Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn età bikrija kont diġà ffissajt fuq il-futbol kemm Malti kif ukoll barrani. Missieri ma kienx jitlef opportunità waħda li jara logħba futbol fuq it- televixin u għalhekk kont inqatta' ħafna ħin ħdejh fuq is-sufan nimpressjona ruħi nara rġiel u nisa jiġru wara biċċa ġilda. Iktar ma bdejt nikteb iktar beda jogħġobni l-isport. Missieri kien u għadu supporter tal-Juventus u niftakar kien ħadni nara logħba l-grawnd nazzjonali bejn Valletta u Juventus fejn Valletta taw wirja mill-isbaħ fejn saħansitra kienu rebħu bil-penalties kontra tim hekk kbir bħal Juventus. Dakinhar tant kien hemm entużjasmu u ħadt gost li għedt f 'qalbi li xi darba nixtieq nasal jew nipprova nasal bħala plejer biex nagħti pjaċir u spettaklu lin-nies jien. Bdejt nilgħab il-futbol meta kelli sitt snin. Kont ilni naħsibha biex nibda nipprattika ma' nursery lokali u kont naf li ħabib tiegħi kien jitħarreġ ma' Gudja Youth Nursery u kont mort ipperswadejt lil missieri jeħodni u bqajt magħhom għal kważi tmien snin. Ta' 14-il sena ddeċidejt li nibdel il-klabb u mort ma' raħal twelidi, iż-Żejtun li għadni nilgħab għalih sal-lum il- ġurnata. Ma' Żejtun lgħabt fl-U15, fl-U17, fil-minors u anke mas-senior team. Inħossni onorat li nilgħab ma' raħal twelidi u ħafna iktar meta tirbaħ trofew prestiġjuż għall-klabb tant għal qalbi fejn fin-Nursery irbaħna s-sezzjoni rispettiva tagħna u fis-sena ta' wara spiċċajna bħala runners-up. Fis-sezzjoni tal-Youths jiġifieri minors jew U19/U21 kelli ċ-ċans nilgħab ma' plejers ta' livell għoli f 'sezzjoni B kif ukoll inħossni privileġġjat li kont captain għal sentejn sħaħ. Peress li issa qegħdin f 'sezzjoni D għadni nista' nagħti l-kontribut tiegħi fit-tim matul dan l-istaġun. Fil-livell ta' Senior Team kont għamilt id-debutt tiegħi fit-Tieni Diviżjoni fl-età ta' 16-il sena fejn lgħabt 12-il logħba. Is-sena ta' wara kienet sena memorabbli għalija fejn minbarra li lgħabt 18-il logħba oħra konna rbaħna l-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni. Logħba li dik is-sena ma ninsa qatt hi meta kont skurjajt l-ewwel goal uffiċjali mas-Senior Team propju fl-ewwel minuta tal-logħba kontra Birżebbuġa li kienet tatna promozzjoni li fl-aħħar kienet spiccat bl-iskor ta' 3-0. Kemm is-sena l-oħra kif ukoll dis-sena lgħabna fl-Ewwel Divizjoni fejn il-livell żdied. Għalkemm ma tantx lgħabt logħob b'total ta' seba' logħbiet fil-First Division, nemmen li xorta tgħallimt ħafna affarijet kemm minħabba taħriġ, osservazzjoni u determinazzjoni biex inkompli ntejjeb il-livell tiegħi. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Kif naħseb kulħadd jaf dis-sena kienet sena pjuttost diżappuntanti għalina l-plejers, kowċis, kumitat, sapporters, president u klabb inġenerali fejn spiċċajna fin-naħa t'isfel tal-klassifika. Dawn huma affarijiet li jiġru. Fil-futbol ma tafx x'jista jinqala'. Kien hemm logħbiet fejn konna fenomenali imma naħseb li minħabba injuries u nuqqas ta' konsistenza batejna naqra. Dis-sena trid tkun ta' tagħlima għal kulħadd biex nitgħallmu minnha u nippruvaw ma nirrepetux l-iżbalji li seħħew u ntejbu fuq it-tajjeb li diġà sar. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Naqbel, minħabba l-fatt li jkun hemm ċans iktar għall-plejers żgħażagħ li jiprommettu biex juru x'jafu. Però, Malta għandna problema ta' finanzi f 'ċerti klabbs fejn ma jkollhomx finanzi daqs ħaddiehor u naħseb ibatu xi ftit imma l-battalja u l-kompetizzjoni dejjem għandha tkun hemm allura naqbel. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, naqbel. Kif semmejt qabel mhux kull tim għandu ammont kbir ta' finanzi biex iħallas lill-plejers tiegħu. U għalekk din taffettwa l-kwalità wkoll tal- barranin li tim partikolari jkun jista' jġib. Eżempju tim b'baġit ta' miljun ewro ħa jġib barranin ta' livell ogħla minn team b'baġit ta' mitt elf ewro fl-opinjoni tiegħi. Imbagħad jidħlu fatturi bħall-wirjiet fil-grawnd u injuries li jistgħu jaffetwaw ukoll. Tim ikun fil-parti t'isfel tal- klassifika għal raġuni u viċe-versa man- naħa ta' fuq. Tim fil-qiegħ qed jagħmel xi ħaġa ħażina żgur. Iktar u iktar meta tara d-distakk ta' punti bejn iż-żona ta' relegazzjoni u ż-żona Ewropa (naħa ta' fuq). Fl-opinjoni tiegħi, l-Ewwel Diviżjoni hija iktar ibbilanċjata mill- Premier hekk kif ikollok minn erba' sa tmien timijiet bi tliet punti distakk fejn jekk titlef logħba, taqa' man-naħa t'isfel u jekk tirbaħ tiġi man-naħa ta' fuq. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? M'iniex deċiż fuqha u għandi r-raġunijiet tiegħi. Naqbel għax tgħolli l-livell tal-Maltin. Il-kompetizzjoni f 'kull tim hija ħaġa bżonjuża għax tgħin lill-plejer jitjieb. F'Malta ma tantx hawn ħafna plejers ta' livell kbir ħlief forsi dawk li jilagħbu man-Nazzjonal. Il-barranin qishom jagħtu dik l-imbuttatura li naħseb aħna l-Maltin għandna bżonn għax wara kollox postok qatt ma jkun wieħed ċert mal- 'Kulħadd kapaċi jasal imma trid Cristian Antony Muscat Kyle Gary Buttigieg - talent żagħżugħ ta' 19-il sena li jimmilita ma' Żejtun Corinthians fl-Ewwel Diviżjoni. M'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ jistennieh fl- isport li tant iħobb - il-futbol Huwa plejer żagħżugħ ta' 19-il sena li jimmilita Żejtun Corinthians fl-Ewwel Diviżjoni Għandu futur mill-isbaħ jistennieh fl-isport iħobb - il-futbol Ix-xewqa tiegħu hija dik li jilgħab mat-tim ta' taħt il-21 sena kif ukoll ma' dak tal-kbar KYLE GARY BUTTIGIEG Jekk għandek ħolma jew xewqa li tagħmel xi ħaġa kemm jekk futbol u kemm jekk xi ħaġa oħra qatt taqta' qalbek u qatt tgħid m'iniex kapaċi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019