Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
3 Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet MCAST: YOUR FIRST CHOICE Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 23987135/7136/7310 E: careerguidance@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Time to succeed! JOIN MCAST APPLY ONLINE OR AT PAOLA/GOZO CAMPUS FROM 27th September until 2nd October Download our online prospectus: www.mcast.edu.mt/mcast-prospectus-2019-2020 Apply online by visiting the MCAST website: www.mcast.edu.mt Should you have any queries regarding the Online Application process, you can call the MCAST Client Support Centre on 2398 7888 or visit us at MCAST Students' House, Main Campus, Paola from 27th September to 2nd October between 08:30am till 13:00pm. Minn Yendrick Cioffi ILBIERAĦ waranofsinhar, fil-Belt Valletta, għadd ta' attivisti favur u kontra l-abort inġabru fil-Belt Valletta biex isemmgħu leħinhom favur dak li jemmnu fih. Attivisti kontra l-abort inġabru fi Triq ir-Repubblika, fl-istess ħin li attivisti favur l-abort, organizzaw rally fi Ġnien Hastings fil-Belt Valletta wkoll. Il-protesta organizzata mill-grupp Pro-Choice Malta, flimkien ma' Doctors for Choice, kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f 'Malta. Attivisti kontra l-abort, żammew f 'idejhom tabelli b'diversi messaġġi fosthom biex jisħqu li d-drittijiet tan-nisa jibdew mill-ġuf waqt li jiddeskrivu l-abort bħala massakru. Fost l-attivisti kontra l-abort preżenti kien hemm rappreżentanti minn Pro Malta Christiana, Gordon John Manche minn River of Love u Matthew Grech li jisħaq li ma baqax omosesswali wara li attenda l-laqgħat ta' talb organizzati mir- River of Love. Fl-istess ħin, fi Ġnien Hastings, kienet għaddejja l-attività organizzata minn dawk favur li l-abort ma jibqax meqjus reat kriminali. Tul din l-attività tkellmu nisa li wettqu abort u li insistew li l-mara għandu jkollha dritt li tiddeċiedi hi fuq ġisimha. Saħqu li bl-insistenza u bl-esperjenzi tagħhom jistgħu jwasslu biex aktar nies jifhmu għalfejn l-abort għandu jsir legali, anke f 'Malta. Attivitajiet favur u kontra l-abort fil-Belt Valletta Attivisti kontra l-abort li nġabru fi Triq ir-Repubblika Dik favur l-abort kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f'Malta Attivisti favur l-abort fil-Belt Valletta