Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 Minn Liam Carter DIN il-ġimgħa l-ILLUM żaret waħda mid-djar tal-Fondazzjoni Nazareth li tilqa' fi ħdanha numru ta' persuni b'diżabilità. Din il-Fondazzjoni twaqqfet mis-saċerdot Dun Anġ Seychell 24 sena ilu, propju bl-għan li tieħu ħsieb persuni b'diżabilità. Oriġinarjament, Seychell kien beda jieħu ħsieb ħames residenti iżda llum il-Fondazzjoni għandha tlett idjar żgħar mifruxin madwar il-lokalità taż-Żejtun u b'kollox tilqa' fi ħdanha 28 resident. Tkellimna ma' wħud mir- residenti li f 'workshop minnhom bdew jippreparaw xi crafts b'mod partikolari affarijiet relatati mal- Milied. Spikkat l-artistrija fix- xogħol tar-residenti li wrew lill- ġurnalisti tal-ILLUM l-affarijiet li ħolqu f 'dawn is-sessjonijiet. Wieħed mir-residenti spjega lill- ġurnalisti tal-ILLUM il-proċess metikoluż sabiex jinħoloq armar tal-Milied fosthom siġar tal- Milied żgħar li huma mfittxija sew mill-pubbliku. Dawn jinħolqu kompletament bl-idejn, bl-artist jirnexxilu jżewweġ l-metodi artistiċi mal-kreattività tiegħu sabiex joħloq prodott uniku u speċjali. Residenta oħra wrietna kif bl- użu tal-ganċ hi wkoll jirnexxilha toħloq l-armar relatat ma' dan il- perjodu ta' festi, fosthom xbihat reliġjużi u affarijiet oħra relatati mal-Milied li wkoll jinbiegħu lill- pubbliku. Iżda l-irwoli għar-residenti f 'dawn iċ-ċentri ma jiqfux biss mal-arti u l-kreattività hekk kif fil-ħin li l-ILLUM għamlet tosserva, innotat li kull resident kien jinsab iffukat fuq biċċa xogħol partikolari, min jaħsel xi platt jew xi kikkra, min jedha f 'xi logħba u min iqasqas il-bolol użati biex jerġgħu jintużaw. Fl-istess ħin, spikkat ukoll ir-relazzjoni mimlija fiduċja u mħabba tal-carers tal- Fondazzjoni Nazareth mar- residenti li verament dehru magħqudin f 'armonija, bil-ħin kollu jitħaddtu u jiċċajtaw flimkien. Ara wkoll paġni 12 u 13 Artistrija inklussiva fil-qalba taż-Żejtun L-ILLUM iżżur wieħed mill-workshops tal-Fondazzjoni Nazareth u tesperjenza l-kreattività u l-inklużjoni fi ħdan iċ-ċentru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019