9
Aħbarijiet
Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 | illum
ILBIERAĦ kien iċċelebrat il-Gay
Pride fil-Belt Valletta f 'festa ta' kuluri,
kostumi u mħabba.
Għall-okkażjoni attendew diversi
għaqdiet u persuni minn kull settur tas-
soċjetà. Ilkoll jiżfnu u joħolqu allegrija
fir-toroq ewlenin tal-Belt Valletta.
Fost dawk li attendew kien hemm
l-Alternattiva Demokratika li sostniet
illi qed tappoġġja lill-Komunità fid-
diversità kollha tagħha, "għax nemmnu
li soċjetà b'saħħitha hija soċjetà fejn id-
diversità hija rikonoxxuta, u soċjetà fejn
kulħadd iħossu rispettat. Sal-lum xorta
għadna naraw episodji ta' mibegħda u
intolleranza, għalhekk huwa importanti
li qatt ma nieqfu nappoġġjaw fil-
beraħ lil min jitqies 'differenti'. Irridu
nkomplu nsostnu lil dawk kollha li jsibu
diffikultajiet fis-soċjetà tagħna, irridu
nkunu żguri li s-servizzi pubbliċi u anke
privati ma jiddiskriminawx abbażi tal-
ġeneru."
Din hija l-15-il darba li qed issir il-Gay
Pride f 'Malta u qed iseħħ f 'ambitu ta'
liġijiet u drittijiet li poġġew lil Malta
fil-quċċata f 'dak li għandu x'jaqsam
drittijiet ċivili.
Ara wkoll paġni 10, 11, 12, 13
Kuluri u ċelebrazzjoni fil-Belt Valletta