Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
Minn Yendrick Cioffi MINKEJJA li ngħataw struzzjonijiet biex ma jitkellmux mal-midja, impjegati tal-HSBC li tkellmu mal-gazzetta ILLUM ilmentaw kif sa lejlet li ħarġet l-aħbar uffiċjali li l-bank kien se jagħlaq xejn inqas minn tmien fergħat imxerrda madwar Malta, huma kienu għadhom ma jafu xejn. Fil-fatt, l-impjegati li tkellmet magħhom l-ILLUM, kollha kemm huma wrew ir-rabja tagħhom għall-MUBE, il-unjin li tirrappreżenta lill-ħaddiema tal-bank, għax fi kliemhom, ħalliethom "fil-limbu." Maniġer ta' waħda mill- fergħat tal-HSBC, spjegat kif minkejja li kien hemm xnigħat li l-bank kien se jagħlaq il-bibien tiegħu f 'diversi lokalitajiet, qatt qabel ma kien hemm komunikazzjoni formali mal-impjegati. "L-Erbgħa filgħaxija rċevejna email li l-għada filgħodu, fit-tmienja, il-Kap Eżekuttiv ried jikkomunikalna deċiżjoni importanti," kompliet tgħidilna. Fil-fatt, l-impjegati kollha li tkellmu mal-ILLUM, kemm dawk li jaħdmu fil-fergħat u anke oħrajn li jaħdmu fil- uffiċini tal-HSBC f 'Ħal Qormi, saħqu li sal-Ħamis fit-8:00am, jiġifieri ftit minuti biss qabel l-aħbar faqqgħet fuq il-midja, ħadd minnhom ma kien jaf xejn. Impjegati, li ma setgħux jattendu għal-laqgħa, saħanistra saħqu li saru jafu bl-aħbar minn fuq il-midja u mingħand għexieren ta' nies li marru fil- fergħat biex jistaqsu x'inhu jiġri. Kien hawn li l-impjegati wrew ir-rabja tagħhom kif minkejja li l-MUBE kienet infurmata minn qabel, sa issa qalet biss li għaddejja b'diskussjonijiet mal- bank, iżda lill-impjegati, b'mod partikolari dawk li jaħdmu fil-fergħat li se jagħlqu, ħalliethom fl-għama dwar il- futur tagħhom. Fil-fatt, ħadd mill-impjegati li kellimna, lanqas il-maniġer ta' waħda mill-fergħat, ma għandhom l-iċken idea ta' x'jistgħu jkunu l-iskemi li l-bank se jkun qed joffri lil dawk impjegati li b'mod volontarju jagħżlu li jirriżenjaw. "Nafu biss li ma jistgħu jkeċċu lil ħadd, iżda x'se jiġri ma nafu xejn," qaltilna waħda mill- impjegati. "Lanqas biss nafu meta se jagħlqu l-fergħat." Tħabbar ukoll li dawk il- fergħat li mhux se jagħlqu, prinċipalment dawk tal-Belt Valletta, il-Mosta, Raħal Ġdid, Tas-Sliema u r-Rabat (Għawdex), apparti li se joffru aktar servizzi, se jiftħu għal ħinijiet itwal. Lanqas dwar dan ma jafu xejn l-impjegati. Ħadd ma għandu idea kif se jkunu qed jaħdmu, jekk mhux bix-xiftijiet u sakemm se jdum miftuħ il-bank. "Vera mhu se jkeċċu lil ħadd, iżda omm bħali, li għandha żewġt itfal żgħar, mhu se jħallulha l-ebda triq oħra. Jiena ma nistax naħdem b'shift," qaltilna impjegata. Intant, il-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill- unjin tistaqsi kemm kienet ilha taf bid-deċiżjoni tal-bank, x'se jkun qed jiġri mill-ħaddiema fil-fergħat li se jagħlqu, x'se jkunu l-iskemi jew inċentivi li l-bank se joffri lill-impjegati li jirriżenjaw u anke x'ħinijiet qed ikunu proposti għall- fergħat. Sakemm morna għall- pubblikazzjoni, l-MUBE kienet għadha ma weġbitx dawn il-mistoqsijiet. Liema se jkunu l-fergħat li se jagħlqu? X'se jiġri mill-bqija? Il-fergħat li l-HSBC se jkun qed jagħlaq huma dawk ta' Birżebbuġa, Bormla, il-Fgura, il-Ħamrun, Wied il-Għajn, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar. Anke jekk l-impjegati jinsabu fl-għama, jidher li dawn se jingħalqu sal-aħħar ta' din is-sena. F'dawn il-lokalitajiet, l-HSBC se jibqa' jkollu ATM. L-akbar fergħa tal-HSBC se tkun fl-uffiċini prinċipali tal-Bank f 'Ħal Qormi, fejn se tkun qed tiġi amalgamata wkoll il-fergħa ta' Ħal Balzan. Il-fergħat tal-Belt Valletta, il-Mosta, Raħal Ġdid, Tas- Sliema u r-Rabat Għawdex se jibqgħu miftuħa u se jkunu qed joffru aktar servizzi u jidher li se jkunu qed jiftħu għal ħinijiet itwal. Dawn il-fergħat se jkunu sostnuti wkoll b'erba' Wealth Management Centres ġodda f 'Birkirkara, il-Mosta, Raħal Ġdid u s-Swieqi. X'qal il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC? Il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta, Andrew Beane saħaq li l-aħbar li ħarġet illum mhijiex dwar fergħat li se jkunu qed jagħlqu iżda aktar dwar investiment li l-HSBC se jkun qed jagħmel f 'Malta biex iħares lejn il-futur. Beane insista li filwaqt li l-fergħat jibqgħu importanti, l-HSBC qed jippjana għall- futur għax qed jinbidel il-mod kif in-nies qed jużaw il-banek u għalhekk se jkun qed jinvesti aktar fis-servizzi diġitali. Dwar l-impjegati, Beane insista li kif ġaladarba s-servizzi bankarji qed jinbidlu, it-tip ta' impjiegi jeħtieġ li jinbidlu wkoll. Insista li l-bank mhu se jkun qed jisforza lill-ebda impjegat biex jagħmel dak li ma jridx waqt li saħaq li jinsabu f 'diskussjonijiet mal-Unjin Maltija għall-Impjegati tal- Bank. Aqra wkoll paġni 16 u 19 5 Aħbarijiet Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali EU FUND SUPPORT OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' EU Fund Support Officer fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikant għandu jkun fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal- MQF fl-Accounting, Business Management/Administration, Business Studies, Financial Services, Insurance, Marketing, Economics jew Banking jew kwalifika professjonali kumparabbli. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 25 t'Ottubru, 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fid- 11 t'Ottubru 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx 'L-MUBE ħallietna fil-limbu... ma nafux x'se jsir minna'- L-ILLUM titkellem ma' impjegati tal-HSBC Wara l-aħbar li l-HSBC se tagħlaq tmien fergħat madwar Malta, minkejja li ngħataw struzzjonijiet biex ma jitkellmux mal-midja, l-ILLUM titkellem mal-impjegati li ma kienu jafu xejn qabel il-Ħamis lgħodu Andrew Beane