Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham L anqas hemm dubju li n-nies li nġabru biex mingħalihom jappoġġjaw partit ġdid u tama ġdida fil-politika ħassewhom ittraduti mid-deċiżjoni xi it ġranet ilu meta Marlene u Godfrey Farrugia rriżenjaw mill- Partit Demokratiku iżda baqgħu membri fil-Parlament. Dak li ġara kien doċċa kiesħa għal dawk li tant emmnu li l-PD kien ser joffri alternattiva għall-partiti politiċi. Min bħalna jaf xi jsarrfu Marlene u Godfrey Farrugia ma kinux sorpriżi b'dak li ġara. Marlene iktar minn Godfrey ippreżentat lilha nnifsiha bħala xi gladjatur tas-sewwa. Persuna li ħasset li tista' tipprietka x'jagħmel wieħed u x'ma jagħmilx l-ieħor. Meta hi stess kienet parti minn partit jew partiti li flimkien għamlu t-tajjeb u għamlu l-ħażin. Il-koppja Farrugia kienu responsabbli minn grupp imdaqqas ta' nies li jiddikjaraw l-appoġġ tagħhom għal dan il-partit u joħolmu li jistgħu jbiddlu. Kienet ċara iżda li l-politika tal-partit kienet imgerfxa. Fuq livell liberali, Marlene u Godfrey esprimew opinjonijiet xejn differenti minn dak li tisma' f 'partiti tradizzjonali. Tant hu hekk li meta konna niġu għall- kaċċa, l-IVF, ċertu kontraċettivi u n-nar fil-festi, il-PD ma kienx tant differenti. Anzi kienu aktar konservattivi. Fuq l-ambjent u l-indafa fil- politika, kienu voċiferi imma ma kienx hemm dik l-argumentazzjoni li setgħet tiddistingwihom mill- Partit Nazzjonalista ta' Simon Busuttil. Meta fl-aħħar elezzjoni dehru spalla ma' spalla mal-PN tilfu kull krettu mal-Laburisti li ġenwinament kienu rrabjati mal-Labour. Apparti l-fatt li l-PD litteralment seraq voti u żewġ siġġijiet mill-PN. Mill-bidu nett, minkejja wċuħ ġodda, il-Partit Demokratiku naqas mill-jattira nies ta' ċertu statura, kapaċità u kif ukoll intellett. Ma kienx hemm dawk il-persuni li setgħu kienu f 'għajnejn in-nies alternattiva għall-politiċi fil-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew deher ċar li l-apprezzament u l-popolarità ta' Godfrey Farrugia kienu ċkienu mhux ħażin. Tant hu hekk li l-voti li kiseb kienu ta' disfatta. Il-koppja Farrugia tkellmu fuq il-korruzzjoni, l-ambjent u t-trasparenza. Ma kellhomx raġun? Hu żgur li kellhom raġun, imma ma kellhomx il-kredibillità li jittieħdu bis-serjetà. Fuq kollox l-għażla tagħhom li jaħarbu mix-xena, iħallu l-loqom għal min emmen fihom u huma jżommu l-glorja jew il-prestiġju tal-Parlament, hija konferma tal- medjokrità politika tagħhom. Għall-midja kienu żewġ karattri kkuluriti, imma għall-iżvilupp politiku kienu diżappunt kbir u ferm akbar għal min emmen fihom u fil-ħolm tagħhom. Il-Patri Agostinjan u r-riflessjoni li trid tagħmel il-Knisja... Il-każ tal-Patri Agostinjan, li jinsab taħt police bail u qed jistenna li jittella' l-Qorti, hija prova ta' kemm il-Knisja għandha bżonn tħares sew lejn dak li qed jiġri. Ma hemmx prova ċara, iżda minn dak li qed ikun irrapportat, anke minn din il-gazzetta, jidher li l-eks Kappillan Agostinjan, ġo komunità żgħira fil-Belt Valletta, nefaq ħafna flus fuq festa esaġerata. Festa li ma kinitx tradizzjoni kbira f 'din il- komunità. Il-mistoqsija tagħna hija kif jistgħu l-awtoritajiet ekkleżjastiċi ma ndunawx b'dak li qed jiġri. In-nies fi triq huma tassew imħawdin, u għandhom raġun jistaqsu kif ħadd ma nduna, ibda mill-Provinċjal u l-Arċisqof, sa dawk li kienu viċin tiegħu. Mhux sorpriża għalhekk li tisma' nies li jgħidu imma din il-knisja kif tista' tipprietka u tiġġudika lil ħaddieħor meta hi tant għandha problemi? Dawn u oħrajn huma ftit mill- mistoqsijiet li jistaqsu n-nies. Il-farsa ta' Godfrey u Marlene

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019