Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham I d-deċiżjoni tal-HSBC li jingħalqu numru ta' fergħat tal-bank hija indikazzjoni ta' kif il-banek fid-dinja tal- lum huma aktar iffukati fuq klijienti li jħallulhom il-profitti u mhux fil-klijienti ż-żgħar u dawk ta' ċerta età. L-iskuża hi li kollox qed jersaq lejn id-diġitali, meta hu magħruf li settur kbir ta' nies ta' ċertu età jew edukazzjoni ma jużawx il-metodu diġitali għas-servizzi bankarji. Hija ħrafa li l-HSBC għamlu hekk għax għandhom xi interess fil- klijenti tagħhom. Il-banek huma negozju, nifhmu, imma d-deċiżjoni tal-bank kienet waħda egoista u li ma tagħtix kas il-bżonnijiet tal-komunità. Kien ukoll mhux mistenni d-diskors dgħajjef u medjokri ta' xi kelliema tal-Gvern li faħħru din il-mossa. Il-bank HSBC huwa bank mondjali u wasal Malta għax xtara bank Malti: il-MIDMED grazzi l-aktar għal John Dalli, politiku li kien Ministru tal-Finanzi u li wara kellu jirriżenja minn Kummissarju għax ġie skreditat u spiċċa fi kliem kulħadd. Dan hu Gvern soċjo- demokratiku, suppost u għalhekk huwa mistenni li tal-anqas il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ċar mal-kap tal-HSBC. Tkellem ċar? Kliem biss mhumiex biżżejjed u l-HSBC bid-deċiżjoni li ħa, ta daqqa kbira lill-komunitajiet varji madwar Malta. Il-Gvern kellu d-dmir li jwissi l-bank li parti mill-operat tiegħu huwa li jwassal servizzi fil- komunità. Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta' De Marco u Kristy Debono, min-naħa tagħhom minflok ma ffokaw fuq din il-problema, reġgħu ntefaw jirrepetu d-diska antika li dan kollu li qed jiġri fl-isfond ta' Panama u stejjer simili oħra. Ma jistgħux ikunu aktar vavi u vojta. Meta huwa ċar għaż-żewġ kelliema tal-Partit Nazzjonalista li l-HSBC li jinteressah huma klijienti li għandhom il-flus u klijenti li jħallu lill-bank b'aktar profitti. L-azzjoni tal-HSBC mhix waħda li għandha twassal li tara Segretarju Parlamentari jiftaħar kemm qed jieħu pjaċir jara l-iżviluppi fl-HSBC. Imbagħad fid-dawl li ser ikun hemm tnaqqis fil-workforce. U Alla jbierek ma nerġgħu ngħidu lanqas kelma waħda li hija waħda ta' tħassib mill-Gvern. Għarukaża! L-aħħar darba li l-gazzetta oħt MaltaToday kitbet dwar l-HSBC, kien hemm theddida li jitwaqqfu r-riklami għax inkitbet il-verità dwar storja marbuta mal-hacking tas-sistema bankarja tal-BOV. Ma nistagħġbux li din tiġri magħna wkoll wara din il-kritika. Din hija l-atmosfera li biha aħna naħdmu meta niktbu stejjer, inwasslu analżi u nitrasmettu s-sentimenti tan-nies. Hija għafsa ta' qalb li naraw Gvern li jaċċetta dawn l-affarijiet. Ma jistax ikun li Alla jbierek, illum fil-Partit Laburista, ma hemm ħadd li qed jogħrok għajnejh u jgħid, x'qegħdin nagħmlu hawn jekk mhux nitkellmu fuq kif il-ħaddiem, min hu impjegat, u ż-żgħir, u l-anzjan qed jiġi minsi, u mwarrab biex ħaddieħor jagħmel aktar profitti... u ma ninsewx għal azzjonisti li l-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex Maltin. Deċiżjoni ta' bank, omertà ta' Gvern

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019