Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 'Li tirbaħ kampjonat bla telfa hija xi ħaġa sabiħa wisq' CLAUDIO Calleja - rebbieħ tal- unur tal-Aqwa Plejer tat-Tielet Diviżjoni fl-aħħar edizzjoni tal- MFA Awards hekk kif xpruna bis-sħiħ lil Żurrieq biex jirbħu l-aħħar Kampjonat bla telfa. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Jien minn dejjem kont inħobb il-futbol. Ovvjament l-aktar li kien ħeġġiġni kien missieri li minn ta' età żgħira kien daħħalni nilgħab man-nursery ta' Sliema Wanderers, fejn missieri stess hemm kien daħal kowċ ukoll. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Żurrieq? Ovvjament, hija esperjenza tal- ġenn. Li tirbaħ kampjonat bla telfa hija xi ħaġa sabiħa wisq. Kien hemm grupp tal-ġenn ibda mill-kowċ, president, viċi- president, kumitat kollu, u xejn inqas il-plejers. X'tikkummenta fuq il-fatt li f 'Mejju li għadda rbaħt l-unur prestiġjuż tal-Aqwa Plejer tat- Tielet Diviżjoni waqt is-serata finali tal-MFA Awards? Dan l-unur huwa wieħed li kemm ili nilgħab il-futbol professjonali dejjem xtaqt li nkun magħżul u xejn inqas li barra li nkun magħżul jirnexxili nirbħu. Ovvjament din nimmaġina li hija ħolma ta' kull plejer li jirbaħ dan l-unur prestiġjuż. Huwa unur li żgur qatt mhu se ninsa. Dan l-unur ma rbaħtux waħdi għax li kieku ma kienx bis-saħħa tal-plejers sħabi u l-kowċ jien ma kontx nirbħu. X'taħseb li kien is-sigriet tas- suċċess biex bħala Żurrieq ksibtu l-promozzjoni għat-Tieni Divizjoni? Nemmen li aħna konna tajbin f 'kull setur tal-grawnd. Barra minn hekk, kellna wkoll bankina tajba. Il-kumitat u l-kowċ f 'daqqa għamlu xogħolhom sew u kien hemm grupp magħqud. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Jien nemmen li f 'kull diviżjoni jkun hemm naqra differenza fil-livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk t'isfel. Imma kulħadd kien joħroġ biex itik logħba speċjalment meta tkun tim li ma tkunx tlift logħba, għax l-avversarji għalihom ikun ta' unur li jtellfu l-punti lil timijiet bħalna. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell meta kkomparati mal-plejers Maltin? Ġieli kien hemm barranin li jkunu tajbin daqs il-Maltin jew inqas imma fuq il-każ tagħna nista' ngħid li Ivan kien fundamentali għat-tim tagħna. Huwa plejer li żgur li jista' jilgħab f 'diviżjonijiet ogħla f 'Malta. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat tat-Tielet divizjoni ? Il-grawnds mhumiex tal-aqwa kwalità. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Hemm lok ta' titjib dejjem, imma tinsiex li referì huwa uman bħalna u kulħadd jiżbalja. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb ? Jien għalija d-dedikazzjoni u s-serjetà huma importanti ħafna fil-futbol. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Jien bniedem impenjat ħafna imma nipprova nqassam kollox u nipprova nlaħħaq ma' kollox. M'iniex bniedem li nfalli t-taħriġ. Infalli meta vera ma nkunx nista' nirranġa. It-taħriġ huwa importanti ħafna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Din hija mistoqsija diffiċli ħafna. Issa qiegħed fl-aħħar tal- karriera tiegħi u nimxu pass pass. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol? L-isport huwa ħaġa importanti ħafna f 'ħajjitna u l-aktar ħaġa importanti hija li qatt ma taqta' qalbek u dejjem tibqa' tistinka. Il-futbol jista' jkun importanti f 'kulħadd għax jista' jiġġieled il- vizzji ħżiena. Claudio Calleja (Nofs)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019