Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 'Għandhom jiġu studjati inċentivi biex jgħinu koppji u individwi li jixtiequ jgħixu l-Belt' Fid-dawl tal-fatt li l-popolazzjoni fil-Belt Valletta kulma jmur qed tonqos, il- Kunsillier Mark Spiteri Lucas jipproponi studji dwar inċentivi li jistgħu jgħinu biex il-Belt Valletta ma tibqax titbattal mir-residenti Minn Yendrick Cioffi IL-KUNSILLIER Belti Mark Spiteri Lucas, qiegħed jipproponi li jiġu studjati inċentivi li jistgħu jgħinu koppji, familji jew inkella individwi li jixtiequ jixtru proprjetà fil-Belt Valletta għal skopijiet residenzjali. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il-kunsillier saħaq li għamel din il-proposta għax huwa fatt li l-popolazzjoni tal-Belt Valletta kulma jmur qed tonqos. Fi kliemu, din is-sitwazzjoni hija waħda "allarmanti" u għalhekk appella biex tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr. "Jekk se noqtlu ż-żoni residenzjali, se nkunu qed noqtlu l-qalb u l-pulmun tal-Belt Valletta," saħaq Spiteri Lucas waqt li insista li t-tnaqqis fil-popolazzjoni qed iħalli impatt fuq l-aspett soċjali tal-Belt Kapitali. Jidher li Spiteri Lucas ressaq din il-proposta quddiem il-Kunsill Lokali Belti wara li l-ewwel Sindku tal-Belt Valletta, Hector Bruno, waqqaf grupp fuq Facebook bil-għan li tittieħed azzjoni immedjata u tiġi salvata l-parroċċa ta' San Pawl Nawfragu. F'dan il-grupp, SOS Parroċċa San Pawl Valletta, Bruno qiegħed jappella għall- għajnuna, biex fi kliemu, tkun salvata din il-parroċċa, li t-tnaqqis fil-popolazzjoni tal- Belt Valletta jidher li qiegħed jaffettwaha sewwa. Biex nieħdu ftit idea tas- sitwazzjoni, fuq il-grupp, Hector Bruno spjega kif din is-sena, fil-Parroċċa ta' San Pawl kien hemm sebat itfal biss li għamlu l-Ewwel Tqarbina u tmienja biss li għamlu l-Griżma, uħud minnhom lanqas biss joqogħdu l-Belt. "Il-Mużew tas-subien magħluq u l-Mużew tal-bniet jiftaħ għal ftit," kiteb Hector Bruno biex jinsisti dwar kif qed titnaqqar il-popolazzjoni Beltija. Fil-parroċċa ta' Santu Wistin kien hemm 11 għall-Praċett u 18 għall-Griżma u fil-Parroċċa ta' San Duminku kien hemm 17-il tifel u tifla li għamlu l-Praċett u 24 li għamlu l-Griżma. 'Il-Belt ġiet ikkumerċjalizzata ... forsi wisq' Anke jekk Spiteri Lucas kien ispirat minn dan il-grupp biex iqajjem id-diskussjoni dwar it-tnaqqis fil-popolazzjoni residenzjali tal-Belt Valletta, mal-ILLUM huwa insista li kien qiegħed jitkellem mhux f 'isem parroċċa waħda, iżda f 'isem il-Beltin kollha kemm huma, għax fi kliemu, din hija realtà tal-Belt kollha. Mal-ILLUM, Spiteri Lucas saħaq li hemm ħafna raġunijiet li qed iwasslu diversi koppji żgħażagħ u oħrajn biex joħorġu mill-Belt Valletta jew inkella lanqas biss tgħaddilhom minn rashom li jfittxu post fil-Belt. Fi kliemu, fl-aħħar snin, il-Belt Valletta ġiet ikkumerċjalizzata, xi drabi ftit iżżejjed ukoll. Minħabba f 'hekk, kompla jisħaq il- kunsillier, il-proprjetà fil- Belt Valletta qed tinbiegħ b'rati kummerċjali, li ħafna, partikolarment koppji żgħażagħ, ma jifilħux iħallsu. "Jiena fittixt u rajt qabel tkellimt. Appartament ta' tlett ikmamar jibda minn €350,000," spjega Spiteri Lucas. "Ħafna mhux se jaslu biex iħallsu dak l-ammont, Illum, 27 ta' Awwissu, 2019 ID-DIRETTUR, UFFIĊĊJU GĦALL-IRKUPRU TALASSI F'isem ir-Reġistru tal-Qrati ta' Ġuriżdizzjoni Kriminali (Malta) 1273 B'digriet mogħti, mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) fit8 ta'Awwissu, 2019, fuq talba ta' Louis Sciriha, ġie ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lillassenti Valentina Brasovan, fl-atti tar-Rikors Medjazzjoni 2528/19 AL, fl-ismijiet Louis Sciriha vs Kuraturi Deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti. Permezz ta' Rikors, ippreżentat, fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja), fl-Atti tal-Medjazzjoni numru 2528/19 AL, flismijiet Louis Sciriha (KI 71682M) vs Kuraturi Deputati għall-assenti Valentina Brasovan (KI mhux magħruf ) fit18 ta' Lulju, 2019, ir-rikorrenti Louis Sciriha (KI 71682M) espona bir-rispett: Illi r-rikorrent iżżewweġ fis-sitta (6) ta' Settembru, 2003, ma' Valentina Brasovan ta' nazzjonalita Moldovana bilpassaport numru A0435034. Illi minn dan iż-żwieġ ir-rikorrent ma kellux ulied. Illi huwa ġie abbandunat minn martu Valentina Brasovan li ħalliet id-dar matrimonjali madwar ħmistax-il sena ilu u qatt ma rritornat lura u m'għandhux ħjiel fejn qiegħda tirrisjedi. Il-ħajja konjugali tiegħu ma' martu ġiet reża impossibbli minħabba raġunijiet li huma suffiċjenti li jwasslu għaddivorzju tal-partijiet u għalhekk ir-rikorrent jitlob lil din l-Onorabbli Qorti taħtar medjatur sabiex ikun jista' jkompli bi proċeduri relattivi għad-divorzju minn ma' martu. Rikorrenti: Louis Sciriha, 83, Triq Ninu Cremona, raħal Ġdid Intimata: Valentina Brasovan – indirizz mhux magħruf Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid-daħla ta' din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijiem f'dan ir-reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan Int ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din ilQorti tgħaddi biex tagħżel Kuraturi tal-Uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl- esekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) hawn fuq imsemmija bix-xhieda tal-Onor. Imħallef Joseph R. Micallef BA, LLD., Duttur tal-Ligi Illum 8 ta'Awwisuu, 2019 Reġistru tal-Qrati Ċivili (Sezzjoni Familja), illum 26 ta' Awwissu, 2019 AV. FRANK PORTELLI, LLD Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Mark Spiteri Lucas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019