Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham EŻERĊIZZJU magħmul mid- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol (DIER), u li għandha f 'idejha l-gazzetta ILLUM, tikkonferma illi l-Malta Union of Midwives and Nurses, hija l-unjin li għandha l-maġġoranza fost il-fiżjoterapisti li jaħdmu mas- servizz pubbliku. Fil-fatt id-DIER f 'komunikat, sostna illi mil-listi mogħtija mill-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers jirriżulta li hemm 282 fiżjoterapista li jaħdmu mas-settur pubbliku. Minn dawn, 168 huma membri tal-MUMN, li jfisser maġġoranza assoluta u kbira ta' 60%. Min-naħa l-oħra, huma biss 40 fiżjoterapista li huma membri tal- UĦM, jew inkella 14%. Dan jitfa' f 'aktar perspettiva l-kwistjoni bejn iż-żewġ unjins li t-tnejn qed jisħqu li għandhom ir-rikonoxximent tal-ħaddema inkwistjoni. Minkejja li d-differenza fin- numru ta' ħaddiema msieħba mal-MUMN u l-UĦM hija enormi, din tal-aħħar qed tikkontesta dan minħabba li l-fiżjoterapisti huma Allied Health Professionals. L-Allied Health Professionals huma grupp ta' ħaddiema li jinkludu fiżjopterapisti, podoliġisti u lab techinicians. Bħala grupp, il-maġġoranza tal-ħaddiema jinsabu msieħba mal- UĦM. Id-DIER ikkonferma li b'kollox bħala Allied Health Professionals hemm b'kollox 1,115-il ħaddiem. Minn dawn 635 ħaddiem huma membri tal-UĦM. Dan huwa 58%. Id-DIER, fil-komunikat tiegħu lill- partijiet konċernati, fakkar illi fl-2016 l-MUMN kienet rikonoxxutra bħala l-unjin li għandha l-maġġoranza tal- fiżjoterapisti. Mal-ILLUM il-President tal- MUMN Paul Pace, staqsa għaliex din il-kwistjoni qed tittawwal bla bżonn meta huwa ovvju li l-fiżjoterapisti jixtiequ illi jkunu membri tal- MUMN. Intant nhar il-Ġimgħa filgħaxija, fi żvilupp ieħor minn din l-istorja, il-UĦM waqqfet id-direttivi li kienet għaddejja bihom u li kienu se jwasslu biex numru ta' operazzjonijiet ikunu posposti. Dan hekk kif l-istess unjin kellha laqgħa mal-Prim Ministru illi matulha kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-UĦM, saru diversi argumenti dwar din il-kwistjoni b'uħud minnhom ta' natura legali. Il-UĦM fakkret li r-rapport maħruġ mid-DIER ikkonferma li hi għandha 58% tal-ħaddiema bħala Allied Health Professionals. Fi stqarrija maħruġa l-Ġimgħa filgħaxija, l-union qalet li n-naħa tal-Gvern ippruvat tara, b'diversi tentattivi, kif tista' ssib żblokk għal din is-sitwazzjoni u, wara laqgħa ta' madwar siegħa, il-Prim Ministru kkomunika mal-UĦM li sal-aħħar ta' dan ix-xahar se tingħata deċiżjoni finali dwar din il-kwistjoni. Il-UĦM kienet ordnat 219-il direttiva li kellhom ikunu segwiti minn diversi ħaddiema, f 'setturi differenti tal-qasam. MINKEJJA li ż-żewġ MEPs Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola wiegħdu illi se jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-kandidatura ta' Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew, illum Casa implika li dan l-appoġġ se jingħata b'kundizzjoni. Din il-kundizzjoni hija li tikkundanna lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi fuq il-fatt li dawn kienu fetħu kumpaniji rreġistrati fil-Panama u li ma kinux iddikjaraw. F'messaġġ fuq Facebook, Casa sostna li Dalli ma tistax tistenna li jkollha l-irwol jekk tagħlaq għajnejha għall-inugwaljanza sfaċċata li qed isseħħ f 'Malta, jiġifieri dik illi waqt li "ċittadini normali jeħtieġ jobdu l-liġi, il-kollegi tagħha huma protetti akkost ta' kollox." Nistennew kundanna bla riserva fil-Parlament. Casa jistenna lil Helena Dalli tikkundanna lil Keith u Konrad, inkella ... Rapport tad-DIER juri kif 60% tal- fiżjoterapisti fis-settur pubbliku huma membri tal-MUMN Imma 58% tal-1,115- il ħaddiem meqjusin bħala Allied Health Professionals huma ħaddiema tal-UĦM. Dan qed iqajjem inkwiet u battibekki bejn iż-żewġ unjins. Imma għaliex?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019