Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
13 kummentarju politiku? "Bħala l-kap tal-Knisja, għandu jitkellem f 'kull problema li jkollu l-poplu, m'għandhomx jibqgħu jitkellmu biss il-politiċi u l-partiti. Però, il-mod kif twassal il-messaġġ huwa importanti u jidher li issa qed joqgħod attent xi jgħid." U dwar il-kritika li tiġi ġġenerata minħabba l-iskandli ta' abbuż sesswali mill-kleru x'jaħseb Dun Anġ? Huwa jirrispondi u jgħid, "l-iskandli ma għoġbux lili daqs kemm m'għoġbux lilek, però jiena ma niġborx lill-qassisin kollha f 'keffa waħda. Għandna qassisin li huma qaddisin." 'L-ideali ta' servizzi soċjali għadhom hemm, iżda moħħna wisq fl-ekonomija' Fid-dawl tal-ħidma tiegħu mal-fqar, nistaqsih jekk preżentement lil hinn mill-istatistiċi u l-istqarrijiet politiċi teżistix problema ta' faqar f 'Malta. Dun Anġ jirrispondi l-mistoqsija tal- ILLUM billi jgħid: "Il-partiti stess qed jammettu li hawn il-problemi. Qabel fi żmien il- Labour allaħares issemmi li hawn il- faqar għaliex kienu jieħdu għalihom peress li kien il-Partit Laburista li pprovda s-servizzi soċjali. Minkejja dan baqa' rqajja' ta' nies li jbatu, iżda s-servizzi soċjali taw opportunità sabiex il-ħaddiem joħroġ mill-klassi soċjali tiegħu." Huwa kompla jgħid li l-ideali tas- servizzi soċjali għadhom fis-seħħ iżda li skontu, "sirna wisq moħħna fl-ekonomija u m'aħniex nagħtu kas ta' kif is-soċjetà qed nikkorrompuha u kemm familji qegħdin jiġu mkissra." "X'jiswa billi jkollhom il-flus jekk ma jkunx hemm imħabba u jekk it-tfal ma jsibux l-imħabba tal- ġenituri? Il-familja qiegħed jgħinha ma mmerrix dan, iżda bil-flus biss ma tagħmel xejn," sostna s-saċerdot. Inkompli billi nistaqsih għalfejn il-Gvern huwa responsabbli għall- problemi ta' relazzjoni u mħabba fil-familji. Huwa jgħid li d-dħul tad-divorzju flimkien ma' miżuri li jaġevolaw koppji mhux miżżewġa huma fatturi li jkissru l-familja. Il-futur ta' Dar Nazareth … 'Nittamma' f 'Alla' Fi tmiem din l-intervista nistaqsi lil Dun Anġ dwar il-futur ta' Dar Nazareth. Għandu pjanijiet futuri għall-fondazzjoni? U għażel xi suċċessur sabiex jibqa' jmexxi din il-fondazzjoni fid-direzzjoni t-tajba? Mal-ILLUM huwa jgħid li, "ninkwieta jekk warajja jiġi xi ħadd li ma jkollux l-ideali li għandi jiena, jien naf li l-illum jew għada ma nibqax hawn." Hu qal ukoll li malli spiċċat Marie Louise Coleiro Preca mill-kariga tagħha ta' President talabha sabiex isir President tal-Fondazzjoni. Rikjesta li hi aċċettat. Fl-aħħar nett huwa jgħid li jinsab kunfidenti f 'Alla u li għandu tama kbira li l-fondazzjoni li bena hu tibqa' tgħin persuni b'diżabilità anke wara mewtu. "Qatt ma kellna dejn, in-nies taż-Żejtun iħobbuna ħafna, ħafna jagħtu għotjiet differenti wħud eluf oħrajn donazzjonijiet żgħar. Hemm min jagħti anke jekk kulm'għandu hi l-pensjoni," temm jgħid Dun Anġ Seychell. Intervista Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum b'diżabilità fid-dar t'ommu u ta' missieru "Ir-rgħiba tbiegħed in-nies minn Alla għaliex jaħsbu li b'ħafna flus se jsibu l-hena, jixtru l-ħwejjeġ, isiefru, joħorġu u jagħmlu bħal ħaddieħor. Apparti li hawn ħafna ġenituri li ma jipprattikawx ir-reliġjon" Ritratt: Zak Farrugia