Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938
bit-tema tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja, Iżda l-pellegrinaġġ reġa' ħa l-forma oriġinali tiegħu, jiġifieri pellegrinaġġ penitenzjali. Għall-ħafna snin, l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja kienet sempliċiment tinħareġ u tintrama fis-Santwarju, iżda mill-2016 lil hawn, din ix-xbieha bdiet tinħareġ ukoll f 'dan il-pellegrinaġġ nazzjonali. Il-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi. Għal xiex u kif beda? Waħda mill-aktar tradizzjonijiet popolari marbuta mal-festa tal- Madonna tal-Grazzja bla dubju ta' xejn huwa l-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi li jsir f 'nhar il-festa. Ftit wara li t-tokki ta' nofsinhar, mad-daqq tal-moti ferrieħa tal-festa jingħaqad ukoll id-daqq tal-ħornijiet tal-muturi u r-roti li jkunu għadhom kemm daru diversi lokalitajiet fi triqithom lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Għal ħafna, dan il- pellegrinaġġ mhuwiex biss tradizzjoni, iżda huwa wkoll devozzjoni, tant li l-muturi u r-roti jsuqu wara vettura bix-xbieha tal-Madonna tal- Grazzja. Dan il-pellegrinaġġ beda jsir fl-1951, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal- inkurunazzjoni tal-kwadru titulari. F'dak iż-żmien beda bis- sehem tal-muturi u fl-aħħar snin żdiedu wkoll ir-roti biex riċentament, il-Ħadd ta' qabel, beda jsir pellegrinaġġ iqsar għaċ-ċiklisti tfal. Dan il-pellegrinaġġ beda jsir għax il-Madonna tal-Grazzja hija l-protettriċi taċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi. Tal-armar idawru l-attenzjoni fuq Triq is- Santwarju Iżda l-festa tal-Grazzja mhijiex magħrufa għad- devozzjoni biss. Fuq in-naħa l-oħra hemm il-marċijiet kbar u spettakolari li jorganizzaw iż-żewġ każini u anke l-armar mill-isbaħ li jżejjen it-toroq tal-Belt Hompesch u anke armar ieħor li jakkumpanja l-marċijiet. Iż-żewġ każini jieħdu ħsieb jarmar toroq viċin is-sede tagħhom, iżda l-Grupp tal- Armar li jaqa' direttament taħt il-Parroċċa għandu l-inkarigu li jarma t-toroq ewlenin, partikolarment dawk li minnhom tgħaddi l-purċissjoni. L-ILLUM tkellmet ma' Reuben Pullicino, it-Teżorier tal-Grupp Armar Żabbar li spjega magħna kif wara li tlibbsu t-toroq tal-purċissjoni, il-voluntiera tefgħu l-attenzjoni tagħhom fuq it- triq ta' quddiem is-Santwarju u d-dawra taz-zuntier. Fil-fatt, din is-sena, tkompla l-proġett tal-pavaljuni ta' Triq is-Santwarju u anke l-bandalori l-ġodda bil-pittura tad-dawra taz-zuntier. Apparti minn hekk, kompla jispjega Pullicino, din is-sena żżanżnu sett pedistalli ġodda għal taħt iz-zuntier u tkompla wkoll ix-xogħol ta' skultura fuq il-pedistall tax-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja li tilqa' lil dawk li f 'dawn il-jiem jidħlu Ħaż-Żabbar minn Pjazza Medjatriċi. Ta' San Mikiel jagħlmu 61 bandist u se jiftħu skola tal-arti Tkellima wkoll ma' Keith Cachia, Segretarju tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel li tkellem magħna dwar ix-xogħol siewi li twettaq din l-Għaqda fosthom fit-tagħlim tal-banda. Fil-fatt, Cachia spjega kif il-Banda San Mikiel għandha 60 bandist tal-post u bħalissa għandha 61 student. Iżda apparti minn hekk, minn Ottubru li ġej se tiftaħ l-Iskola tal-Arti u l-Mużika San Mikiel, kunċett ġdid għall-każini tal-banda f 'Malta. Fil-fatt bħalissa għaddej ix-xogħol fuq swali ġodda, inkluż studjow fejn il-baned ikunu jistgħu jirrekordjaw. Ma' Cachia tkellimna wkoll dwar il-festa, bis-Segretarju jispjega kif tkompla x-xogħol fuq il-planċier tal-banda u anke se jiżżanżnu żewġ bandalori ġodda fi Triq il- Labour. Għal din is-sena wkoll, il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadmet u qed iżżanżan kannizzata tradizzjonali biex toffri kenn lill-banda waqt il-marċ tat-Te Deum li jsir bħall-bieraħ filgħodu. Ix-xogħol fuq il-każin il- prijorità ta' Maria Mater Graziae L-ILLUM tkellmet ukoll mas-Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae, Errol Cutajar li spjega kif wara li fl-2017, is-Soċjetà kienet xtrat il-każin li kienet ilha tikri diversi snin, il- prijorità bħalissa tibqa' li jsiru x-xogħlijiet infrastrutturali meħtieġa. Cutajar spjega kif fl-aħħar xhur, is-soċjetà bbenefikat minn diversi fondi fosthom biex sar xogħol fuq il-palk u anke fondi oħra mill- Kunsill tal-Arti biex ikun jista' jagħmel xogħlijiet fuq it-teatru miftuħ li wieħed isib f 'dan l-istess każin. Fil-fatt, is-Segretarju spjega kif bħalissa għaddejin il- preparamenti u anke qed jiġu pproċessati l-permessi biex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew f 'fażijiet biex il-każin xorta waħda jkun jista' jibqa' jiffunzjona tul is-sena kollha. Ix-xogħlijiet fuq il-palk tlestew, fejn fost oħrajn sarlu dawl u anke sound ġdid u anke shutter biex ikun jista' jingħalaq u jkun protett mill- elementi. Mistoqsi dwar ix-xogħol għall-festa, is-Segretarju semma b'sodisfazzjon kif matul l-aħħar xhur intlaħaq qbil mal-Banda San Mikiel biex l-armar fiż- żona tal-mina ta' Hompesch ikun maħdum u anke jintrama b'mod konġunt miż-żewġ għaqdiet mużikali Żabbarin. 15 Festi Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum iż-Żabbarin X'se jsir illum f 'Ħaż-Żabbar 9:30am: Quddiesa solenni tal-festa bil- paniġierku 12:30pm: Wasla tal- pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi quddiem is- Santwarju 4:45pm: Quddiesa 5:45pm: Għasar kantat 7:00pm: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal- Grazzja Fejn aktar qed tiġi ċċelebrata l-festa? Apparti Ħaż-Żabbar, f 'dan il-Ħadd, il-Madonna tal-Grazzja qed tkun iċċelebrata wkoll fil-Knisja tal-Patrijiet Kappuċini tar- Rabat Għawdex. Tal-Banda San Mikiel jiċċelebraw quddiem il-Każin Mijiet ta' partitarji tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Graziae (Raymond Gialanze) Il-wasla tal-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi (Ian Noel Pace) 15 add 15 ta' Settembru 2019 | illum