Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938
Sports 31 ewwel 11. Trid dejjem taħdem għalih! Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Nikellem għat-tim tiegħi. Naħseb li fallejna b'ċerti barranin li ġibnihom biex jgħinuna u spiċċaw bilkemm lagħbu jew gerfxu iktar milli għenu. Jien nemmen li barrani irid ikun kapaci jikkomunika sew ma' sħabu fil-grawnd mhux għax ikun tajjeb biss. Il-komunikazzjoni hi importanti fil-grawnd li plejers jiftehemu billi jitkellmu u jifhmu lil xulxin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Naħseb li għandu jkollna iktar grawnds li nilagħbu fihom kemm synthetic kif ukoll tal-ħaxix naturali. Fl-Ewwel Diviżjoni u l-Premier dejjem jintużaw l-istess erba' grawnds kull ġimgħa. U grawnds li jkunu jistgħu jakkomodaw numru sostanzjali ta' supporters. Anke training grounds. Kif tim tal-Ewwel Diviżjoni jew saħansitra tim tal-Premier jitħarreġ fi grawnd ta' 5 jew 7-a-side. Nemmen li hemm ħafna iktar x'jista' jsir minn dan il-lat. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-aħħar staġun? Il-kontroll tar-referis qed jitjieb minħabba li t-taħriġ tar-referis qed ikun ta' livell ogħla. Bil-limiti tiegħu, referì mhux dejjem ħa jaqbel miegħu kulħadd. Huwa uman bħall-plejers li jkunu qed jilagħbu fil-grawnd u żbalji ħa jagħmel bħal kulħadd. Tim li jkun qed jirbaħ ħa jarah anġlu u tim li jkun qed jitlef ħa jarah dimonju imma dik parti mil-logħba u l-plejers għandhom ikunu professjonali biżżejjed li jkomplu jagħtu kontribut fil-logħba u mhux jeħduha mar-referì. Barra minn Malta tintuża s-sistema tal-VAR li hawn Malta ma nużawhiex. Naħseb li hija għodda addattata ħafna għar-referis li tgħinhom jikkontrollaw il-logħob aħjar. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Plejer tal-futbol irid jagħmel ħafna sagrifiċċji tul il-karriera tiegħu biex jitjieb. Jien nemmen li t-tragward m'għandux ikun li nkun tajjeb għax kieku kulħadd jgħid jien aħjar minnek u dawn l-affarijiet imma t-tragward għandu jkun li ġurnata b'ġurnata ttejjeb il-livell tiegħek u tkompli titjieb. Sagrifiċċji agħmlihom għax trid int u għall-isport li tant inħobbu. Jien nemmen li bis-sagrifiċċji li plejer jagħmel biż-żmien jilħaqhom l-aspettattivi u t-tragwardi li jkollu. M'intix ħa tfaqqa' subgħajk u tasal imma trid tkun paċenzjuż bħal fil-ħajja ta' kuljum. Dawn is-sagrifiċċji jinkludu ikel u dieta tajba u addattata għall-plejer tal-futbol, konsum baxx tal-alkoħol u mhux esaġerat, ħin mal-familja mhux dejjem ikun hemm kif ukoll ħin liberu għalik imma wieħed li jkun iffissat fuq il-fubol dak ikun il-ħin liberu tiegħu fejn jesprimi ruħu u l-problemi tal-ħajja jinsiehom kollha għal dik is-siegħa u nofs tal-logħba. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju tiegħek u mal-futbol? Jien għadni student Universitarju nistudja degree fil-Medical Biochemistry. Dan huma suġġett naqra mpenjattiv bħas-suġġetti kollha imma b tqassim ta' ħin tajjeb li fl-opinjoni tiegħi hi l-iktar ħaġa importanti tasal. Il-futbol qatt m'għandu jingħata l-ġenb. B'xi mod jew ieħor fl-aħħar għaxar snin dejjem sibt bilanċ s'issa bejn l-iskola u studju. Kollox f 'ħinu u f 'waqtu. Ħin l-istudju hu ħin l-isudju u ħin it-taħriġ hu ħin it-taħriġ. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Jien s'issa trials biss kelli mat-tim nazzjonali Malti meta kont iżgħar. Plejer qatt m'għandu jaqta' qalbu u jaspira li xi darba jilgħab għal pajjizu fi kwalunke livell. Hija x-xewqa tiegħi li xi darba forsi nkun mgħajjat mat-tim nazzjonali tal-U21 jew dak tal-kbar. Dejjem nibqa' nistinka u nitħarreġ forsi xi darba nasal u jekk ma jirnexxilix ma tkunx waqgħet id-dinja lanqas għax bħala partitarju ta' pajjiżi dejjem ħa tkun irrelevanti jekk inkunx fil-pitch jew barra minnu! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Bħalissa għadni qed niżviluppa u beħsiebni nibqa' mal-klabb tant għal qalbi ta' Żejtun Corinthians, avolja ġieli tgħaddili minn moħħi biex nibda esperjenza ġdida hekk kif kien hemm xi klabbs interessati fija. Imma għadni żgħir u għad fadalli triq twila quddiemi f 'dik li hi karriera tal-futbol. B'hekk inħares pass, pass u nħalli f 'idejn il-Bambin biex iwassalni fejn għandu jwassalni! Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Messaġġ qasir mingħandi hu li jekk għandek ħolma jew xewqa li tagħmel xi ħaġa kemm jekk futbol u kemm jekk xi ħaġa oħra qatt taqta' qalbek u qatt tgħid m'iniex kapaċi. Kulħadd kapaċi jasal imma trid tkun determinat minnek u tgħid hemm irrid nasal u ibqa' fiċ-ċert li xi darba tasal. Żomm madwarek nies li jridulek il-ġid u li jridu jgħinuk titjieb u warrab lil dawk li jippruvaw itellfuk u jitfgħuk 'l isfel. Il-motto tiegħi huwa 'Dare To Dream'. Jekk hi xi ħaġa li tħobb tagħmel, mur għaliha! M'għandekx bżonn tkun l-aħjar wieħed fil-ħaġa bħall-futbol. L-aqwa li tagħmel l-almu tiegħek u tkun kuntent b'dik li wara kollox hija parti essenzjali minn ħajtek! trid tkun determinat jimmilita ma' fl-isport li tant mat-tim nazzjonali tal-kbar Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum