Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
Sports 31 tippromwovi l-bowling aktar minn qabel. Iktar ma nagħtuh importanza, iktar inressqu żgħażagħ lejn dan l-isport. Kif tqis il-livell tal-bowlers Maltin meta kkumparat ma' bowlers internazzjonali? Taħseb li dan naqas jew żdied minn meta bdejt tipprattika l-bowling? Il-livell hawn Malta dejjem qiegħed jogħla. Qed ikollna aktar żgħażagħ jilagħbu u li dejjem jgħollu aktar il- livell. Għall-pajjiż daqstant żgħir qed niksbu ħafna unuri. F'Malta għandna talent kbir u qawwi. Irbaħna ħafna midalji fil-Mediterran matul is-snin. Din is-sena f 'Malta ksibna l-ewwel midalja fid-dinja tal- bowling fil-qasam tal-Men's World Senior bis-saħħa ta' Mark Spiteri li kkompeta ma' ġganti ta' dan l-isport u rnexxielu jikseb midalja tal-bronż ġewwa Las Vegas. Taħseb li fil-futur bowler Malti jista' jaqla' l-għajxien tiegħu esklussivament mill-bowling? B'aktar opportunitajiet li waħda tmur tikkompeti barra minn Malta, hemmhekk jibdew jidħlu naqra somom kbar bħala premjijiet. Ovvjament trid tkun tfajt l-investiment tiegħek bħala plejer, fil-ħin tat-taħriġ, u l-finanzi kollha li jmorru fih l-isport, biex tkun f 'pożizzjoni li tirbaħ. Meta kkumparat ma' barra minn Malta kif tqis ir-riżorsi li fihom titħarrġu u tilagħbu l-bowling f 'Malta? Għandna bowling centre wieħed, li hu ta' entità privata. Għandna nuqqas ta' riżorsi fejn nitħarrġu, speċjalment għal ċerti tattiċi partikolari u kundizzjonijiet tal-logħob. Biex nitħarrġu f 'dan l-isport u nlaħħqu ma' pajjiżi oħra, inħallsu ħafna flus. Meta nikkomparaw iċ-ċentru ma' dak li nsibu barra minn Malta, huwa evidenti li għandna bżonn aġġornament fl-infrastruttura. Il-bowling kif jgħinek fiżikament kif ukoll psikoloġikament? Il-bowling huwa sport verament sabiħ, fejn trid kemm abbiltà fiżika kif ukoll psikoloġika. L-aktar ħaġa importanti waqt il-logħob hija li tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek u ma tħallihomx jirkbuk, kif ukoll dejjem tkun pożittiva għax ma tistax tgħid kif il-logħob ser idur. Waqt il-logħob trid iżżomm f 'moħħok x'żejt qed jintuża, u kif jista' jimxi jew jinbidel tul l-istess logħba, sabiex tkun tista' taddatta għall- kundizzjonijiet. Naf li l-aħħar snin kienu importanti ferm għalik. Għaliex? Dawn l-aħħar snin qattajt ħafna ħin nipprattika l-bowling u tajtu ħafna importanza. Matul dawn l-aħħar snin kont qed nipprova nitgħallem kif inkun iktar pożittiva. Mhux dejjem faċli għax ovvjament mumenti ta' diffikultà kulħadd ikollu, però trid tara kif b'xi mod se tqum fuq tiegħek u ma taħsibx biss fil-ħażin. Wara li għelibt ċerti limitazzjonijiet fil-mod kif naħseb waqt il-logħob, stajt nakkwista suċċessi akbar. X'inhuma l-pjanijiet tiegħek għal din is-sena fit-ten-pin bowling? Din is-sena fadalli żewġ tournaments oħra barra minn Malta - wieħed Bucharest fir-Rumanija u l-ieħor Sofia, fil-Bulgarija. Tournaments lokali ma tantx fadal wisq peress li s-sena dalwaqt ser tispiċċa. Għandek xi ħolma partikolari li tixtieq li ssir realtà fil-futur qrib? Nixtieq li xi darba il-bowling jidħol mal-logħob tal-Olimpjadi u li jien inkun parti mit-tim nazzjonali ta' Malta biex nirrappreżentaw kemm l-isport li tant inħobbu u l-pajjiż tagħna Malta f 'dan l-isport. L-ikbar ħolma li għandi hi li xi darba jirnexxieli mmur l-Amerka u nilgħab mal-aqwa bowlers fid-dinja. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjament partikolari wara dan is-suċċess kollu li rnexxielek tikseb f 'daqstant żmien qasir? L-ewwel żewġ persuni li nixtieq nirringrazzja huma żgur mhux forsi il-kowċis tiegħi, Mark Spiteri u Dennis Mercieca. Dawn huma żewġ persuni għal qalbi ħafna u dejjem ikunu hemm biex ikomplu jgħinuni nsaħħaħ il-logħba tiegħi. Irrid ngħid grazzi kbira lir-raġel tiegħi u lill-familja tiegħi ta' kemm jagħtuni appoġġ. Mhux dejjem faċli tqatta' daqshekk ħin 'il bogħod mid- dar u mill-familja. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-bowling. Il-bowling huwa sport għal kulħadd. Bħal kul sport ieħor iktar ma tibda minn età żgħira iktar aħjar. Il- komunità li wieħed jiltaqa' magħha fil-bowling meta tikber u ssiefer hija sabiħa ferm u tagħmel ħafna ħbieb u konnessjonijiet ġodda. Il-bowling għaldaqstant mhuwiex sempliċiment titfa' boċċa, iżda hemm ħafna ħsieb fil-logħba u ħafna 'mental game' li jagħmilha interessanti ħafna. Il-logħba tal-bowling hija waħda ferm sabiħa u ta' sodisfazzjon kbir. limitazzjonijiet fil-mod kif naħseb waqt il- akbar' Ewropew fil-karriera meta kellha 11-il Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum