Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
Sports 31 jgħinni sal-aħħar biex inkun aċċessibbli, u dan għax huwa tgħallem il-Lingwa tas-Sinjali Maltija mill- kors. Avolja kien hemm dawn l-ostakli, xorta bqajt skorer regolari waqt iċ-Challenge Cup, Knockouts, Euro Hockey Challenge IV Man u anki matul il-kampjonat. Tajjeb, issa kif tħajjart titħarreġ wkoll mat-tfal fl-isport tal-hockey? Matul l-aħħar staġun, tħajjart nibda nitħarreġ mat-tfal tal-istess club nursery, u sakemm kont nikkomunika mat-tfal waqt it-taħriġ, kelli wkoll appoġġ. Infatti, il-president kien informa lit-tfal li jien għandi nuqqas ta' smigħ biex ikunu nfurmati. Issa jien bħala plejer, il- komunikazzjoni mal-plejers sħabi u mal-kowċ hija importanti ħafna. Qabel ma nibda ma' kull team talk, nispjegalhom dwar il-mod kif nitkellmu u kif nistgħu nibqgħu f 'kuntatt. Xorta nippreferi jkolli kuntatt dirett mal-persuni konċernati u oħra għax naqra x-xofftejn u xorta jirnexxieli nifhem kważi kollox. Forsi tispjegali b'mod ġenerali kif persuni neqsin mis-smigħ jintegraw f 'osqma differenti bħalma għamilt int fil-qasam sportiv. Normali bħal oqsma oħrajn, persuni neqsin mis-smigħ għandhom komunikazzjonijiet differenti. Hemm persuni li ma jitkellmu xejn. Mhux tort tagħhom li ma jitkellmu xejn. Forsi meta twieldu u kibru dak iż-żmien l-edukazzjoni kienet f 'livell baxx jew ma kellhomx servizzi biex jitgħallmu jitkellmu. Ħadd ma jagħżel li ma jitkellimx. Imbagħad hawn min jaqra x-xufftejn u jitkellem. Bħali, imma jien nuża l-lingwa tas- sinjali u nitkellem. Il-persuni neqsin mis-smigħ kapaċi jagħmlu kollox, anke jirnexxu fl- isport, minbarra li jisimgħu. Allura kif l-aħjar wieħed jikkomunika ma' persuni neqsin mis-smigħ speċjalment meta jipparteċipaw fl-isport jew oqsma oħrajn tal-ħajja? Meta tħares lejn persuna nieqsa mis- smigħ m'hemmx għalfejn tħossok nervuż. Trid tħossok rilassat kemm jista' jkun. Importanti li meta titkellem iżżomm leħnek baxx għax mhux se nisma' billi tgħajjat u b'hekk il-messaġġ jitwassal b'mod ċar. Trid titkellem normali biex il- persuna tkun tista' taqra x-xofftejn. Jekk il-persuna ma tifhimx nistgħu niktbu fuq karta. Il-persuna nieqsa mis-smigħ forsi tista' tibda tuża xi ftit tas-sinjali u tkun tista' tinftiehem għal ċerti oġġetti. Dejjem aħjar mix-xejn! X inhi x-xewqa tiegħek li ilek tistenna mill-isport tal-Hockey? Li nintgħażel fl-iskwadra tat- tim nazzjonali ta' Malta wara sfidi differenti biex inkun inkluż f 'timijiet differenti. Xorta nħossha diffiċli li nintgħażel iżda qatt mhu ser naqta' qalbi biex inkun nista' nilgħab bil-flokk nazzjonali Malti. mhux mid-determinazzjoni Club. il-linji taż-żewġ xorta baqa' jav- tiegħu Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum Ix-xewqa tiegħi hija dik li nintgħażel fl-iskwadra tat-tim nazzjonali ta' Malta wara sfidi differenti biex inkun inkluż f 'timijiet differenti. Xorta nħossha diffiċli li nintgħażel iżda qatt mhu ser naqta' qalbi