Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet bis-saħħa ta' missieri meta minn ta' età żgħira daħħalni fin-nursery ta' Ħaż-Żabbar. Kemm tgħallimt mill- esperjenza ma' Pietà Hotspurs? Kif kulħadd jaf, in-nursery ta' Pietà Hotspurs hija waħda mill-aqwa nurseries li hawn ġo Malta. Ma' Pietà Hotspurs għamilt sitt staġuni fejn tgħallimt ħafna affarijiet. U xi tgħidli dwar l-esperjenza ma' Hibernians? Dan huwa d-disa' staġun tiegħi ma' Hibernians, fejn nista' ngħid li matul dawn is-snin, żviluppajt biżżejjed biex intejjeb il-kapaċitajiet tiegħi. Xi tgħidli fuq il-kowċ Mark Miller? Il-kowċ Mark Miller kien importanti għalija personali fis-sentejn li għaddew għax tani iżjed ċans biex inkun regolari fit-tim ta' Hibernians. U issa għandkom lil Stefano Sanderra bħala kowċ. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwaru? Fuq il-kowċ Stefano Sanderra, dan għandu stil differenti minn dak ta' kowċ Miller li nemmen li jaddatta iżjed għat-tim tagħna. Mhux sigriet li Hibs dejjem jippruvaw jissieltu għar- rebħ tal-kampjonat hux hekk? It-tim tal-Hibs dejjem jissielet biex ikun ma' ta' fuq. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti. X'inhi l-esperjenza tiegħek meta tirrappreżenta lil pajjiżek? Huwa ta' unur kbir li tirrappreżenta lil pajjiżek. X'ħassejt meta sena ilu ddebuttajt mat-tim nazzjonali 'A'? Il-ħolma ta' kull plejer Malti hi li xi darba jirrappreżenta lil pajjiżu. Issa hemm Ray Farrugia bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti. Taqbel miegħi li huwa kowċ ta' ċertu kariżma? Naqbel li huwa kowċ ta' ċertu kariżma. Semmejt it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Int kont ukoll ma' Silvio Vella. Kemm tgħallimt mingħand dan il-kowċ? Il-kowċ Silvio Vella jgħin lil kull plejer kif wieħed jista' jtejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? U taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Kulħadd għandu opinjonijiet differenti fuq il-format tal-kampjonat. It-timijiet 'iż-żgħar' sa ċertu punt però, kull tim jista' jeħodlok il-punti. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Isir xi jsir, kull plejer Malti irid jibqa' jagħti sehmu u jitħarreġ b'mod normali u juri li kapaċi jilgħab flok plejer barrani. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Il-livell ta' barranin miż-żmien ta' qabel meta l-kampjonat kien bi tliet barranin huwa differenti għaliex diffiċli ssib seba' barranin kollha ta' stoffa bħal qabel. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Kull plejer irid jagħmel is-sagrifiċċju biex fl-aħħar mill-aħħar jieħu dak li ħaqqu. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mal-futbol? Li tkun taħdem full-time u wara tmur titħarreġ mhijiex faċli, però jekk ikollok il-motivazzjoni li tagħmilha, ħadd u xejn mhu ħa jwaqqfek. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Messaġġ żgħir mingħandi huwa li qatt m'għandek taqta' qalbek, tibqa' titħarreġ u meta jiġi ċ-ċans trid turi l-kapaċitajiet tiegħek. Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum 'Jekk ikollok il-motivazzjoni li tirnexxi, ħadd u xejn mhu ħa jwaqqfek' - Dunstan Vella Cristian Antony Muscat Isir xi jsir, kull plejer Malti irid jibqa' jagħti sehmu u jitħarreġ b'mod normali u juri li kapaċi jilgħab flok plejer barrani Dunstan Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019