwar l-aspirazzjonijiet politiċi tiegħu. Huwa kien pront jgħid:"Ninsab kuntent fil-kariga li għandi nieħu gost naħdem fiha, u se nibqa' naħdem sabiex inġib ir-riżultati, m'hemm l-ebda aspirazzjonijiet partikolari," temm jgħid is- Segretarju Parlamentari. Intervista Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum u n-nies joħduna bis-serjetà Ninsab informat b'xi tliet kumpaniji li s'issa għalqu. Skont l-aħħar guri mill-MFSA, f 'Malta hawn 700 kumpanija dierenti f 'dan il- qasam. Ma tistax tiġbor kollox f 'daqqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019