Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 ILLUM wieħed malajr jaħseb li dejjem konna hekk. Li dejjem konna fost l-aktar pajjiżi liberali fid-dinja, fost l-aktar pajjiżi progressivi u fuq quddiem f 'dak li jitratta drittijiet ċivili. Però kif jaf kulħadd, dan mhux il-każ, anzi! Għal ħafna diċenji kważi konna meqjusin pajjiż konfessjonali fejn id- demarkazzjoni bejn l-istat u l-Knisja kienet pjuttost imċajpra. Żwieġ bejn persuni tal-istess żgur illi kien ħolma 'l bogħod mir-realtà għal bosta li qatt ma basru li d-drittijiet tal-ugwaljanza se jkunu rikonoxxuti f 'pajjiżna mill-istat. Illum qed niċċelebraw ħames snin mill-ewwel u probabbilment l-akbar kisba għall-komunità LGBTIQ f 'pajjiżna, hekk kif fis-sena 2014 f 'Settembru, daħlet fis-seħħ liġi li kienet tagħti d-dritt lil koppja tal- istess sess tintrabat f 'unjoni li kienet legalment pari maż-żwieġ ħlief għall- isem. Kulħadd fi Pjazza San Ġorġ! Kien April, it-temp kien xi ftit frisk u d-differenza bejn ġewwa l-Parlament u barra ma setgħetx kienet ikbar. Fil-Parlament, dak iż-żmien fil-binja tal-Palazz tal-Granmastru, l-atmosfera kienet pjuttost deċiżiva, bin-naħa tal- Gvern, b'mod speċjali l-eks Ministru Helena Dalli ġubilanti diġà hekk kif kien riesaq il-mument tal-verità. Barra iżda l-atmosfera kienet differenti. Kienet atmosfera ta' festa, b'ħornijiet idoqqu, mużika għaddejja u folla tinġabar u tikber. Kien kważi mument surreali; kif jista' jkun qegħdin hawn? Kif jista' jkun wasalna sa hawn? Min qatt kien jimmaġina li konna se naslu sa hawn? Fil-pjazza stajt nara nies differenti; persuni gay, familji tagħhom, ħbieb tagħhom, Nazzjonalisti, Laburisti, attivisti tal-Alternattiva Demokratika, tfajliet, ġuvintur, nies li qatt ma dehru f 'attività pubblika, persuni trans ... ilkoll lesti biex jiċċelebraw dan il- mument partikolari. Niftakarni nitlaq mill-istrangers gallery, mimlija b'nies li kont iltqajt magħhom fil-mixja tiegħi fl-2013, fil-kampanja tal-Partit Laburista illi matulha jiena kont ikkampanjajt bil-qawwa kollha u bi kburija favur l-ugwaljanza u ż-żwieġ ugwali, ninżel it-taraġ niġri u mort ħdejn il-bieb prinċipali tal-Parlament, bil-bitħa fl-entratura warajja. Hemmhekk qgħadt ninnota lid-Deputati ħerġin u r-reazzjoni tan-nies fuq barra. Il-vot: Gvern favur, l-Oppożizzjoni xi mkien fin- nofs Ftit qabel id-Deputati kienu vvutaw. Id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista laħqu dak li ssejjaħ bħala kompromess, li ġie wara diversi theddid ta' riżenji u pożizzjonijiet kontra. Fil-fatt, dak iż-żmien bħala ġurnalist mal-Union Print, konna ppubblikajna storja esklussiva li kienet tgħid illi d-Deputati Beppe Fenech Adami u Claudio Grech, kienu fost l-aktar Deputati illi kienu iebsin fuq il-pożizzjoni tagħhom kontra din il-liġi, kollha kemm hi. Saħansitra, Grech kien qal illi jirriżenja jekk il-partit jivvota favur din il-liġi. Il-qasma fil-ħsieb ma setgħetx ħarġet iktar ċara fl-espressjoni ta' wiċċ id- Deputata Claudette Buttigieg li kienet ix-shadow Minister tal-Ugwaljanza. Fil-fatt dakinhar il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kien ħareġ mill-Parlament għad-diżapprovazzjoni massiċċa tal-folla preżenti, wieħed mill-iktar mumenti umiljanti għall-PN fl-aħħar snin. Dakinhar, fil-fatt, Claudette Buttigieg kellha tindirizza l-folla, li ddeskriviha bħala 'rrabjata'. "Imweġġa' bil-kbir," sostniet, "imma naħseb il-preżenza tiegħi kienet toffendi lill-folla aktar." Fl-ewwel reazzjoni tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal illi l-PN kien favur l-introduzzjoni tal- unjoni ċivili imma kontra l-adozzjoni minn koppji LGBTIQ. Dakinhar, kien fakkar, 80% tal-poplu kien kontra l-adozzjoni minn koppji LGBTIQ. Busuttil kien fakkar illi l-ebda persuna m'għandha dritt awtomatiku għal adozzjoni, la jekk eterosesswali u lanqas omosesswali. Fir-realtà kien jidher ċar li din tal- adozzjoni, li ta' min ifakkar, ma kinitx wegħda tal-Partit Laburista u allura, teknikament, ma kellux mandat biex idaħħalha, kienet mossa politika u strateġija eċċellenti ta' Muscat. Il-PM kien jaf, ben fatt, illi filwaqt li l-PN seta' jasal biex jivvota favur unjoni ċivili b'xi ftit jew wisq tqanżih, ma kien qatt se jaċċetta li jivvota favur l-adozzjoni. U fil-fatt kienet strateġija li ħadmet. Politikament u suġġettivament, għadni nqis dak il-jum storiku f 'April bħala l-apiċe politiku ta' Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat u soċjalment wieħed mill-akbar passi li qatt saru f 'pajjiżna. Konxju iżda li dan mhux is-sentiment ta' dawk li dakinhar, 'il bogħod minn Pjazza San Ġorġ mill-kwiet ta' darhom kienu qed iħossu li huwa l-bidu tat- tmiem tal-valuri morali 'Kristjani' u 'Kattoliċi' u 'Maltin' li sawruna. Ġimagħtejn ilu, din il-gazzetta ppubblikat analiżi li tat ħarsa lejn Bħal dan ix-xahar ħames snin ilu, l-unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess saret legali biex beda proċess sħiħ li tefa' lil Malta l-quċċata tal-lista r-rigward ta' drittijiet ċivili. Par għajnejn li raw iċ-ċelebrazzjonijiet Pjazza San Ġorġ ħames snin ilu jirrakkontaw u janalizzaw Minn par għajnejn li raw l-istorja sseħħ ħames snin ilu agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-PM Joseph Muscat, ħdejh Helena Dalli