Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
Sports 30 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 Tispjegali ftit dwarek? Għandi 28 sena u naħdem bħala installer tad-dawl u l-ilma. Twelidt mingħajr il-ħila tas-smigħ u kont immur fi skola 'mainstream' ma' tfal li jisimgħu. L-iskola kont insib problemi biex nikkomunika u nifhem peress li ma kellniex interpreti tal-lingwa Maltija. Sadanittant xorta bqajt nirsisti biex nitkellem b'mod normali mal-oħrajn u b'xi mod nista' ngħid li rnexxieli nagħmel dan. Soċjalment kultant ikolli problemi biex nikkomunika man-nies, iżda drajt naqra x-xufftejn tan-nies biex nifhem lill-oħrajn. Fl-istess ħin nipprova nitkellem man-nies biex ma ninqatax waħdi. Kif bdejt tipprattika l-isport tal- hockey u kif irnexxielek tkun aċċessibbli mal-oħrajn? Meta kont skola Form 2 ġo skola sekondarja f 'Ħal-Qormi, rajt lil sħabi jilagħbu l-hockey u tħajjart nibda nilgħab dan l-isport. Għalhekk avżajt lill-ġenituri tiegħi biex nipprova nipprattika dan l-isport u mill-ewwel irranġaw ma' Qormi Hockey Club. Hemmhekk il-kowċ tani merħba fil-karriera ġdida u beda t-taħriġ flimkien bil-għajnuna ta' sħabi stess li kienu l-iskola. Imbagħad waqt it-taħriġ avvanzajt tajjeb tant li impressjonajt lill-kowċ bil-livell tiegħi u sejjaħli biex nibda nilgħab b'mod regolari mal-U/14 u U/16. Hemmhekk, kelli għajnuna fil- komunikazzjoni speċjalment waqt it-taħriġ u l-logħob. Għall-bidu bdejt nilgħab bħala reserve, sakemm bdejt nidra l-ħeffa tal-plejers waqt il-logħob. Bdejt nirrealizza kemm hu importanti meta nattakka waqt il-logħob, importanti li nimmarka l-plejers tat-tim oppost peress li jien nilgħab fuq quddiem. Spiċċajt nilgħab bħala striker u bdejt ukoll niskorja l-gowls. Biż-żmien bdejt insaħħaħ il- pożizzjoni fejn bdejt nintefa' wkoll f 'żoni ta' attacking midfielder maż- żewġ linji. Imbagħad bdejt nipparteċipa f 'logħob ta' livell ogħla jiġifieri dawk tan-9-a-side fejn il-plejers ikunu fiżikament b'saħħithom. Kelli sfidi differenti biex nilgħab għat-tim kollu. Minn hemmhekk wara l-logħob tal-U/16, intgħażilt biex nilgħab mal-kbar. Fl-ewwel sena tiegħi mat-tim tal- kbar, kont ikkowċjat minn Raymond Micallef. L-esperjenza tiegħi mal-kowċ kienet waħda pożittiva tant li kelli għajnuna teknika fil-komunikazzjoni fejn kont naqra x-xofftejn, xi sinjali u mossi tattiċi qabel, waqt it-taħriġ u anke waqt il-logħob. Avolja kont nilgħab ftit logħob mal-kbar minħabba l-livell, kont strumentali waqt il-logħob avolja kont għadni żgħir fl-età. Wara bidu diffiċli, sena wara bit-taħriġ kollu regolari, ma nistax ninsa l-ewwel gowl personali f 'isem it-tim ta' Qormi Hockey Club kontra Floriana Young Stars, li għalija jibqa' wieħed memorabbli. Bqajt nilgħab b'mod regolari, inkluż logħbiet ta' ħbiberija barra minn Malta wkoll. Hemmhekk ma kellix problemi fil-komunikazzjoni ma' sħabi l-plejers. Ipparteċipajt ukoll f 'logħob tal-Euro Hockey Club Challenge III u IV Man. Intant, fl-istaġun 2012/13, kien inbidel il-kowċ u ħassejt il- komunikazzjoni differenti u ma stajtx insegwi kollox. Għalhekk ingħaqadt mal-club ta' Sliema Hotsticks. Dan fisser li kelli nerġa' nibda mill- bidu mat-tim ġdid flimkien mal- kowċ u plejers li nilgħab magħhom biex inkun nista' nidra sew waqt it-taħriġ u l-logħob. Din hija sfida iebsa għall-persuni neqsin mis-smigħ biex jidraw ma' nies differenti. Xorta rnexxieli nilgħab regolari mat-tim tal-kbar u skurjajt ukoll xi gowls. M'ilux sfortunatament inbidel il-kowċ, u kelli naffaċċja problemi fil- komunikazzjoni imma din id-darba kienet iktar diffiċli. Peress li l-kowċ kien juża lingwa Ingliża, kelli diffikultajiet biex inkun aġġornat waqt it-taħriġ. Infatti, kellu jkun sieħbi li baqa' Nieqes mis-smigħ iżda mhux Cristian Antony Muscat Julian Zahra - plejer ta' Sliema Hotsticks Hockey Club u jservi bħala attacking midfielder fuq il-linji taż-żewġ naħat. Peress li huwa nieqes mis-smigħ, xtaq jitkellem kif minkejja din id-diffikultà xorta baqa' javvanza fil-ħajja u fil-karriera sportiva tiegħu. Huwa plejer ta' Sliema Hotsticks Hockey Club. Iservi bħala attacking midfielder fuq il-linji naħat Minkejja li huwa nieqes mis-smigħ, xorta vanza fil-ħajja u fil-karriera sportiva tiegħu JULIAN ZAHRA Ħadd ma jagħżel li ma jitkellimx. Imbagħad hawn min jaqra x-xufftejn u jitkellem. Bħali, imma jien nuża l-lingwa tas-sinjali u nitkellem.