Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 F'KUMMENTI li ta lill-gazzetta ILLUM, id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield qed jipproponi t-twaqqif ta' Lohombus, bank ieħor sabiex jgħin lil koppji żgħażagħ isiru sidien ta' darhom. "Għandu jkun hawn bank bħalma kien il-Lohombus minħabba li l-banek kummerċjali saru wisq riġidi biex jagħtu loans," saħaq id-Deputat Laburista. Il-Lohombus kien bank li joffri self lill-koppji żgħażagħ sabiex isiru sidien ta' darhom. Is-self kien wieħed b'rata ta' interess minima u b'sussidju mill-Gvern. Skont Bedingfield, ħafna koppji żgħażagħ mhux qed ikollhom l-opportunità li jieħdu self mill- banek sabiex jixtru proprjetà u jiksbu l-istabbilità neċessarja f 'ħajjithom. "Jekk il-banek saru problema, allura l-istat għandu jkun is-soluzzjoni biex f 'pajjiżna kulħadd ikollu l-opportunità jkun sid ta' daru u jgħix ħajja stabbli," argumenta d-Deputat Laburista. Mal-ILLUM huwa għamel referenza wkoll lejn statistika dwar il-faqar f 'pajjiżna li kienet ippubblikata ftit żmien ilu. "Huwa ta' sodisfazzjoni li ġie rreġistrat tnaqqis fin-numru ta' nies li qed jgħixu fil-faqar. Dan ifisser li l-politika tal-Gvern qed tħalli effett dirett fuq il-ħajja tan-nies. Iżda billi għad għandna ammont ta' nies li għadhom fil-periklu tal-faqar irridu naħdmu iktar," sostna Bedingfield. Fuq l-istess nota huwa jemmen li l-Gvern għandu jħares lejn il-ġlieda kontra l-faqar bħala pajjiż sħiħ mhux biss bħala Gvern, u nindirizzaw dawk l-oqsma fejn hemm problemi. "Il-qasam tal-kera huwa problema għal ħafna nies. Bħalissa mill- Parlament qed ngħaddu liġi ġdida tal-kera li se tkun qed iddaħħal regoli ġodda, pass fid-direzzjoni t-tajba," temm jgħid id-Deputat Laburista. Minn Yendrick Cioffi MIN nhar il-Ħadd segwa r-Regatta Nazzjonali ta' Jum il-Vitorja żgur li nduna b'inċident li fih ma weġġa' ħadd iżda li l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor qed tuża biex tiftaħ għajnejn dawk li jużaw il-Port il-Kbir waqt li jkun għaddej it-taħriġ. Għal min ma segwiex ir-Regatta, malli t-tim tal- Birgu rebaħ l-ewwel tellieqa tal-Kategorija tan-Nisa, waqt li l-qaddiefa kienu qed jiċċelebraw, il-frejgatina, minħabba ftit ċaqliq żejjed, inqalbet. Iż-żewġ qaddiefa u anke tifla żgħira li kienet qed tagħtihom id-direzzjoni, spiċċaw il-baħar u l-frejgatina nofsha mgħerqa. Dwar dan l-inċident, li għadda b'wiċċ il-ġid, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Stephen Paris, il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali li insista kif dan l-inċident wera biċ-ċar dak li d-dilettanti ilhom jgħidu, jiġifieri kemm dgħajsa tista' tinqaleb daqs tazza ilma. Nhar il-Ħadd li għadda, il- President tal-Klabb tar-Regatta ta' Bormla, Evan Buttigieg, tkellem mal-gazzetta ILLUM dwar in-nuqqas ta' rispett li xi drabi d-dilettanti tar-Regatta jesperjenzaw minn persuni oħra li jkunu qed jużaw il-Port il-Kbir. Tal-istess opinjoni kien Paris, li mal-ILLUM spjega kif għalkemm din id-dgħajsa nqalbet għax waħda mill- qaddiefa qamet bilwieqfa, dan l-inċident għandu jiftaħ għajnejn dawk li jużaw il-Port il-Kbir. Fi kliemu, anke jekk l-inċident seħħ għax waħda mill-qaddiefa qamet bilwieqfa u ntilef il- bilanċ, dan wera kemm dgħajsa tar-Regatta tista' tinqaleb faċilment, anke b'ċaqliqa żgħira, inkluż sempliċi rima. "Nhar il-Ħadd li għadda kien hemm tal-Protezzjoni Ċivili li malajr marru jgħinuhom u tellgħu lill-qaddiefa. Fit-taħriġ waħedna nkunu," insista Paris. "Aħna qed nitolbu biss ir-rispett minn dawk li qed jużaw il-port." Insista kif filwaqt li l-jottijiet jistgħu jidħlu l-Port b'10 knots, fi kliemu, din toħloq biżżejjed rima biex tinqaleb dgħajsa. Kien għalhekk li appella lil dawk li jużaw il-Port biex fil- ħinijiet tat-taħriġ tar-Regatta juru ftit tar-rispett lejn il- qaddiefa. "Jien dejjem ngħidilhom. Tiċċajtawx mad-dgħajjes il-kbar. Immaġina jaqilbek xi ħadd u jkun ħiereġ xi cruise liner jew vapur kbir. X'se jiġri?" staqsa Paris. 'Il-periklu f 'Marzu huwa ħafna akbar' Kien hawn li mal-ILLUM insista kif il-periklu huwa akbar waqt it-taħriġ għar-Regatta ta' Jum il-Ħelsien. Fakkar kif f 'Marzu jidlam aktar kmieni u l-baħar ikun ħafna aktar kiesaħ. "Mhux l-ewwel darba li waqajt il-baħar. Naf x'jiġifieri. Jista' jkun hemm konsegwenzi serji" saħaq Paris. Mistoqsi jekk hux qed jipproponu li fil-ħin tat-taħriġ ikun hemm l-għassa, Paris saħaq li diversi drabi jkun hemm uffiċjali ta' Transport Malta iżda mhux jippretendu li kuljum ikun hemm il- Protezzjoni Ċivili jew inkella l-Pulizija. "Dan anke waqt it-taħriġ tal- futbol. Waqt it-taħriġ ma jkunx hemm l-ambulanzi, il-Pulizija u t-tobba kollha," saħaq Paris. Temm jappella biss biex dan l-inċident jiftaħ għajnejn dawk li jużaw il-Port il-Kbir u biex jifhmu kemm hu faċli li tinqaleb dgħajsa tar-Regatta. 'L-inċident tal-Ħadd jikkonferma kemm ċaqliqa żgħira kapaċi taqleb dgħajsa tar-Regatta' Il-President tal-Għaqda Nazzjonali tar-Regatta juża inċident li seħħ waqt ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja biex jitlob għar-rispett ta' dawk li jużaw il-Port il-Kbir 'Jekk il-banek saru problema allura l-istat għandu jkun is-soluzzjoni' jisħaq Bedingfield Id-Deputat Laburista Glenn Beding eld jgħid li għandu jkun hawn bank simili għal-Lohombus sabiex il-koppji żgħażagħ ikunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-mument li nqalbet il-frejgatina (Ritratt: TVM Live) Il-Protezzjoni Ċivili jgħinu lill-qaddiefa (Ritratt: TVM Live) Glenn Bedingfield

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019