Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

minkejja li huma obbligati jagħmlu dan. Għalfejn reġgħet inqalgħet il- kontroversja? Id-diskussjoni dwar il- morning after pill reġgħet qamet wara li l-grupp ta' facebook Women for Women, li għandu 'l fuq minn 30,000 membru, appella lill-ispiżjara biex ikunu aktar sensibbli man-nisa li jkunu jridu jixtru l-pillola. Anke jekk il-morning after pill tinbiegħ mingħajr riċetta tat-tabib, in-nisa f 'dan il-grupp saħqu li xi drabi jħossuhom "iġġudikati" meta jiġu biex jixtruha. Uħud min-nisa saħansitra akkużaw lill-ispiżjara b'nuqqas ta' sensittività meta ġew mistoqsija mistoqsijiet personali quddiem klijenti oħra. Mara partikolari staqsiet għalfejn intalbet il-karta tal-identità u kellha tiżvela l-identità tagħha f 'sitwazzjoni li ddeskrivietha bħala sensittiva. "Nifhem mistoqsijiet dwar meta għamilt is-sess jew jekk għandhiex kundizzjonijiet mediċi, iżda l-mistoqsijiet li ġejt mistoqsija ħassejthom li kienu intiżi biex jiġġudikawni u jġegħluni nistħi," kitbet waħda min-nisa. Kien dan li wassal lil Francesca Fenech Conti, l-amministratur ta' Women for Women, biex tikeb lill- Kamra tal-Ispiżjara u titlob li l-pubbliku jkun infurmat bil- proċedura li għandha tintuża mill-ispiżjara meta jiġu biex ibigħu l-morning after pill. Fenech Conti saħansitra qalet li ma tarax il-bżonn li n-nisa jkunu mistoqsija mistoqsijiet għax, fi kliemha, kull meta marret tixtri mediċini li jinbiegħu bla riċetta ħadd qatt ma staqsiha xejn. "Ma niftakarx li ġejt mistoqsija meta l-aħħar kelli wġigħ ta' ras meta staqsejt għan-Nurofen," kitbet l-amministratur. Kif wieġbu l-ispiżjara? Fit-tweġiba tagħha, il- Kamra tal-Ispiżjara saħqet li l-ispiżerija mhijex ħanut u l-mediċini mhumiex prodotti kummerċjali ordinarji. Fakkret li l-ispiżerija hija l-post fejn tingħata kura primarja minn professjonisti. Fil-fatt, il-Kamra tal- Ispiżjara nsistiet li spiżjar huwa fid-dmir li jistaqsi mistoqsijiet, anke meta qed ibigħ mediċina mingħajr il- bżonn ta' riċetta. Insistiet li dawn il- mistoqsijiet isiru fl-aqwa interess tal-pazjent u xejn aktar. Spjegat kif ċertu mediċini jirrikjedu mistoqsijiet sempliċi iżda hemm mediċina oħra li dwarha spiżjar ikun irid jagħmel aktar mistoqsijiet biex wara kollox jieħu d-deċiżjoni professjonali. Kien hawn li fakkret li l-pillola kontraċettiva, jew il-morning after pill hija prodott mediċinali u għalhekk l-ispiżjar bilfors li jrid jistaqsi ċertu mistoqsijiet. Il-Kamra nsistiet ukoll li hija timxi skont prattiċi professjonali użati fil- maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u anke ħarġet linji gwida għall- membri tagħha, li jgħinu lill-ispiżjara jieħdu l-aqwa deċiżjonijiet meta jiġu biex ibigħu l-morning after pill, liema linji gwida jinsistu fuq il-kunfidenzjalità u l-privatezza. 5 Aħbarijiet Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum Anke jekk l-opinjoni, fuq jekk l-ispiżjara għandhomx jistaqsu mistoqsijiet qabel ibigħu l-morning after pill, hija maqsuma, id-ditti stess tal-morning after pill joffru għajnuna lill-ispiżjara biex jieħdu l-aqwa deċiżjonijiet meta jiġu biex ibigħu l-pillola. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM rat kwestjonarju żgħir ħafna li jitqassam lil dawk l-ispiżeriji li jbigħu l-morning after pill Escapelle. F'dan il-kwestjonarju qasir (ara r-ritratt) il-mara timmarka x'inhi r-raġuni għalfejn trid tixtri l-pillola, jiġifieri jew għax kellha x'taqsam sesswalment mingħajr protezzjoni jew inkella għax falla l-kontraċettiv li ntuża. Apparti minn hekk, dan il- kwestjonarju jassigura, fost oħrajn li l-mara mhijiex taħt l-età, li l-att sesswali ma seħħx aktar minn 72 siegħa qabel, li l-mara ma tkunx waslet biex ikollha l- menstruwazzjoni u li qed tixtri l-pillola għall-użu personali. "Anke jekk ċertu mistoqsijiet huma ftit personali u forsi antipatiċi, l-ispiżjara jridu jistaqsuhom biex jassiguraw li l-prodott qed jingħata għal raġunijiet validi, biex ma jkunx hemm abbuż u biex ma ssirx ħsara lil saħħet il-mara," qaltilna l-ispiżjara li tatna dan il- kwestjonarju qasir. L-istess kwestjonarju, maħruġ mid-ditta li tipproduċi l-Escapelle stess, joffru wkoll spazju fejn jitniżżlu d-dettalji tal-ispiżjar u l-mara, li tintalab tiffirma wkoll bħala xhieda li l-informazzjoni li tat hija korretta u li l-ispiżjar/a spjegalha/spjegatilha d-dettalji kollha. Fi kliem sempliċi, f 'Malta mara tista' ssib żewġ tiġi ta' Morning After Pill, jiġifieri pillola li tista' tittieħed sa ħamest ijiem wara li l-persuna jkollha x'taqsam sesswalment u oħra li tista' titteħed sa tlett ijiem wara l-att sesswali. · L-ellaOne hija l-morning after pill li trid tittieħed sa ħamest ijiem wara l-att sesswali. Din tista' tittieħed fi kwalunke perjodu taċ- ċiklu mestrwali. Tiswa €34.54 · Il-Levonelle hija morning after pill li trid tittieħed mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-att sesswali. L-effett tagħha jkun aktar qawwi fl-ewwel 12-il siegħa wara li persuna jkollha x'taqsam sesswalment. Din ukoll tista' tittieħed fi kwalunke perjodu taċ-ċiklu mestrwali. Tiswa €18.50 · L-Escapelle, bħal-Levonelle, hija morning after pill oħra li trid tittieħed sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-att sesswali. Din ukoll tista' tittieħed fi kwalunke perjodu taċ- ċiklu mestrwali. Tiswa €17.90 It-tlieta li huma jipprevenu l-ovarji milli jirrilaxxaw il-bajd, jagħmluha aktar diffiċli li l-isperma tippenetra ċ-ċerviċi u tiffertilizza l-bajda u jnaqqsu ċ-ċans milli l-bajda ffertilizzata tiġi impjantata. L-aktar sintomi negattivi komuni tagħhom jistgħu jinkludu nuqqas ta' rqad, remettar u diarea. Madanakollu, jistgħu jikkawżaw ukoll għejja, tnixxiegħa ta' demm qabel il-menstruwazzjoni, uġigħ fid-dar, uġigħ fis- sider, uġigħ ta' ras u anke sturdament. Kwestjonarju li jitqassam lill-ispiżjara biex jużawh qabel ibigħu l-morning after pill Escapelle Ditti stess tal-MAP joffru lill-ispiżjara gwida dwar il-mistoqsijiet li jistaqsu Il-Levonella tidher li hija l-aktar morning after pill komuni fl-ispiżeriji Maltin X'tipi differenti ta' MAP jinbiegħu f 'Malta? Waħda mill-morning after pills li jinbiegħu fl-ispiżeriji Maltin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019