Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 22 Films fiċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Ta' Orianne Lallemand Illustrazzjonijiet ta' Eléonore Thuillier Addattament għall-Malti minn Clare Azzopardi TRID lit-tfal tiegħek jikbru bi mħabba għall-ambjent u n-natura imma għadhom ċkejknin wisq biex japprezzaw id-dokumentari ta' David Attenborough? Mela hawn soluzzjoni għalik: Lupu Lupettu, il-karattru favorit mat-tfal qarrejja Maltin, reġa' magħna did-darba b'avventura fin- natura. Fl-ewwel ktieb ġdid tiegħu, Lupu Lupettu jitla' l-muntanji, il-lupu seħibna jitlaq fuq missjoni biex isib il-Yeti tal-muntanji li sparixxa u ħadd ma jista' jsibu. Dal-Yeti inzerta huwa missier l-akbar ħabiba ta' Lupu Lupettu, u din il-ħabiba mdejqa ħafna li ma tafx fejn mar il-papà tagħha. Lupu jterraq biex ifittxu, u l-vjaġġi tiegħu jeħduh sa Mount Fuji l-Ġappun, Uluru l-Awstralja, Kilimanjaro t-Tanzanija, Machu Picchu l-Perù, Denali l-Alaska u Mont Blanc ġo Franza. U fi triqtu, jiltaqa' ma' orsijiet, llamas, kangarùs, babuni u kull tip ta' annimal eżotiku ieħor. Il-Yeti ma jidhirx, imma Lupu ma jaqtax qalbu malajr. Tgħid jirnexxilu jsibu? Fil-ktieb l-ieħor, Lupu Lupettu joħlom bl-oċean, il-Lupu jitlaq f 'insegwiment ta' dgħajsa tal-pirati sa ma tiġi mewġa enormi li tordmu. Il-lupu jispiċċa f 'qiegħ l-oċean, imma jiġi jsalvah Poseidon, ir-re tal-baħar, li b'maġija jagħmlu jista' jieħu n-nifs taħt l-ilma bħall-ħut. U fl-oċean Lupu Lupettu jiskopru kull tip ta' teżor tan-natura ta' taħt l-ilma – u fl-istess ħin jinduna kemm it-tniġġiż tal-baħar qed jeqred kollox. Dawn iż-żewġ kotba ġodda ppubblikati mill-Merlin Publishers iżidu mas-sensiela kbira ta' kotba dwar Lupu Lupettu, u ġew addattati għall- Malti minn Clare Azzopardi. Lupu Lupettu – ħolqien tal-awtriċi Franċiża Orianne Lallemand – huwa fenomenu internazjonali popolarissimu fost it-tfal li jħobbuh immens. Bħalhom, Lupu ma jħobbx jimxi żżejjed, li kieku għalih jiekol biss l-għaġin, jaħseb li l-mużewijiet huma postijiet tad-dwejjaq u jrid dejjem jirbaħ f 'kull tellieqa. Tfal ta' kull età, miċ-ċkejknin nett li jaqrawhomlhom il-ġenituri, sa tfal ikbar li jaqrawhom weħidhom, iħobbuh lil-Lupu. Dawn il-kotba huma ideali biex jintroduċu mat-tfal suġġetti ta' informazzjoni ġenerali mingħajr priedki. Lupu Lupettu jitla' l-muntanji hija storja umoristika li tgħallem dwar il-ġografija, u Lupu Lupettu joħlom bl- oċean huwa l-introduzzjoni ideali għal diskussjoni dwar l-ambjent u t-tniġġiż. Ta' min jinnota wkoll l-arti u l-apprezzament tal-arti, li huma "moħbija" f 'dawn il-kotba. Pereżempju, f 'Lupu Lupettu joħlom bl-oċean il- mewġa li tordom lil-Lupu hija ispirata minn The Great Wave off Kanagawa (1829) tal-artist Ġappuniż Hokusai. L-Illustratriċi tal-kotba Eléonore Thuillier jirnexxilha titfa' dawn ir- referenzi artistiċi ġol-istampi tagħha. Lupu Lupettu joħlom bl-oċean u Lupu Lupettu jitla' l-muntanji jinsabu għall- bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com Lupu Lupettu jitla' l-muntanji Lupu Lupettu joħlom bl-oċean The Informer