Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi L-ISTAĠUN tal-festi għalaq il-ġimgħa li għaddiet iżda dan bl-ebda mod ma jfisser li qabel Ġunju tas-sena d-dieħla l-ħoss tal-festa Maltija mhux se jinstema'. Apparti l-festi magħrufa bħala tax-xitwa, fosthom l-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla u r-Rabat Għawdex, San Pawl tal-Belt u San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, matul ix-xhur li ġejjin jiġu ċċelebrati diversi festi żgħar f 'għadd ta' kapelel mifruxa madwar Malta u Għawdex. Fil-fatt, illum, qed tiġi ċċelebrata dik magħrufa bħala l-festa ta' 'Santa Katarina Tad- Daħla,' fir-Rabat. Dan l-irħajjel żgħir, li fih jgħixu madwar 15- il familja jinsab nofs triq bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli. Anke jekk xi ftit jew wisq imwarrab, il-familji residenti madwar il-kappella antika ta' Santa Katarina jxammru l-kmiem biex jiċċelebraw il-festa tagħhom lil din il- Qaddisa martri u anke jekk ma għandhomx ir-riżorsi tal-festi l-kbar, jorganizzaw festa li tista' tgħid hija minjatura tal-festa tradizzjonali Maltija. Minjatura, għax anke jekk żgħira fid-daqs tagħha, tista' tgħid li fiha ssib kollox, baned, nar, armar, knisja, statwa, purċissjoni u la hemm il- Maltin, ma jonqosx l-ikel. L-istorja ta' Santa Katarina Tad-Daħla Il-kappella ddedikata lil Santa Katarina tinsab qalb ftit djar, iżda ħafna għelieqi u ħdura mill- isbaħ li taf toffri l-kampanja Maltija. L-inħawi, jissejħu "Tad- Daħla," għax din iż-żona hija bħal daħla lejn ir-Rabat. Il-ġrajjiet marbuta ma' din il-kappella, anke jekk mhijiex l-ewwel waħda, imorru lura ħafna snin. Inbniet, waqgħet, inbniet sakemm kellha terġa' tinħatt biex tinbena dik li għadha sal-lum. Tista' tgħid li din il-kappella minn dejjem kienet għal qalb il-bdiewa li kienu joqogħdu fl- inħawi iżda anke familji nobbli għenu biex dan l-irħajjel ikollu l-kappella tiegħu. Din il-kappella nbniet għall- ewwel darba madwar is-sena 1500. Tissemma fil-kitbiet ta' Monsinjur Pietru Dusina meta fl-1575 beda jżur il-kappelli fil- kampanja. Jikteb dwar l-istat ta' telqa li kienet tinsab fih, fosthom minħabba l-faqar u anke l-attakki tal-furbani. Tant kemm kienet mitluqa, li l-istess Dusina ordna li din tingħalaq. Il-knisja reġgħet inbniet mill-ġdid fis-sena 1628, bis- saħħa ta' ċertu Indrì Vassallo li offra l-artijiet tiegħu u bena minn flusu l-knisja. Minn diversi deskrizzjonijiet li jeżistu, jidher li kienet knisja sabiħa u miżmuma ħafna. Iżda ġara li fil-viżta ta' Dun Albin Portoghes, mibgħut tal-Isqof Paolo Alpheran de Bussan, fl-1744, il-kappella nstabet fi stat ħażin ħafna, x'aktarx minħabba terremot li seħħ fis-sena ta' qabel. Anke jekk ma twaqqgħetx għalkollox, il-knisja kellha terġa' tinbena għal dik li għadna naraw sal-lum. Kemm ilha tiġi ċċelebrata l-festa? Anke jekk kienet tiġi ċċelebrata fuq skala ħafna iżgħar, tista' tgħid li l-festa ta' Santa Katarina ilha tiġi ċċelebrata f 'dawn l-inħawi għal mijiet ta' snin. Fil-fatt, Monsinjur Duzina, meta żar din il-kappella fl- 1575, jiġifieri l-ewwel kappella, jikteb li f 'jum il-festa ta' Santa Katarina, il-Kappillan ta' Ħad- Dingli kien jieħu ħsieb li jsir it- talb tal-Għasar u anke jqaddes Quddiesa. Dan ifisser li dan l-inħawi ilhom 'il fuq minn 450 sena jiċċelebraw lil Santa Katarina. L-istess kien jagħmel Indrì Vassallo. Wara li nbiet kappella ġdida, kien jassigura li l-festa tibqa' tiġi ċċelebrata b'quddiesa u anke kien joffri ikel lil dawk li kienu jattendu. U xi jsir fil-festa llum? Illum il-festa ħadet xejra differenti u saret tiġi ċċelebrata fuq numru ta' ġranet. Anke jekk hija festa żgħira, tista' tgħid li għandha ftit minn kollox. 14 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 Festi Tad-Daħla jiċċelebraw lil Santa Katarina; festa żgħira bi ftit minn kollox Anke jekk l-istaġun sajfi tal-festi għadda u mar ma jfissirx li l-Maltin se jieqfu jiċċelebraw. L-ILLUM iżżur il-festa ta' Santa Katarina li komunità żgħira tiċċelebra fl- inħawi magħrufa bħala Tad-Daħla fir-Rabat L-arma rrestawrata biex tintrama fid-daħla tal-irħajjel Min kienet Santa Katarina? Santa Katarina twieldet f 'Lixandra, fl-Eġittu, fl-aħħar snin tas-seklu tlieta. Il-familja tagħha kienet waħda nobbli. Ommha kienet mara Nisranija u rabbiet lil Katarina fit-tagħlim Nisrani, li kienet tgħożż l-imħabba tagħha lejn Kristu u l-Knisja tiegħu. Meta l-Gvernatur Massimo ordna f 'isem l-Imperatur Ruman Dioklezzjanu biex kull membru tal-Imperu jadura allat tal-Imperu, Katarina waqfitlu. Kien dan li swielha ħajjitha tant li qatgħulha rasha. Skont it-tradizzjoni, dan ġara dis-sena 305, meta kellha madwar 18-il sena. Dokumenti oħra jirrakkontaw kif qabel qatgħulha rasha, Santa Katarina ġiet mitfugħa l-ħabs, minn fejn irnexxielha tikkonverti mhux biss lil diversi suldati, iżda anke lill-mart il- Gvernatur Massiminu. Meta arrestawha, Katarina kienet offruta ħafna rikkezzi u privileġġi, fosthom li tkun mart il-Gvernatur innifsu, iżda dan jekk tiċħad il-fidi Nisranija. Iżda dan kien kollu għalxejn, tant li flok ikkonvertew lilha, l-għorrief li qabbad Massiminu biex jikkonvertuha, spiċċaw biex saru Nsara huma stess. Dan irrabja mhux ftit lil Massiminu, tant li ħaraq ħajjin mhux biss lill-filosfi, iżda anke ordna tortura ħarxa għal Katarina. It-tfajla qaddisa tpoġġiet bejn żewġ roti kollha xfafar bil-għan li jbiċċru l-ġisem tagħha, iżda skont it-tradizzjoni, l-istess roti nqerdu bl-intervent ta' Alla. Propju għalhekk li fix-xbiehat tagħha, Santa Katarina tidher dejjem bir-rota mkissra. Wara dan, Massiminu ordna li jaqtgħulha rasha. Mal-mewt tagħha, il-ġisem tal-qaddisa ttieħed lejn il-peninsula tas- Sinaj fejn ġie mgħożż u mħares f 'kappella fuq l-ogħla muntanja tas-Sinaj, magħrufa sal-ġurnata tal-lum bl-isem ta' Santa Katarina, Ġebel Katrin. Santa Katarina ta' Lixandra hija meqjusa wkoll bħala l-għarusa mistika. Jingħad li Katarina kellha viżjoni, fil-lejl ta' wara l-magħmudija tagħha, fejn il-Madonna dehret tippreżenta lil Ġesù Bambin. Il-festa liturġika ta' Santa Katarina tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Novembru. X'nafu dwar l-istatwa ta' Santa Katarina? Il-bdiewa, mill-ftit li kellhom, baqgħu jkabbru din il-festa u maż-żmien nibtet ix- xewqa li tinħadem statwa li tirrappreżenta lil Santa Katarina Verġni u Martri. Ir-Rabti Ġlormu Dingli ntalab jaħdem din l-istatwa fl-1958 u ħadimha fuq il-vara titulari li Mariano Gerada kien ħadem għaż-Żurrieq. Tad-Daħla ma kinux kuntenti bil-vara biss. Riedu li jżejnuha wkoll u din ġiet sgraffita minn Willie Attard u maż-żmien saritilha mhux biss niċċa u bradella iżda anke kuruna tal-fidda u raġġiera għal fuq rasha. Il-kappella ta' Santa Katarina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019