Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
Sports 28 NICK Ghio - plejer ta' talent li jimmilita ma' Qormi FC fl-Ewwel Diviżjoni bl-aspirazzjoni ewlenija tiegħu tkun dik li jsir plejer stabbilit fil-Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn mindu għalaqt l-erba' snin dejjem kont nistaqsi lil ommi meta ħa tibda teħodni għall- futbol. L-imħabba tiegħi lejn dan l-isport bdiet meta kont nilgħab mal-kuġini u ħbieb fit-triq u meta kont nieħu pjaċir nara l-futbol fuq it-televixin. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Għalkemm is-sena l-oħra kellna bidu ħażin ħafna tal-istaġun, wara Jannar konna qbadna ritmu tajjeb iżda xorta ma kienx biżżejjed biex insalvaw fil- Kampjonat Premier. Madankollu, xorta kienet esperjenza sabiħa u jekk Alla jrid nerġgħu nkunu mal-kbar tal- futbol Malti. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Iva naqbel għax nemmen li l-klabbs li jkunu għadhom telgħin mill-ewwel diviżjoni jkollhom iktar ċans li jżommu posthom fil-Premier. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Ma naħsibx illi hemm xi distakk enormi. Infatti dis-sena huwa prova ċara ta' dan fejn għandek tliet timijiet li ġew promossi li qegħdin jiksbu riżultati tajbin ma' timijiet iktar stabbiliti fil- Premier. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le għax nemmen li mhux il-barranin kollha li jinġiebu f 'pajjiżna huma ta' livell ogħla mill-Maltin. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Għalkemm jinġiebu ħafna barranin ta' kwalità li jagħmlu d-differenza, nemmen li jinġiebu plejers barranin ukoll tal-istess livell jew ta' livell inqas mill- Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Fil-fehma tiegħi, il-grawnds tal-Kampjonat Premier huma ta' livell tajjeb speċjalment l-Istadium Nazzjonali li m'ilhomx li bidlulu l-wiċċ u s-Centenary Stadium li għadu kif ġie rranġat u vera qiegħed ta' standard għoli. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Għalkemm kull weekend dejjem ikun hemm xi diżgwid bejn it-timijiet fuq xi deċiżjoni ta' xi referì li forsi tkun bidlet jew kkundizzjonat partita, irridu nżommu f 'moħħna li r-referis huma umani wkoll u suġġett għall-iżbalji. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Plejer li jieħu l-futbol bis-serjetà jfisser ħafna ħin imċaħħad mill-familja, ħruġ, dejjem irid joqgħod attent x'jiekol u trid tkun dixxiplinat ħafna. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudji tiegħek u mal-futbol? Jien li għadni student fl- Università nuża ħafna mill-ħin biex inqassam l-affarijiet li jkolli sew biex inlaħħaq ma' kollox. It-tqassim tal-ħin huwa kunċett importanti ħafna għalija li jgħinni nlaħħaq mal-iskola u l-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nixtieq li nibqa' naħdem u niżviluppa biex inkun plejer stabbilit fil-Kampjonat Premier. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi hu biex ikunu paċenzjużi u ma jaqtgħu qalbhom qatt u meta tiġihom opportunità għandhom jibżgħu għaliha u jużawha sew. illum Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 'Nixtieq li nibqa' naħdem u niżviluppa biex inkun plejer stabbilit fil-Kampjonat Premier' minn Cristian Antony Muscat Nick Ghio Nemmen li mhux il-barranin kollha li jinġiebu f 'pajjiżna huma ta' livell ogħla mill-Maltin