Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex iżżomm lilek innifsek iffokat aktar mis-soltu sabiex ma tikkommettix ċertu żbalji li jistgħu jħallu l-konsegwenzi tagħhom. Kattar dak li ġej u ssaħħaħ iżjed, għalhekk agħraf sabex dak li riesaq ikun milħuq. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: kannella u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 25 u 27 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Pisces ser ikun ifisser mument ta' aktar riflessjoni mis-soltu. Issa minħabba dan, trid tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u anke sitwazzjonijiet li qed jiżviluppaw madwarek. Waqt li ġej ftit żmien delikat lejk, żgur li dan taf tegħlbu, għalhekk agħraf. Namaste Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Aries ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u l-madwar tiegħek sabiex dak li ġej taffaċċjah b'aktar kalma u trankwillità. B'hekk tkun aktar deċiż f'dak li twettaq. Namaste Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: kannella u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Cancer Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Taurus ser ifisser mument ta' aktar paċenzja fil-karriera tiegħek u ferm aktar fil-kumplament ta' dak li hemm madwarek. Agħraf l-esperjenza li akkwistajt sabiex tirbaħ dak li int tixtieq. Agħraf. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 27 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-imaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Gemini ser ikun ifisser mument li se jagħmlek determinat fl-ambizzjonijiet personali. Dan jaf ikun ta' sfida f'dan l-istadju imma issa aktar minn qatt qabel trid turi aktar l-abbiltà tiegħek f'dak li twassal u tesprimi. Żgur li wara se tagħraf is- sodisfazzjon ta' dak li rnexxielek takkwista. Namaste Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: oranġjo u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Cancer ser ikun ifisser mument ta' aktar kontroll kemm tiegħek innifsek u anke fl-infieq. Fejn is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa ser jinbidel kompletament għax minn issa 'l quddiem dan il-kontroll trid twettqu bi pjan jekk trid tikber. Namaste Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23 24, 26 u 27 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex tagħraf aktar il-kontroll tiegħek personali u ta' dak li hemm madwarek. Dan huwa perjodu li fih jista' jkun li tirbaħ dak li tlift. Namaste Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces Leo huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Virgo se jkun ifisser mument li tagħraf timxi b'pass aktar mgħaġġel fejn minn issa 'l quddiem tibda twettaq id-deċiżjonijiet b'aktar ħeġġa u dan ikun ifisser li r-ritmu tal-ħajja se jara era ġdida. Perjodu ta' tkabbir u stabbiltà. Żomm dan il-pass. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: blu u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Libra stess ser ifisser mument li int trid tagħraf aktar tibbilanċja kemm għalik personali u anke għal dawk ta' madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf ħafna fil-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf twettaq dan il-bilanċ. B'hekk ħajtek tara aktar serenità. Irriflett. Namaste Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 25, 26 u 27 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Scorpio ser ikun mument inċert f'dak li trid twettaq. Dan se joħloq ftit ta' tensjoni madwarek imma int trid tagħraf issarraf l-abbiltà li tant magħruf għaliha sabiex tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares 'il quddiem f'dak li riesaq lejk. Agħraf sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Sagittarius ser ikun mument ta' riflessjoni aktar fl-imħabba li għandek fil-preżent. Minħabba xi ħsibijiet li sejrin jgħaddulek mill-passat, dan jaf joħloq xi problemi kemm għalik u anke madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat hu ktieb magħluq, tgħallimt minnu. Issa ħares 'il quddiem biss. Namaste Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 27 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għal Capricorn ser ikun ifisser mument ta' opportunitajiet li trid tagħraf taħtaf f'dan il-perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek ser tgħinek tkun aktar iffokata fuq dak kollu li riesaq lejk. Namaste Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 27 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00am u d-9:00pm fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra Mit-23 ta' Settembru, jibda ż-żodijaku ta' Libra. Libra, żodijaku li taffettwana b'mod dirett f'dak li hemm madwarna. Dan huwa perjodu fejn int se tagħraf aktar dak li hemm madwarek ekmm fi l-familja, relazzjoni u karriera. Iż-żodijaku ta' Libra jagħtik dik l-enerġija li int tagħraf tiffoka, tiddeċiedi u tmexxi 'l quddiem aspetti li kienu forsi mwaħħlin. Dan huwa perjodu ta' motivazzjoni. L-aktar grupp taż-żodijaki li se jiġu affettwatni jkunu l-istess Libra fl imkien ma' Sagittarius, Aquarius, Taurus, Gemini u Cancer. Il-kumplament ser ikunu affettwatni minn tibdiliet li jkunu pendent li iżda taħt iż-żodijaku dawn jibdew jiġu mwettqa. Fl-artikli li ġejjin ser inwassal aktar informazzjoni dwar dan iż-żodijaku. Jekk trid aktar tagħrif kulma għandek tagħmel huwa li tibgħat messaġġ fuq 99013600 jewidħol fi s-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste Mit-13 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019