Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 IT, film tal-biża' tal-2017, ibbażat minn fuq in-novella tar-rinomat awtur ta' kotba tat-twerwir u qtajja', Stephen King, mhux biss kien imfaħħar mill-kritiċi, iżda wkoll sar l-iżjed film tal- biża' li daħħal flus - qabeż is-700 miljun dollaru. Għalhekk, kienet ħaġa naturali li din is-saga tispiċċa bil-kbir, b'mod elaborat, fit-tul u manjiera epika. Fil-prologu ta' IT Chapter Two, fl-1989, dawk iċ-ċorma żgħażagħ magħrufa bħala The Losers Club, ħasbu li ħelsu minn Pennywise (Skarsgaard), il-buffu qattiel u msaħħar li kapaċi jibdel surtu. 27 sena wara, fil-belt ta' Derry, Maine, in-nies reġgħu bdew jisparixxu. The Losers, issa adulti kienu nfirdu u telqu minn Derry jgħixu ħajjithom, ħlief Mike (Mustafa) li malajr jirrealizza x'qed jiġri. Hu jċempel lil sħabu taż-żgħożija biex jerġgħu jikkumbattu lil dan il-ħażen. Pennywise, issa malinn u perikoluż aktar minn qabel jimbarka fuq rotta ta' twerwir, biża' u qtil. Minkejja l-esperjenzi koroh tal-passat, il-grupp ta' adulti jridu jneħħu l-biża' li baqa' jaħkimhom matul is-snin biex jeqirdu lil dan il-mingħul. IT Chapter Two huwa l-kapitlu finali ta' din il-ħrafa makabra, mimli intriċċi, azzjoni u qtajja' b'mod tant intens li trid toqgħod b'seba' għajnejn biex tirrealizza x'qed iseħħ f 'ħin ta' aktar minn tliet sigħat neqsin kwart. Ħaġa li tgħin ħafna lill- udjenzi hija kull darba li wieħed mill-adulti jinqabad f 'saram, naraw ix-xbieha tiegħu fi flashback meta kien tifel. L-awtur stess, Stephen King jidher f 'cameo bħala sid ta' ħanut ta' oġġetti użati jew antiki li jbigħ rota qadima lil Bill (McAvoy). Film spettakulari, stilizzat, b'xi azzjonijiet żejda lejn il-final. illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema IT: CHAPTER TWO PAIN AND GLORY Atturi Ewlenin: James McAvoy; Jessica Chastain; Bill Hader; Isaiah Mustafa; Bill Skarsgaard; Sophia Lillis. Direttur: Andy Muschietti. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 169 min. Ċert. 15 PEDRO Almodovar huwa l-aktar direttur Spanjol rinomat u rispettat ta' dawn l-aħħar 25 sena jew aktar. Il-maġġoranza tal-films li ħadem dan id-direttur huma mfaħħrin kemm mill-kritiċi u kemm miċ-ċineasti serji. Dan id-direttur iħobb iżewwaq ix-xogħlijiet tiegħu bi produzzjonijiet ta' diversi ġeneri fejn il-protagonisti jesibixxu emozzjonijiet ta' intensità varjata. Pain And Glory (Dolor Y Gloria) li hu bis-sotto titoli, aktarx huwa l-aktar xogħol tiegħu matur u meditattiv. Dan id-dramm, miktub ukoll minnu, jiffoka fuq Salvador Mallo (Banderas), direttur tal-films, li fiżikament saħħtu sejra lura. Ħosbien, jiffoka fuq l-għażliet li għamel f 'ħajtu fil-passat u anki fil-preżent, li issa qed jagħfsu fuqu, b'hekk jinsab fi kriżi kreattiva. Fost dawn, jiftakar meta fis-snin sittin il-familja tiegħu marru jgħixu ġo villaġġ qrib Valenzja bil-għan li jgħixu aħjar, tiġi quddiem għajnejh l-ewwel imħabba li kellu f 'Madrid li ma rnexxietx, xi ħaġa li kkawżatlu wġigħ ta' qalb. Biex jinsa, beda jikteb u anki skopra ċ-ċinema. Dan il-film juri kif il-baħħ li Salvador ħass ġo fih impedih milli jkompli jaħdem il-films, u issa li jrid jiftaħ qalbu beraħ malajr ma' xi ħadd, kapaċi jsib is-salvazzjoni tiegħu. F'din il-produzzjoni, kemm Almodovar u kemm Banderas urew dedikazzjoni kbira, serjetà u maturità emozzjonanti! Atturi Ewlenin: Antonio Banderas; Asier Etxeandia; Leonardo Sbaraglia; Penelope Cruz; Julieta Serrano. Direttur: Pedro Almodovar. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 114 min Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019