Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Aquarius huwa fażi ta' riflessjoni ta' dak li għaddejt minnu f 'dawn l-aħħar xhur. Riflessjoni ta' għarbiel kemm minn dak li hu pożittiv u anke dak negattiv sabiex issa int għandek mera ċara ta' dak li trid twettaq. Agħraf sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: kannella u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 17 u 19 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Pisces huwa ċans tajjeb ħafna li takkwista dak li tixtieq bl-inqas tbatija. Din hi fażi fejn jekk tagħraf takkwista benefiċċju ferm pożittiv kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll f 'sitwazzjonijiet li jkattru l-madwar tiegħek, għalhekk irrifletti. Namaste Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Capricorn Pisces huma magħrufin għat-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Aries huwa żmien ta' aktar ħsieb ta' kemm int kapaċi tikkontrolla lilek innifsek minn dak li hemm imħejji għalik. Int għandek bħal eżami ta' kemm se tagħraf tikkontrolla lilek innifsek f 'dak li hemm imħejji għalik. Namaste Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: kannella u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Taurus huwa l-mument ta' aktar konċentrazzjoni fuq dak li jikkonċerna lilek. Bħalissa trid tkun ikkonċentrat sabiex tagħraf taħtaf dak kollu li hu ta' gwadann għalik sabiex tkun tista' tavvanza f 'ħajtek. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Sagittarius Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Gemini huwa mument ta' sfida għal dak li hemm ġewwa fik. Issa trid tagħraf li x'attitudni li se jkollok biex tiffaċċja dawn il-ħmistax li ġejjin. Gemini jemmnu ħafna fihom infushom għalhekk żgur mhumiex sejrin iħallu lil min jipprova jfixkilhom. Agħraf. Namaste Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: oranġjo u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Taurus Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Cancer huwa mument ta' tħejjija għal dak li għandek ippjanat u għal proġetti li għandek imħejjija għall-karriera tiegħek sabiex b'hekk tkun tista' twettaq aktar b'abbiltà dak li int trid. Irrifletti sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Leo huwa fażi fejn għandu jkollok aktar stabbiltà madwarek. Din hi fażi importanti sabiex il-madwar kollu tiegħek jerġa' jibda jieħu dik ix-xejra ta' tkabbir u int terġa' tibda tħares 'il quddiem b'aktar pożittività kif tant jixraqlek. Agħraf dan. Namaste Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 19 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Scorpio Leo huma magħrufin bħala persuni umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Virgo huwa mument fejn tirranġa sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu qed jikkaġunaw intoppi f 'dak li int qed tipprova takkwista f 'ħajtek. Għalhekk agħraf il-bżonn u l-ħtieġa li xi żbalji li stajt wettaqt jibdew jiġu rranġati sabiex tkabbar lilek innifsek. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: blu u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Gemini Virgo huma magħrufin li jimxu jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Libra huwa mument ta' tkattir fil-karriera. Dan hu mument fejn il-kapaċità u l-ħila tiegħek għandha tikber sabiex fiż-żmien li ġej tkun kapaċi taddatta lilek innifsek b'aktar responsabbiltà għal dak li riesaq lejk. Agħraf sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 17 u 19 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Aries Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Scorpio huwa fażi ta' tkattir ta' fiduċja aktar fil-persuni ta' madwarek fejn dan l-aħħar jista' jkun li int bdejt titlef xi fiduċja f 'dawk ta' madwarek. Għalhekk din il-fażi ser terġa' toffrilek l-opportunità sabiex int terġa' tibni dik il-fiduċja bil-mod. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Sagittarius huwa mument ta' riflessjoni minn dak li int tista' twassal aktar lil dawk ta' madwarek. Dan billi tagħraf tkun aktar flessibbli u miftuħa minn dak li qed tkun bħalissa. Ir-riflessjoni għandha tkun sinifikanti, għalhekk agħraf irrifletti. Namaste Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 17 u 19 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Cancer Sagittarius huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku f 'dan il-qamar kwinta għal Capricorn hija fażi ta' trankwillità. Issa huwa l-perjodu ideali għalik li ċertu tensjoni li kienet qed tiddomina l-ħajja ta' madwarek trid tibda tbatti u hekk tibda tagħraf tkun kalm u kawt imma dejjem attent u moħħok miftuħ. Namaste Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 17 L-istilla li se toffrilek sodisfazzjon ġejja minn Leo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00am u d-9:00pm fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Il-qamar kwinta tat-13 t'Ottubru X'jagħmel speċjali dan il-Qamar Kwinta? Dan huwa l-ewwel qamar kwinta tal-ħarifa u jibda fit-13 tax-xahar. Għalhekk dan jista' jwassal għal enerġija aktar pożittiva. Jekk fid-dar, il-post tax-xogħol jew xi uffiċċju hemm il- bżonn ta' cleansing, dan huwa l-mument opportun. Jekk dawn il-postijiet jinħassu b'enerġija negattiva, huwa l-mument opportune sabiex tidħol enerġija pożittiva. Allura huwa l-mument li ssaħħaħ iżjed dak li hemm madwarek. Dan il-qamar kwinta se jagħti spinta lil ċertu żodijaki bħal Aquarius, Taurus, Virgo, Sagittarius u Gemini fl-akkwist tagħhom. Imma dan il-qamar kwinta se jkun immoderat ma' żodijaki bħal Pisces, Cancer, Leo, Libra u Scorpio dawn iridu jagħmlu aktar sforz. Għal aktar tagħrif tista' żżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com jew ibagħtu sms fuq 99013600. Namaste L-oroskopju tal-Qamar Kwinta għal Libra Mill-Ħadd 13 t'Ottubru sas-Sibt 19 t'Ottubru

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019