Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 bejn iż-żewġ pajjiżi. U dik ma jriduhiex. Allura l-frustrazzjoni joħorġuha kontra n-nies tal-pajjiż," jisħaq Chakib. "B'xi mod hija tollerata mbagħad jekk tkun xi diplomatiku jew negozjant," jgħid Chakib qabel imbagħad isemmi kultura jew użanza partikolari. Ifakkar illi kuntrarjament għall-kulturi Ewropej, fil-kultura Għarbija raġel ma jistax ikollu x'jaqsam ma' mara qabel iż-żwieġ, xi ħaġa li fil-fatt hija regola segwita, anke f 'pajjiż inqas konservattiv. "Ikun hemm minnhom li minflok imorru mal-irġiel. Imbagħad malli jiżżewġu jerġgħu jsiru eterosesswali u mbagħad x'kumbinazzjoni, wara li kellhom x'jaqsmu mal-irġiel, ikunu huma stess li jitfgħuna l-ħabs u jagħmlulna ħajjitna miżerja," sostna b'daħka sarkastika però viżibbilment irrabjat ukoll. Imbagħad tibda tinduna kemm verament dan kollu jmur oltrè minn sempliċiment kultura jew reliġjon, it's all about the money! "Jekk għandek il-poter, qiegħed hemm fuq, imma jekk m'għandekx qiegħed hemm isfel," jgħid iż-żagħżugħ. Tgħodd għal kullimkien din. L-istess storja tal-kbira u l-privileġġjat li jgħaffeġ fuq iż-żgħir u dak li m'għandux leħen. 'Il-Franċiżi kienu daħħlu l-liġi li kkriminalizzat l-omosesswalità ...' Natutralment ma stajnex ma nistaqsuhx dwar ir-reliġjon Musulmana. Ħafna nies f 'pajjiżi tal-Punent jemmnu, u sa ċertu punt hekk hu, li f 'pajjiżi Musulmani ħafna persuni LGBTIQ ibatu minħabba r-reliġjon. Din is-sitwazzjoni li għadek kif iddiskrvejt, hija frott ir-reliġjon jew il-politika jew it-tnejn? Chakib jgħid li huma t-tnejn u jfakkar illi l-liġi li tikkriminalizza l-omosesswalità ddaħħlet mill- Franċiżi, meta dawn okkupaw lit-Tuneżija ħafna snin ilu, bħalm'għamlu fil-Marokk u l-Alġerija. "Jiġifieri mhix intrinsikament marbuta mar- reliġjon, le," jgħid Chakib, li jgħid illi dik li qed isejħilha oppressjoni ġejja minn diversi influwenzi, fosthom il-kultura, l-edukazzjoni u pajjiżi Għarab oħrajn. 'Qatt me kelli problemi f 'Malta ... ħlief li għadni bla karti' Resqin lejn it-tmiem. Issa qiegħed Malta. Kif laqgħuh il-Maltin? Sab bsaten minn ċerti nies, forsi għax Għarbi? "Qatt ma kelli problemi," jibda jgħid, "kelli edukazzjoni simili għal dik Ewropea. B'mod ġenerali l-esperjenza f 'Malta hija waħda pożittiva, sibt appoġġ min-nies." jgħid Chakib. Madanakollu, ilu Malta sentejn, kemm hu kif ukoll l-għarus tiegħu Dali għandhom tant x'joffru f 'attiviżmu soċjali, arti, korjografija u anke stil, iżda minkejja dan Chakib u Dali għadhom bla karti. Prattikament bla dar u bla ċittadinanza vera. Fil-fatt Chakib ilu sentejn f 'pajjiżna u għadu qed jistenna l-protezzjoni internazzjonali. Hu qiegħed Malta b'mod legali u għandu permess biex ikun Malta, iżda għadu jitqies bħala persuna li qed tfittex ażil. Dan ifisser illi Chakib huwa limitat li jkollu xogħol wieħed biss u li ma jkun jista' jaħdem għal rasu pereżempju. "Imma kollox problema, tiftaħ kont tal-bank, biex iġġib il-liċenzja tas-sewqan, biex tmur l-università, kollox huwa diffiċli għax m'għandix il-karti u ħafna persuni li jħaddmu, pereżempju, m'għandhomx l-għarfien meħtieġ dwar il-proċess. Ġieli ma jkunux jafu li jistgħu jimpjegawni u li meta qed jagħmlu hekk qed jiksru l-liġi, li mhux il-każ," sostna Chakib. 'Take it or leave it ...' Nagħlqu l-intervista billi nistaqsuh mistoqsija ċara u diretta. Ikun hemm min jgħidlek illi kieku ħbejt is- sesswalità tiegħek jew inkella kont inqas ovvju, ma kontx tgħaddi minn din il-passjoni, u ma kienx ikollok titlaq mill-pajjiż. Għaliex m'għamiltx hekk? "Jiena ma nistax nippretendi li jiena eterosesswali, ma nistax ... li tkun gay hija ġo fik, ma nistax nippretendi li jiena xi ħadd ieħor. Jiena Chakib, mhux se nagħmel kompromessi, dan jien ... take it or leave it!" Intervista Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum omosesswali m'għandekx dritt tgħix' Kont riġettat, imma kont qed niġġieled. Kuljum trid taħseb kif issalva, taħseb darbtejn dwar is-sigurt à tiegħek, taħseb dwar kif se teżisti, kif se tgħid lin-nies li 'jiena hawn qiegħed'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019