Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham Il-bidla dejjem teħtieġ persuna jew moviment li jmexxiha. Kieku qgħadna bilqiegħda nistennew il- kotra tqum, minflok Deputati (dak iż-żmien Nazzjonalista – Jeffrey Pullicino Orlando u Evarist Bartolo) qamu u għaddew abbozz biex id- divorzju jkun deċiż fil-Parlament, kieku llum diversi persuni m'għandhomx iċ-ċans jerġgħu jibdew ħajjithom mill-ġdid. Kieku għandna għexieren ta' nisa u rġiel li għal għajn in-nies huma miżżewġin, meta fir-realtà mhumiex. Kieku għad għandna għexieren ta' persuni qegħdin f 'relazzjonijiet mhux rikonoxxuti, għat-taparsi fantażma, ma jeżistux u bla drittijiet. U la seħħew theżżiziet u la niżel nar mis-sema u lanqas spiċċat il- familja. Il-forzi konservattivi tilfu u ma kellhomx raġun u ma kinux fuq in-naħa t-tajba tal-istorja għax l-argument tagħhom kien mibni fuq id-diskriminazzjoni, fuq soċjetà li tinnormalizza grupp u tinjora lill- ieħor. Il-miżżewweġ kuntent fuq u iktar importanti minn dak li mhux. Il-maġġoranza, fuq il-minoranza. Imma l-poplu wriehom mod ieħor. Wera illi anke jekk hu fuq bażi individwali huwa kontra d-divorzju u ma jridx jagħmel użu minnu għax jinsab fi żwieġ hieni, hemm min hu fil-bżonn. Hemm min jixtieq jinħall mill-passat u jibda futur ġdid. Dakinhar il-Partit Laburista, immexxi minn Joseph Muscat, il- midja indipendenti inkluż l-ILLUM u l-forzi xellugin u liberali kienu favur. Il-Knisja, il-PN u l-forzi konservattivi kienu kontra. Dan ix-xahar infakkru l-ħames sena minn meta sar liġi l-abbozz tal-Unjoni Ċivili li ppermetta għall-ewwel darba fl-istorja illi żewġ persuni tal-istess sess jidħlu f 'rabta flimkien. Kieku qgħadna nistennew il-kotra tagħmel xi ħaġa, kieku għadna qed nittitubaw u nraqqgħu l-pannu bil- qargħa aħmar. Kieku għadna ngħidu lil eluf ta' ċittadini Maltin, biex jistaħbew u jaċċettaw illi huma ma jistgħu qatt ikollhom drittijiet u ma jistgħu qatt ikunu rikonoxxuti. Imma minkejja li kienet imwiegħda iswed fuq l-abjad l-unjoni ċivili, fil-programm elettorali, il-PL xorta rebaħ u rebaħ bil-kbir. F'Settembru 2014 l-unjoni ċivili daħlet liġi u l-poplu aċċetta din il-bidla, li xi ftit jew wisq lanqas konna noħolmu li qatt tista' sseħħ. Il-forzi konservattivi tilfu mill- ġdid u ma kellhomx raġun u ma kinux fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, għax mill-ġdid il-maġġoranza 'normali' riduha tiddeċiedi fuq il-minoranza bla vuċi. Min huwa eterosesswali jiddeċiedi għal min huwa omosesswali. Dakinhar il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, il- midja indipendenti inkluż l-ILLUM u l-forzi xellugin u liberali kienu favur. Il-Knisja, il-PN u l-forzi konservattivi kienu kontra. Mill-ġdid l-istorja rrepetiet ruħha. Anke fil-każ ta' Joanne Cassar, mara li xtaqet tbiddel is-sess fil-karta tal- identità biex tiżżewweġ. Tellgħuha l-Qorti ta' Malta, tellawha l-Qorti tal-Ewropa u kieku kien hemm qorti oħra kienu jtellgħuha wkoll il-forzi konservattivi ta' dan il-pajjiż. Iżda ma kellhomx raġun u ma kinux fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. U anke meta ddaħlet il-liġi tal-ġeneru u anke meta ddaħħal iż-żwieġ ugwali bejn persuni tal-istess sess. Dejjem u f 'kull okkażjoni, il-konservattivi kienu kontra ż-żgħir, kontra l-emarġinat, kontra min għandu inqas u min dejjem ingħata l-ġenb mill-istat. U dejjem tilef u dejjem baqa' jkun fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja. Min jgħid li l-ideoloġija politika hija mejta, għandu żball. L-ideoloġija politika li tissagrifika liż-żgħir u lill-minoranzi għall-"ġid komuni" ħajja għadha. Kif għadha ħajja l-ideoloġija politika u soċjali tat-twemmin sod fl-ugwaljanza fil-liġi u l-wens u t-tolleranza, li din il-gazzetta hija kburija li tħaddan, gazzetta f 'Malta b'editorjal favur żwieġ ugwali snin sħaħ ilu. Minkejja l-għajjat u t-twerżiq u l-prietki u paniġierki, grazzi għal leġiżlazzjoni kollha li semmejna pajjiżna huwa post aħjar biex tgħix fih. Post aktar tolleranti biex tgħix fih. Mhux biss għal tant ġenerazzjonijiet tal-lum, imma ħafna aktar għal ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu. Min kien fuq in-naħa t-tajba tal- istorja għandu għalfejn ikun kburi. Min kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja għandu għaliex ikun kburi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019