Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum Sports STEFFI Pace - tennista tal-ogħla livell fejn għamlet unur u gieħ kbir lil pajjiżna u li riċentament oriġinat l-isport tal-pickle ball f 'pajjiżna. Min hi eżattament Steffi Pace? Jien ili involuta fit-tennis għal ħafna u ħafna snin. Fil-passat kont nipparteċipa f 'diversi avvenimenti internazzjonali għat-tim nazzjonanli ta' pajjiżi fosthom il- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, il-logħob tal-FISEC u ħafna iktar. Irbaħt ħafna midalji fiż-żmien meta kont nilgħab u għadni nżomm mhux biss it-trofej li rbaħt iżda anke l-artikli tal-gazzetti fejn dehert. X'inhu eżattament il-pickle ball? Pickle ball hu dak li bl-Ingliż isejħulu paddle sport. Fil-verità nista' nqisu bħala taħlita ta' tliet sports li jintlagħbu bir-racket u dawn huma table tennis, tennis u badminton. Ir-rakketta hi waħda solida u l-blalen li jintużaw huma tal-plastik. Ix-xibka li tkun fin-nofs tal-court hi kemxejn iktar baxxa minn dik tat- tennis. L-istess court għandu tul ta' 44 pied u wisgħa ta' 20 pied. Ħafna mit-teknika li għandu dan l-isport hu assoċjat ukoll mat-tennis fejn fost l-oħrajn insibu movimenti bħal forehand, backhand u vollejs għalkemm hemm xi differenza fihom. Fil-pickleball hemm dik li bl-Ingliż tissejjaħ non-volleyzone fejn int biex tagħti volley trid tkun wara din iż- żona. Meta tagħti s-service int tuża moviment imsejjaħ underhand. F'dan is-service għandek biss ċans wieħed mhux bħat-tennis fejn ikollok żewġ ċansijiet. Anke l-iskor hu xi ftit differenti minn tat-tennis fejn hawn tirbaħ meta tgħaqqad il-11-il punt għalkemm irid ikun hemm differenza ta' żewġ punti fir-riżultat finali. Semmejt id-daqs tal-court. Bla dubju li dan hu iżgħar minn dak tat-tennis u jien narah li hu sport ħelu ħafna. Iva naqbel miegħek mija fil-mija. Għalhekk li jien nista' niddeskrivi l-pickleball bħala sport inklussiv u soċjali. Mingħajr ma trid f 'kull sport tagħmel ħbieb ġodda u meta tiltaqa' magħhom f 'dan il-qasam, is- sodisfazzjon jikber għax tkun qed titgħallem xi ħaġa ġdida. Hu sport ħelu wkoll għax joħloq dik iċ-ċertu inklużjoni fejn kulħadd jista' jilgħab din il-logħba irrispettivament mill-età jew ġeneru. Kif irnexxielek iġġib dan l-isport lejn pajjiżna? Kollox beda madwar sena ilu meta kont qed nara xi fimati fuq YouTube dwar din il-logħba tant sabiħa. Jien li ġejja mill-ambjent tat- tennis, ridt li nesperjenza xi ħaġa differenti u l-pickleball kien jgħodd ħafna għalija. L-għan tiegħi kien li nintroduċih ukoll fil-gżejjer Maltin u sa ċertu punt irnexxieli. Fil-fatt il-membri fi ħdan il- Pembroke Rackets Club tħajru jieħdu sehem u kburija ngħid li l-interess qed ikompli jiżdied. L-istess membri qalu lill-ħbieb tagħhom u l-familja kompliet tikber. Ridt ukoll li jkollna post fejn nilagħbu u għalhekk il-president ta' dan il-klabb, is-sur Ian Wirth aċċetta mal-ewwel il-proposta tiegħi u bnejna court apposta fejn inkunu nistgħu nilagħbu. Hu għen sabiex dan il-court jieħu l-ħajja. Għandna l-ħsieb ukoll li jkollna synthetic turf court 'il quddiem sabiex nilħqu aktar nies. Għan ieħor hu dak li nibnu courts oħra tal-pickleball f 'dive,rsi postijiet oħra madwar Malta. Nixtieq li dan l-isport jikber dejjem aktar. B'sodisfazzjon ngħid ukoll li tfal u adulti qed jagħżlu biex jipprattikaw il-pickleball fejn anke ftaħna skola fil-klabb li jinsab f 'Pembroke. Kuntenta bl-interess li qed juru dawk kollha involuti. Kemm hu popolari dan l-isport f 'pajjiżi oħra? Proprjament dan l-isport ġie introdott fl-Istati Uniti lura għall-1965 u flimkien mal-Kanada huma meqjusa bħala l-iktar żewġ pajjiżi li jieħdu l-pickleball b'serjetà kbira. Mhux ta' b'xejn li f 'dawn il-pajjiżi, dan l-isport hu daqshekk popolari! Dan l-isport hu ferm popolari ukoll madwar l-Ewropa fejn diversi pajjiżi qed jipprattikawh fosthom ir-Renju Unit, l-Italja, Franza u Spanja. Kien proprju fis-sena 2012 li dan l-istess pajjiż introduċa din il-logħba. Malta kienet sitt snin tard sabiex introduċietu iżda xorta ma narax li kienet xi ħaġa li ħadet iż-żmien għax naħseb li ħtafna l-opportunità u llum il-ġurnata diġà bdejna naħsdu l-frott. Nittama issa li l-pickleball isir sport Olimpiku aktar 'il quddiem sabiex jilħaq aktar nies li huma dilettanti ta' din il-logħba. Min huma dawk in-nies li qed jikkollaboraw miegħek? Hemm diversi persuni li qed jgħinuni sabiex il-kultura f 'dan l-isport tkompli tiżviluppa. Fost l-oħrajn xtaqt insemmi lill- fitness instructor Tania Cluett li tikkumplimenta s-sessjonijie ta' taħriġ miegħi. Fil-fatt, meta jkollna klassi ta' tmien adulti hi tieħu ħsieb il-parti fiżika filwaqt li jien nenfasizza lejn it-teknika tal-logħba. Li nagħmlu hu li sakemm tmien adulti qegħdin miegħi, tmienja oħra qegħdin magħha u wara ċertu ħin nalternaw. Nista' ngħid li naħdem ħafna magħha u għalhekk nikkumplimentaw lil xulxin. Hemm xi ringrazzjament li tixtieq tagħmel? L-ewwel u qabel kollox nixtieq nirringrazzja lil Mariza Pace, Guido Pace, Jeremy Pace, Karen Gauci u Alexia Malkowski li għenuni ħafna sabiex jibdew isiru l-ewwel sessjonijiet ta' din il-logħba. Ma nistax ninsa lill-familja tiegħi u l-ħbieb li tant jieħdu paċenzja bija. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għall-kumitat ta' Pembroke Rackets Club li tani l-fiduċja kollha meħtieġa sabiex nintroduċi dan l-isport f 'pajjiżna. X'inhuma l-għanijiet personali tiegħek f 'dan l-isport? Nixtieq li nara dan l-isport ikompli jikber dejjem aktar. Ninsab sodisfatta b'dak li rnexxieli nagħmel matul din is-sena kemm ili involuta f 'din id-dixxiplina. Issa rrid naħdem flimkien ma' dawk kollha involuti sabiex immorru fl- iskejjel u nintoduċu aktar żgħażagħ fil-pickleball. Għan ieħor hu dak li nżid in-numru ta' courts tal-pickleball sabiex ikun hemm iktar lokalitajiet li fih jintlaħqu akta nies. Nemmen li meta jkollok ambizzjoni se tasal biex twettaqha. 'Nixtieq li nara li l-isport tal-pickle ball ikompli jikber dejjem aktar f'pajjiżna' minn Cristian Antony Muscat Steffi Pace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019