Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 KULL persuna għandha missjoni marbuta ma' ħajjitha. Xi drabi din tkun relatata mal-professjoni jew vokazzjoni, oħrajn ikollhom missjoni aktar speċifika li tinbet mill-esiġenzi soċjopolitiċi. Din il-ġimgħa, l-ILLUM iltaqgħet ma' persuna li ċertament attwat il-missjoni ta' ħajjitha, Dun Anġ Seychell, is-saċerdot li 24 sena ilu waqqaf il-Fondazzjoni Nazareth u bla ebda daqq ta' trombi beda jieħu ħsieb uħud mill-aktar persuni speċjali fis-soċjetà tagħna, il-persuni b'diżabilità. F'waħda mid-djar antiki tiegħu fil-qalba taż-Żejtun tkellimna ma' Seychell, illum fl-età ta' 86, sena dwar kif twaqqfet din il-fondazzjoni Nazareth, l-akbar sfidi fl-operat kif ukoll dwar kwistjonijiet politiċi u oħrajn relatati mal-fidi Kristjana. Nibda din l-intervista billi nistaqsih dwar x'wasslu biex iwaqqaf din il-fondazzjoni. Dun Anġ jibda jirrakkonta, "xi darba din id-dar kienet t'ommi u ta' missieri. Meta dawn ġew neqsin konna ltqajna l-aħwa sabiex niddiskutu l-wirt. Għidtilhom ħudu kollox basta nżomm din id-dar," beda biex jgħid Seychell. Dun Anġ kompla jispjega kif l-imħabba tiegħu lejn il-persuni fqar u l-ispirazzjoni mill-ħajja ta' Charles De Foucald kienu wħud mill-fatturi li wassluh sabiex jibda dan il-vjaġġ filantropiku. Charles de Foucauld kien eks- suldat li tilef il-fidi tiegħu iżda li aktar tard reġa' ltaqa' m'Alla permezz tal-kuġina tiegħu. Aktar tard Foucauld daħal patri u mar fid- deżert tas-Saħara fejn hemmhekk bena monasteru u beda jieħu ħsieb il-foqra u jagħtihom dinjità. "Bħala qassis dejjem kont nieħu interess fil-fqir u l-ispiritwalità ta' Charles de Foucauld dejjem ispiratni," qal Seychell. 'Ipprostestaw għax ħadna nies b'diżabbilità joqogħdu ħdejhom' Apparti minn dan, Dun Anġ kompla jispjega kif fl-istess żmien huwa kien qed imexxi Kummissjoni fil-Parroċċa taż-Żejtun responsabbli mill-qadi tal-Parroċċa. "Il-kummissjoni kienet f 'idejja u konna għamilna riċerka dwar kemm kien hemm persuni b'diżabilità jgħixu fiż-Żejtun. Dort il-familji kollha, apprezzawni ħafna però waqt din ir-riċerka nnotajt xi ħaġa komuni; kollha kienu mdejqin u mħassba dwar x'se jiġri minn uliedhom wara li huma bħala ġenituri jixjieħu jew imorru d-dinja l-oħra," spjega s-saċerdot. Apparti minn dan huwa jisħaq li dak iż-żmien persuni b'diżabilità kienu tista' tgħid moħbija mis- soċjetà. "Niftakar meta kont tifel, ħdejna kien hawn persuna b'diżabilità li dejjem kienet maqfula ġewwa fil- gallarija. Kont nistaqsi kif dan kien dejjem maqful hemm ġew. Kienu jinsabu lura fis-soċjetà u ħassejt li dawn in-nies jixirqilhom aktar rispett," stqarr Seychell. "Għalhekk," kompla jgħid Dun Anġ, "kont konvint li din hi waħda mill-bżonnijiet il-kbar tar-raħal u allura ridt nagħmel xi ħaġa. Bdejna b'ħames persuni miż-Żejtun, illum għandna tlitt idjar imqassmin mar- raħal u fihom jgħixu 28 persuna. Iż-Żwieten dejjem għenuni, postijiet oħra pprotestaw għaliex ħadna nies b'diżabilità joqogħdu f 'lokalità ħdejhom," qal il-qassis. Fuq nota simili huwa żied jgħid li fil-bidu tal-operazzjoni ta' Dar Nazareth kellhom kuntatt ukoll mal- organizzazzjoni L'Arche li twaqqfet fis-60ijiet mill-filosfu Kanadiż Jean Vanier, bl-għan li tieħu ħsieb persuni b'diżabilità. "Beda l-kuntatt magħhom u saħansitra kienu ġew hawnhekk u għamlu 20 ġurnata. Tgħidx kemm tgħallimt mingħandhom, il-ħin kollu nieħu n-noti" qal Dun Anġ. Dun Anġ huwa qassis soċjalist? Naqilbu daqsxejn id-diskors u nistaqsih dwar deskrizzjoni li sikwit tiġi assoċjata miegħu, dik tal-'Qassis Soċjalist'. X'jaħseb fuq dan it-titlu Seychell? Mal-ILLUM huwa jirrispondi hekk: "naħseb kien hemm evoluzzjoni politika fiha. Ma sirtx Nazzjonalist, iżda bħalma kien qal Alfred Sant, illum in-nies tax-xellug taf min huma? Il-Papa Franġisku, għaliex huwa jitkellem dwar il-faqar." Mal-ILLUM huwa kompla jgħid kif fid-dawl tal-politika aktar ċentrista t-tagħlim tal-Knisja llum sar jgħodd aktar minn qabel. Iżda dlonk nistaqsih ġaladarba t-tagħlim tal-Knisja sar aktar validu, għalfejn l-attendenza qed tonqos? Huwa jirrispondi u jgħid, "l-iskandli hi waħda mill- konsegwenzi ta' dan kollu. Apparti minn hekk hawn ħafna affarijiet li qed ibiegħdu lin-nies minn Alla." Nistaqsih sabiex jelenka ftit eżempji ta' dawn. Hu jgħid li fost l-oħrajn ir-rgħiba qed twassal għal nuqqas ta' konkorrenza Ekleżjastika. "Ir-rgħiba tbiegħed in-nies minn Alla għaliex jaħsbu li b'ħafna flus se jsibu l-hena, jixtru l-ħwejjeġ, isiefru, joħorġu u jagħmlu bħal ħaddieħor. Apparti li hawn ħafna ġenituri li ma jipprattikawx ir-reliġjon," saħaq Dun Anġ. 'L-Isqof għandu jitkellem dwar kwistjonijiet politiċi' Naqilbu daqsxejn id-diskors u nistaqsih fuq kritika voċifera li jirċievi l-Isqof Charles Scicluna meta jiddeċiedi li jitkellem dwar kwistjonijiet politiċi. X'jaħseb Dun Anġ, l-Isqof għandu joqgħod pass lura mill- Intervista illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 24 sena ilu, Dun Anġ fetaħ l-ewwel dar tiegħu u beda jieħu ħsieb persuna b'diżabilità. Fl- età ta' 86 sena Seychell jitkellem mal-ILLUM dwar l-istorja tiegħu, l-isfidi preżenti u dwar kwistjonijiet pertinenti fis-soċjetà Telaq kollox minn idu biex jgħin persuni b'diżabilità Dun Anġ Seychell lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019