Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-festi ta' ġewwa jinkludu l-ħruġ min-niċċa, quddiesa lejlet il-festa u ċelebrazzjonijiet nhar il-festa, inkluż quddiesa bil-paniġierku. Fuq barra, il-festa tiġi ċċelebrata fuq tlett ijiem. Il-Ġimgħa jsir BBQ għar- residenti tal-inħawi u r-Rabtin u dawk kollha li jkunu jixtiequ jattendu u li matulu jkun hemm ukoll il- ħruq tan-nar. Lejlet il-festa jsir marċ u programm mużikali mill- Banda Konti Ruġġieru tar- Rabat u ssir ukoll fiera bil- lotterija b'risq il-festa. Din għadha ssir l-antika. Dawk preżenti jixtru l-biljetti bin-numru u tiddawwar ir- rota. Min jirbaħ ikollu ċans jagħżel minn għażla kbira ta' rigali. L-għada, f 'nhar il-festa, terġa' ssir fiera oħra sakemm il-purċissjoni, akkumpanjata mill-banda, iddur l-inħawi, bil- logħob tan-nar ma jonqosx. Il-preżentazzjoni tat- trabi qabel id-dħul L-ILLUM dejjem tinsisti li kull festa fiha l-karatteristika tagħha. Anke jekk żgħira, anke din il-festa għandha l-karatteristiċi tagħha. Diġà semmejna l-fiera, iżda xi ħaġa li ma ssibha fl-ebda festa oħra hija l-preżentazzjoni tat- tfal u t-trabi qabel l-istatwa ta' Santa Katarina tiddaħħal lura fil-kappella ddedikata lilha. Fil-fatt, diversi familji jinġabru quddiem ix-xbieha tal-martri, b'mod partikolari dawk li kellhom it-tfal fl-aħħar sena. Is-saċerdot li jkun mexxa l-purċissjoni jgħolli lit-tfal, wieħed wieħed u waħda waħda quddiem Santa Katarina fost it-talb u ċ-ċapċip ta' dawk preżenti. Ilha 11-il sena taħdem għall-kappella u għall- festa Ġeneralment l-organizzaturi tal-festi, b'mod partikolari dawk involuti fl-armar kemm tal-knisja u anke tat-toroq ikunu rġiel, iżda f 'Santa Katarina tad-Daħla sibna lil Lydia Galea taħdem bla nifs biex kull sena, dawn l-inħawi Rabtin jibqa' jkollhom festa xierqa. "Ilni 11-il sena sagristana," qaltilna Lydia Galea b'sodisfazzjon waqt li spjegatilna li x-xogħol tagħha ma jinvolvix il-festa biss. Matul is-sena, Lydia taħdem biex iżżomm il-kappella pinna, biex nhar ta' Sibt, kemm fis-sajf u anke fix-xitwa, tiġi ċċelebrata l-quddiesa. "Niġi niftaħ, indoqq il- qanpiena u nipprepara l-artal għall-quddiesa," spjegatilna Lydia. Ovvjament, meta tersaq il- festa, ix-xogħol jiżdied. Anke jekk żgħira, din il-kappella hija armata bid-damask, il-linef u anke b'artal maġġur mill-isbaħ. "Nibdew bit-tindif tal-knisja, innaddfu wkoll il-linef u ftit ftit nibdew narmaw id-damask u l-bqija," qaltilna Lydia. "Jiġu jgħinu r-raġel, it-tfal u anke nies li jgħixu madwar il- kappella." Ta' kull sena, Lydia u l-ħbieb tagħha Tad-Daħla, jaraw x'se jivvintaw. Is-sena li għaddiet żanżnu fjokk għal-lampier u anke żewġ sopraporti ġodda li din is-sena saritilhom l-iskultura biex issa jkunu jistgħu jiġu indurati. Ix-xogħol ma jonqosx lanqas fuq barra. Wara 20 sena nieqsa, din is-sena ġiet irrestawrata l-arma bil-kliem "Viva Santa Katarina V.M" li tinxtegħel bil-bozoz u tpoġġiet f 'tarf dan l-irħajjel biex tilqa' lil dawk kollha li jżuru din il-festa. Naturalment, bħal kwalunkwe festa, l-ispejjeż ma jonqsux u Lydia, flimkien mal-familja u anke l-voluntiera l-oħra, jieħdu ħsieb biex meta tersaq il-festa jorganizzaw għadd ta' attivitajiet b'risq il-festa. 15 Festi Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum Katarina; X'se jsir illum f 'Tad- Daħla? 10:00am: Quddiesa mmexxija mill-Kanonku Timon Mercieca 5:00pm: Tibda fiera b'risq il-festa 5:30pm: Quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku 6:00pm: Il-Banda Santa Katarina V.M taż-Żurrieq tibda marċ qabel ma takkumpanja l-purċissjoni 7:00pm: Purċissjoni bil-vara ta' Santa Katarina. Qabel id-dħul isir il- preżentazzjoni tat-trabi. Fit-tmienja u anke f 'nofsinhar jinħaraq salut u murtali. Mal-ħruġ tal- purċissjoni jinħaraq salut u kaxxa spanjola. Matul il-purċissjoni jinħarqu murtali tal-kulur, sfejjer u anke blalen. X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? F'Ħal Qormi fil-Kolleġġjata Arċi Matriċi ta' San Ġorġ qed tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Mikiel Arkanġlu organizzata mill-fratellanza tiegħu. Il-purċissjoni toħroġ wara l-quddiesa tal-5:00pm. F'Ħaż-Żebbuġ qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal- Grazzja fil-kappella ddedikata lilha. Il-preżentazzjoni tat-trabi quddiem Santa Katarina Il-kappella armata għall-festa Il-ħruġ tal- purċissjoni bil-vara ta' Santa Katarina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019