Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi LISTAĠUN tal-festi riesaq lejn it-tmiem tiegħu. Jekk drajna b'għadd ta' festi li jiġu ċċelebrati kull nhar ta' Ħadd, illum, f 'Malta qed tiġi ċċelebrata festa waħda biss, il-festa tal-Madonna tal- Grazzja. Ma nkunux qed ngħidu sigriet jekk nirreferu għall- festa tal-Madonna tal-Grazzja bħala waħda mill-akbar festi li jiġu ċċelebrati f 'pajjiżna. Dan mhux biss minħabba l-marċijiet kbar li jorganizzaw iż-żewġ għaqdiet mużikali Żabbarin u l-armar fit- toroq iżda b'mod partikolari minħabba d-devozzjoni li hija l-karatteristika ewlenija ta' din il-festa. L-ILLUM se tiċċelebra maż-Żabbarin u tista' tgħid ma' ħafna Maltin ukoll, din il-festa Marjana. Se tħares lejn id-devozzjoni qawwija lejn il-Madonna tal-Grazzja u anke lejn il-festa esterna li ż-Żabbarin jiċċelebraw bi kbir. Malli tfeġġ fil-bieb tiġbed warajha l-eluf Ma tistax ma titkellimx fuq il-festa tal-Madonna tal- Grazzja u ma tibdiex titkellem fuq id-devozzjoni kbira mhux biss taż-Żabbarin iżda ta' ħafna Maltin. Biżżejjed tħares lejn l-eluf ta' devoti li x-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja, meqjuma b'tant għożża fis- Santwarju Kolleġġjata ta' Ħaż- Żabbar, tiġbed lejha matul is-sena kollha. Bla dubju ta' xejn, fil-ġranet tal-festa, ħafna aktar devoti jersqu biex jitolbu xi grazzja lill-Madonna jew inkella biex jirringrazjawha għal xi grazzja li jkunu qalgħu. Ta' min wieħed isemmi li l-purċissjoni tal-festa tal- Madonna tal-Grazzja tieħu forma ta' pellegrinaġġ aktar milli purċissjoni normali. Fil-fatt, minn xħin toħroġ sa meta tidħol, ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja tkun akkumpanjata bit-talb, fosthom bir-Rużarju. Eluf ta' pellegrini jimxu wara din ix-xbieha tal-Madonna tul ir-rotta kollha tal-purċissjoni. Iżda x-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja mhux nhar il-festa biss tiġbed lejha l-eluf. Ta' min isemmi wkoll il-ġurnata tal- ħruġ min-niċċa. Huwa tassew impressjonanti kif eluf ta' nies jippakkjaw iz- zuntier, il-pjazza u anke parti sostanzjali minn Triq is-Santwarju biex jilqgħu l-vara fil-ħruġ tagħha min-niċċa. Għall-kuntrarju ta' dak li jseħħ f 'diversi lokalitajiet oħra, anke l-Ħruġ min-Niċċa huwa wieħed devozzjonali ħafna. Iż-żewġ għaqdiet mużikali jsellmu lill-Madonna bil- kant tal-innijiet u l-Arċipriet imexxi wkoll mument qasir ta' talb. Xhieda tad-devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Grazzja hija l-attendenza sabiħa li jkun hemm fis-Santwarju għan-Novena, jiġifieri d-disat ijiem ta' preparazzjoni għall- festa. Ħadd in-Nies ... Tal- Grazzja toħroġ darbtejn fis-sena Apparti nhar il-festa, jiġifieri Ħadd fuq it-8 ta' Diċembru, il- vara tal-Madonna tal-Grazzja tinħareġ ukoll f 'pellegrinaġġ nhar Ħadd in-Nies, jiġifieri l-ewwel Ħadd tar-Randan. Ma għandniex xi ngħidu. Bħal kull meta tiċċaqlaq il- vara tal-Madonna tal-Grazzja, mijiet ta' devoti jinġabru biex għal darb'oħra jimxu u jitolbu wara din ix-xbieha. Dan il-pellegrinaġġ ilu jsir mijiet ta' snin u l-istorja tiegħu tmur qabel il-miġja tal- Ordni ta' San Ġwann f 'Malta fl-1530. Mal-wasla tal-Ordni ta' San Ġwann f 'Malta, ħafna nies bdew iżuru s-Santwarju tal- Madonna tal-Grazzja, nhar Ras ir-Randan bħala tpattija għall-atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival. Maż-żmien, dan il- pellegrinaġġ beda jsir nhar l-ewwel Ħadd tar-Randan. Fis-seklu sbatax, dan sar jixbah aktar festi bħalma huma l-Imnarja u San Girgor u aktar tard kienu jakkumpanjawh ukoll numru ta' karrijiet u anke karrettuni 14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 Festi Festa Marjana għal qalb iż-Żabbarin u ħafna devoti Maltin Armar, briju u devozzjoni. Il-festa tal-Madonna tal-Grazzja hija mżewqa b'dawn l-elementi li jagħmluha fost l-akbar festi ċċelebrati f'Malta u f'Għawdex. L-ILLUM tinżel t-toroq ta' Ħaż- Żabbar u żżur is-Santwarju tal- Grazzja : Ix-xbieha Inkurunata u devota tal-Madonna tal-Grazzja (Ian Noel Pace) X'nafu dwar il-vara devota tal-Grazzja? Il-vara tal-Madonna tal- Grazzja nħadmet mill-iskultur Malti Mariano Gerada madwar is-sena 1797. X'aktarx li din kienet l-ewwel xogħol importanti li Gerada ħadem fl-injam u dan wara li ġie lura Malta minn Spanja. Għalkemm fuq is-sandli tal-lemin tal-Madonna hemm imnaqqxa d-data 1825, din id- data tfakkar biss il-ġrajja meta din ix-xbieha ġiet indurata mill-iskultur Pietru Pawl Azzopardi ġewwa Bormla. Ix-xbieha tal-Madonna bil- Bambin f 'idha tistrieħ fuq pedistall tal-fidda maħdum f 'Milan fl-1983 fuq disinn u mudell ta' Ġużeppi Galea tar- Rabat. Fuq il-pedistall wieħed isib erba' figuri ta' nisa bibbliċi. L-aħħar restawr fuq din ix- xbieha devota sar mill-artist Aaron Camilleri Cauchi fl- 2010. Xbieha inkurunata fil-qalba tas-Santwarju Il-vara tal-Madonna tal-Grazzja mhijiex l-uniku xbieha devota maż-Żabbarin u ma' dawk il-Maltin li jsibu refuġju f 'dan is-Santwarju. Fil-qalba ta' dan is-Santwarju wieħed isib il-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja, pittura li saret aktar minn 300 sena ilu, jiġifieri qabel il-vara tal-Madonna. F'din il-pittura, il-Madonna, bil-Bambin f 'idha, tidher qed ixxerred il-grazzji. Dan il-kwadru ġibed lejh devozzjoni kbira tant li fit-13 ta' Marzu tal-1984 kienet saret talba għall- Inkurunazzjoni ta' din ix-xbieha. L-inkurunazzjoni saret mill-Arċisqof Mikiel Gonzi nhar it-2 ta' Settembru tal-1951. Id-deheb għal dawn iż-żewġ kuruni li tpoġġew fuq ras il-Madonna u l-Bambin kien ġie mogħti mill-poplu ta' Ħaż- Żabbar. Fil-50 anniversarju tal-Inkurunazzjoni, l-istess xbieha kienet ġiet imżejna bi 12-il stilla. Dan seħħ nhar il-Ħadd 2 ta' Settembru 2001 minn Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Dan il-kwadru kien tpitter minn Alessio Erardi. Il-Vara tal-Madonna tal-Grazzja (Raymond Gialanze)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019