Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938
illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 22 Films fiċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:45, 17:15, 20:45, 22:40 Aladdin (U) 13:05, 15:50, 18:35, 21:20 Angel Has Fallen (15) 10:25, 13:00, 15:35, 18:10, 20:45, 23:20 Angry Birds 2 (U) 11:25, 13:40, 16:00, 18:15 Crawl (Subtitles) (15) 18:30 Crawl (15) 14:15, 16:20, 20:35 Dora and The Lost City of Gold (PG) 11:35, 14:00, 16:20, 18:35, 20:50 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 12:55, 15:45, 18:30, 21:15, 23:05 Good Boys (16) 14:15, 16:20, 18:25, 20:30 Once Upon a Time in Hollywood (18) 14:00, 17:30, 20:50 Pain and Glory (15) 13:30, 16:00, 18:30, 21:00 Scary Stories to Tell in The Dark (15) 13:35, 16:00, 18:30, 21:00 The Lion King 2D (PG) 10:35, 13:10, 15:40, 18:20, 21:00 The Sun is Also a Star (12A) 20:40 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 The Lion King (PG) 10:35, 13:20, 16:00, 18:35, 21:05 Dore and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30, 20:50 Good Boys (15) 11:15, 14:00, 16:25, 18:35, 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Scary Stories to Tell in The Dark (15) 11:05, 13:45, 16:15, 18:30, 20:50 Minn Alfred Palma DIN is-sena, Storja u Kultura Ħaż- Żabbar huwa verament ktieb u, bħal dejjem, mimli tagħrif mill-aktar interessanti, ritratti mill-isbaħ u tabilħaqq jagħmel unur lill-Belt Hompesch. Din hija sewwa sew l-għaxar ħarġa u, bi 330 paġna u qoxra mill-isbaħ, żgur li hija denja li tissejjaħ 'monument tal- okkażjoni'! Din il-ħarġa tiftaħ bl-Editorjal mis- Sur Malcolm Schembri B.A. (GEN.), u fih jitkellem partikolarment dwar l-għaxar sena tal-pubblikazzjoni; wara, l-istess awtur jissokta jispjega kif nibtet l-idea ta' dawn il-ħarġiet hekk siewja u kulturali. Isegwi Dr Karmenu Mallia, li jitkellem fit-tul u bir-reqqa dwar is-siwi ta' dawn il- ħarġiet ta' kull sena, artiklu mżejjen bil-faċċati ta' quddiem tal-edizzjoniet kollha. Wara, artiklu dwar Darren Darmanin, l-artist wara l-logo ta' Storja u Kultura Ħaż-Żabbar. Isegwi messaġġ mis-Sindku ta' Ħaż-Żabbar, is-Sur Jorge Grech. Paul Xuereb imbagħad jagħtina artiklu mill- aktar interessanti u storiku dwar Misraħ San Ġakbu, f 'Ħaż-Żabbar. Wara dan, Malolm Schembri jitkellem dwar it-Tabib Ġann Feliċ Inglott (1848-1919), Oratur, Patrijott u President ta' diversi Baned Maltin. Isegwi Michael Buhagiar b'artiklu bl-Ingliż dwar l-aspetti storiċi tal- Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar fis-sekli 17 u 18. Artiklu ieħor interessanti huwa dak ta' Alfred Ellul Galea dwar l-iskola ta' filgħaxija f 'Ħaż-Żabbar fis-seklu 19. Warajh, Alfred Palma jitkellem dwar il-ħwienet li kien hemm fi Triq il-Kbira fi tfulitu u f 'żgħożitu. Isegwi l-Paniġierku ta' Patri Victor Paul Farrugia O. Carm is-sena l-oħra. Imbagħad Ġużeppi Theuma jagħtina tagħrif interessanti dwar il-pittur bravu Ġużeppi Marija Caruana (1899-1964). Artiklu ieħor interessanti ieħor bl-Ingliż huwa dak ta' Dr. Grazio V. Ellul, dwar l-edukazzjoni taħt il-ħakma kolonjali (it-tieni parti). Wara, Anton Attard jitkellem dwar Ħaż-Żabbar fil-Letteratura Maltija. Imbagħad Marija Camilleri tissokta b'artiklu ieħor interessanti dwar il-Programm Merħba lis-Sajf 2019. Isegwi tagħrif dwar it-tnedija tal-ktieb dwar l-istoriku mibki Karmenu Bonavia. Wara, artiklu minn Mro. Manoel Pirotta dwar is-Satira Mużikali Aħseb int dwar Saħħtek, li ttellgħet fis-Sala Notre Dame. Jerġa' Paul Xuereb dwar Żabbari u sħabu li ġew ippremjati wara ħidma diffiċli. Warajh, artiklu informattiv u interessanti: Ħbieb fil-Komunità, miktub minn Charles Casha. Imbagħad Anna Farrugia titkellem dwar Mro. Antonio Micallef u r-rabta tiegħu ma' Ħaż- Żabbar. Issegwi (bl-Ingliż) sensiela ta' applikazzjonijiet ta' passaporti Żabbarin (1900 – 1936) miktuba minn Mark Caruana. Vince Peresso mbagħad jagħtina artiklu sabiħ dwar Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar. Isegwih Manuel Abdilla b'artiklu dwar l-għeruq storiċi tal- inkurunazzjonijiet f 'Malta b'rabta mal-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja fl-1951. Dr Karmenu Mallia mbagħad jitkellem dwar il- ġabra reċenti ta' poeżiji mill-isbaħ tiegħu: My Latest Poems. Nostalġiku għall-aħħar huwa l-artiklu Karnival Żabbari fi Tfuliti, ta' Karmenu Ellul Galea (1914-2007). Warajh Dr Simon Mercieca jitkellem dwar żewġ patrijiet Agostinjani minn Ħaż-Żabbar, Evodju Bonnici u Alipju Xerri. Imbagħad it-tieni parti ta' Żieda u Korrezzjoni: Salvu Astarita bejn Talenti u Proġetti. Paul Xuereb jerġa' b'artiklu ieħor interessanti: Il-Qasam tal-Mużew Żabbari b'ħidma ta' 110 snin. Isegwih l-Editur innifsu, b'intervista ma' Patri Garvin M. Grech O Carm. Imbagħad Dr Emmanuel Schembri jitkellem dwar Il-Pellegrinaġġ tal-Madonna, it- Triq il-Kbira tal-Grazzji. Interessanti wkoll l-artiklu ta' Karina Fiorini: Lenti fuq iċ-Ċinema. Warajh, il-Perit Ruben Abela, President ta' Wirt iż-Żejtun, jitkellem dwar L-Aħħar Ħbit tat-Torok 1614. Isegwih Jonathan Barbara b'artiklu bl-Ingliż: Bicycle Advocacy Group. Imbagħad Eric Montfort jitkellem dwar Bro. Edward Galea – Tagħlim u Formazzjoni bi Ħlewwa. Ħelu ħafna huwa l-artiklu dwar il-ktejjeb In-Nannakola u l-Ħanfusa u stejjer oħra, miktub minn Anthony Farrugia u ppubblikat mill-Horizons. Wara artiklu qasir dwar Paġna fuq Facebook: Zabbar born and bred plus residents. Wara dan, Miriam Cassar, fundatriċi u direttriċi ta' VersAgħtini. b'artiklu ieħor ferm interessanti: Parti mill-Identità Tagħna. Warajh, George Cilia bil-kitba Is-Sindku, tagħrif interessanti u storiku dwar il- Kunsilli Lokali. Imbagħad, intervista ma' Joseph Bonavia dwar il-Wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira li, bil-ħila tiegħu bħala esebitur, ilhom jittellgħu f 'Ħaż- Żabbar għal dawn l-aħħar 43 sena. Issegwi tislima lil James Chalker li miet traġikament fl-1958. Imbagħad artikolett qasir u ħelu: Inħabblu Moħħna bil-Ħaġa Moħġaġa, kitba ta' Paul Xuereb. Wara, Apprezzament: Fr. Maurice Caruana mssp (1948 – 2019). Jagħlaq din il-ħarġa mill-ġdid l-Editur, b'artiklu tassew interessanti: Lucia Levanzin u Agatha Barbara. Kif għedt fil-bidu, din il-ħarġa hija ktieb, ktieb edukattiv, storiku u artistiku, ta' valur kbir u siewi bħall-ħarġiet l-oħrajn kollha; ktieb li għandhom jgħożżu mhux biss iż-Żabbarin, iżda l-Maltin u l-Għawdxin kollha. Ħajr partikolari lis-Sur Malcolm Schembri u lil dawk kollha li tul dawn l-għaxar ħarġiet dejjem taw sehemhom biex ikattru u jseddqu l-istorja, l-arti u l-kultura f 'Ħaż-Żabbar u f 'Malta tagħna. Storja u Kultura Ħaż-Żabbar