Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

apparti li ħafna drabi tkun trid toħroġ iktar flus biex tirranġa l-post." Apparti l-proprjetà għolja, ħafna koppji, anke kbar fl-età, ħarġu mill- Belt Valletta għax qablilhom ibigħu l-proprjetà għax minnha qalgħu kemxa mhux ħażin. Semma wkoll realtà oħra li l-gazzetta ILLUM kemm-il darba rrapportat dwarha, jiġifieri sidien tal-kera li għollew il-kera jew inkella ma ġeddewx kuntratt biex jieħdu lura l-proprjetajiet tagħhom, uħud minnhom biex ibigħu lil xi investitur li jrid ibiddel il-blokka ta' appartamenti f 'boutique hotel, li fil-Belt qed ifaqqsu. "Kien hemm sidien li offrew somom lill-inkwilini biex joħorġu. Għall-bidu dehru biżżejjed, iżda meta dawn ġew biex jixtru xi mkien ieħor, indunaw li ma kellhom xejn," insista Spiteri Lucas. 'Hemm bżonn jinħoloq bilanċ ... in-nies jagħmlu l-lokal' Filwaqt li faħħar l-investiment li wettqu diversi negozji u investituri fil-Belt Valletta, il-Kunsillier kompla jappella fuq il-bżonn li jinħoloq bilanċ. Faħħar il-fatt li llum il-Belt Valletta ma għadhiex il-belt li torqod mas- sebgħa ta' filgħaxija, iżda fakkar kif fl-istess waqt li n-naħa ta' fuq tal-Belt qamet fuq saqajha, iż-żoni residenzjali qed jitbattlu. "Nemmen li jeħtieġ jinħoloq bilanċ kemm jista' jkun malajr," insista l-Kunsillier. "Irridu nifhmu li huma n-nies li jagħmlu l-lokal." 'Bil-proposta tiegħi ridt li nqanqal diskussjoni urġenti' Kien hawn li tkellimna aktar fid- dettall dwar il-proposta li huwa ressaq quddiem il-Kunsill Lokali Belti. Staqsejnieh jekk jagħmilx sens li jkun hemm inċentivi li japplikaw għal lokalità waħda u mhux għall-oħra. "Il-proposta tiegħi tista' tkun valida u tista' ma tkunx. Dan huwa punt li għad irid jiġi studjat. Bil- proposta tiegħi jiena ridt inqanqal diskussjoni. Minnha jistgħu joħorġu friegħi oħra," wieġeb Spiteri Lucas, waqt li fakkar ukoll li l-Belt Valletta għandha realtajiet differenti ħafna minn lokalitajiet oħra. L-appell tiegħu hu li tibda diskussjoni mal-istakeholders kollha, inkluż mad-Deputati Beltin, bil-għan li jinħoloq minnha xi ħaġa konkreta li tista' ssalva l-popolazzjoni tal-Belt Valletta. "L-iskop tiegħi hu li nqanqal diskussjoni. Tajjeb li jkollna Belt mimlija attivitajiet, iżda rridu nifhmu li huma n-nies li jagħmlu l-lokal," tenna l-kunsillier. Fi kliemu, din il-proposta, anke jekk għad trid tinħema, tista' sservi tal-ewwel pass biex tibda diskussjoni serja biex iż-żoni residenzjali fil-Belt Valletta ma jmutux mewta naturali. 7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 L-ILLUM għamlet ukoll kuntatt ma' Deo Debattista, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sostenn tal-Belt Kapitali, fost oħrajn. Mistoqsi dwar il-proposta ta' Mark Spiteri Lucas, Debattista saħaq li ma jistax jikkummenta dwar il-proposta, kemm għax għadu ma rahiex u anke għax trid tiġi studjata. Madanakollu saħaq li bħala Deputat Belti huwa lest li jaħdem u jagħti l-appoġġ lil kwalunkwe inizjattiva li tħeġġeġ aktar nies biex jgħixu fil-Belt Valletta. Min-naħa tiegħu, mal-ILLUM, is-Sindku tal- Kapitali Alfred Zammit fakkar kif tul dawn l-aħħar għoxrin sena, il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset b'madwar 7%. Kien għalhekk li saħaq li jilqa' kull inċentiv li jista' jattira aktar nies biex jgħixu fil-Belt Valletta. Dwar il-proposta tal-Kunsillier Mark Spiteri Lucas, Zammit insista li din għandha tiġi kkunsidrata biex il-popolazzjoni tal-Belt Valletta tiżdied. Dwar din il-proposta, il-gazzetta ILLUM tkellmet mad-Deputat Belti Claudio Grech li filwaqt li saħaq li jilqa' kull inizjattiva li tista' ssaħħaħ il-komunità Beltija, insista li l-ewwel u qabel kollox iridu jiġu indirizzati dawk il-problemi, li fi kliemu, għamlu lill- Belt Valletta lokalità li fiha diffiċli tgħix. Filwaqt li saħaq li jikkunsidra u jilqa' l-proposta ta' Mark Spiteri Lucas, insista li d-diskussjoni trid l-ewwel u qabel kollox tistabbilixxi minn fejn ġejja l-problema li qed twassal biex ħafna żgħażagħ u koppji Beltin joħorġu mill-Belt Valletta. "In-nies qed joħorġu mill-Belt Valletta għal diversi raġunijiet. Il- prezzijiet tal-proprjetà splodew, fil-Belt għaddej żvilupp esaġerat u hemm nuqqas serju ta' spazji miftuħa," insista d-Deputat tal- Oppożizzjoni. Kien għalhekk li appella biex qabel jiġu studjati inċentivi, il-Belt Valletta trid issir lokalità li fiha tista' tgħix. "Kif irridu l-familji jiġu jgħixu l-Belt Valletta jekk ma tistax timxi b'pushchair fuq il-bankina bl-imwejjed u s-siġġijiet?" staqsa Claudio Grech. "L-istess il-parkeġġ. Ma tistax tiġi b'xirja u tipparkja." Kompla jitkellem fuq l-ispazji miftuħa u saħaq li fil-Belt ma hemm imkien fejn it-tfal jistgħu jieħdu żvog. "Illum il-Belt Valletta saret playground għal kulħadd ħlief għat-tfal tal-Belt," insista d-Deputat waqt li tenna li qabel tinċentiva lin-nies biex jiġu jgħixu fil-Belt, trid tagħmel il-Belt post fejn wieħed jista' jgħix. Kien għalhekk li d-Deputat insista li qabel l-inċentivi, l-awtoritajiet għandhom jibdew jaħdmu fuq dak li jistgħu jagħmlu mil-lum stess. "Dak li qed ngħid ma jiswa xejn. Trid biss kuraġġ," insista Grech waqt li appella għal aktar infurzar, b'mod partikolari fejn jidħlu l-imwejjed u s-siġġijiet, appell li dwaru saħaq ukoll Spiteri Lucas. "Irridu nibdew b'dak li nistgħu nagħmlu llum. Il-Belt irridu nagħmluha lokalità li fiha tista' tgħix, partikolarment għall-anzjani li għadhom residenti," temm jgħid Claudio Grech. F'20 sena l-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset b'7%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019