Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
Sports 25 AMARA Sylla - goalkeeper tal-ogħla livell li jimmilita mat-tim tal-minors ta' Birkirkara kif ukoll mat- tim nazzjonali ta' taħt id- 19-il sena. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. L-imħabba lejn il futbol hija xi ħaġa li titwieled biha. Minn dejjem kont inħobb il-ballun. Missieri kien plejer ukoll fejn kien jilgħab mal-Ħamrun Spartns, Sliema Wanderers, Msida SJ, Sannat Lions, Gozo FC waqt li kien jagħmel parti wkoll mit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena u mal-kbar ukoll. Missieri u nannti dejjem ħeġġewni biex nidħol fl-ambjent tal-futbol. Niftakar kien għad kelli tliet snin meta bdejt nitħarreġ man nursery ta' Ħal Balzan. Niftakar ukoll li mill-ewwel kont mort ġol-lasta u missieri kien qal li kont ħa nsir goalkeeper. Għall-bidu ma xtaqux li nieħu dan l-irwol però maż-żmien ħadt posti fil-lasta u b'hekk sirt inħobb ħafna dan l-isport. Maż- żmien ingħaqadt mat-tim ta' Birkirkara li huwa t-tim li għadni s'issa nitħarreġ miegħu taħt il-gwida tal- kowċ Herman Bugeja. Ovvjament iktar ma tikber iktar se jiżdiedu s-sagrifiċċji però dan m'għandu jwaqqfek qatt milli tagħmel xi ħaġa li tħobb. Niftakar qabel meta kont għadni mmur l-iskola kont inlesti u ma kienx ikolli aptit immur għat-taħriġ għax kont inkun wisq għajjien però xorta kont immur għaliex kont ngħid jien mhux ħa noqgħod nagħmel hekk la jkolli l-impenji tiegħi. Iktar kemm kbirt maż-żmien iktar bdew jiġu opportunitajiet. Meta kont under 15 ma' Birkirkara, ġejt imsejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali ta' taħt il-15-il sena. Kienet sena pożittiva ħafna fejn niftakar li kont sorpriż ħafna b'din l-aħbar u sena wara erġajt ġejt imsejjaħ mal-under 17 fejn kellna esperjenza sabiħa kif ukoll kellna riżultati u prestazzjonijiet ferm tajbin f 'tournament f 'Malta fejn affaċċjajna lill-Armenja, Andorra u Ġibiltà. Kellna wkoll tournament l-Italja fejn lgħabna kontra Venezja, Torino u Rijeka. Ftit ġimgħat wara kellna l-UEFA Qualifiers li saru ġewwa Malta. Niftakar li konna lgħabna kontra l-Belġju, Irlanda ta' Fuq u l-Iżvizzera fejn kellna tournament ieħor pożittiv grazzi għall-kowċ Silvio Vella u l-istaff kollu li kien parti minn dan it-tim. Wara dan ingħaqadt mat-tim tal-kbar ta' Birkirkara u tal-minors li kont ili nitħarreġ magħhom sa mill-età ta' 14-il sena. L-esperjenza mat-tim tal- kbar hija waħda straodinarja għaliex hemm nies li jgħinuni ntejjeb l-abbilitajiet tiegħi kif ukoll iġegħluni nħossni milqugħ u ta' dan nixtieq nirringrazzja lit-tim kollu. Min-naħa l-oħra nixtieq ukoll nirringrazzja lit-tim kollu tal-minors għaliex li kieku mhux bis-saħħa tagħhom żgur ma kontx nagħmilha. Madankollu, l-iktar esperjenza li nibqa' ngħożż u niftakar tul ħajti kollha tibqa' dik tas-sena li għaddiet mat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. Meta sirna nafu li kellna naffaċċjaw lil Franza, il-Belġju u l-Litwanja kulħadd baqa' mbellah u fl-istess ħin imbeżża' però maż-żmien ħdimna u ngħaqadna bħala familja waħda u batejna u għamilna sagrifiċċji kbar. Konna nitħarrġu kuljum bis- Sibt u l-Ħadd b'kollox fis-7.30 ta' filgħodu. Niftakar li sħabi kienu jgħiduli biex noħroġ magħhom però ma kontx immur għax kien ikolli inqum mas-sitta ta' filgħodu! Però, dak ix-xogħol u s-sagrifiċċju kollu ħalla l- frott. Kellna żewġ logħbiet ta' ħbiberija ġewwa l-Lussemburgu qabel il-Qualifiers fejn lgħabna u rbaħna logħba bl-iskor minimu ta' 1-0 u tlifna l-oħra bl-iskor strett ta 2-1 fejn din kienet esperjenza ferm sabiħa. Ix-xogħol baqa' jżid u jżid bla waqfien u kulħadd kien motivat. Tħarriġna għal ħafna sigħat u ġranet fejn ġieli għamilna fuq sagħtejn għaddejjin u l-kowċ Winston Muscat li minn hawn nixtieq nirringrazzjah bis-sħiħ, kien ikun irid iwaqqafna u aħna konna nibqgħu għaddejjin sakemm nipperfezzjonaw il-ħaġa. Meta waslet il-logħba ta' Franza niftakar in-nies kollha jgħidu li konna ħa naqilgħu xebgħa però le tajna qalbna kollha u ġġilidna għal xulxin fil-pitch. Vera li tlifna però kellhom ibatu u jegħrqu l-għaraq tad-demm biex rebħulna! Tlifna bl-iskor minimu ta' 1-0. Fit-tieni logħba kontra l-Belġju ġejna 1-1 fejn kellna logħba mill aqwa u fit-tielet waħda lgħabna mal-Litwanja u ġibna riżultat pożittiv ta' 2-1 fejn irnexxielna niksbu erba' punti li din qatt ma saret fi grupp ta' taħt id-19-il sena. Issa ser inkunu qed naffaċċjaw xhur oħra ta' sagrifiċċji u tbatija li nisperaw li mmorru aħjar minn kemm morna sa issa. Jiena l-ħolma tiegħi hija li kif jixtieq kull plejer Malti, immur nilgħab barra minn Malta f 'livell għoli. Nixtieq ngħid lil kull tifel u tifla li jħobbu l-futbol li qatt u qatt m'għandu għalfejn jaqta' qalbu u jekk jirnexxilu jakkwista xi ħaġa ma jridx jieqaf però jara x'jagħmel ħalli jekk jista' jkun jirnexxilu jakkwista riżultat aqwa milli jkollu f 'idu. Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum 'Il-ħolma tiegħi hi li mmur nilgħab barra minn Malta f'livell għoli' - Amara Sylla Cristian Antony Muscat Amara Sylla