Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 proposti interessanti għall-ħaddiema, fosthom biex is-sick leave li ma ntużax fl-aħħar sitt snin jinġema' f 'każ li impjegat ikollu jużah minħabba mard serju u anke biex it-taxxa fuq il-part time u s-sahra tonqos minn 15% għal 10%. Proposti eċċellenti. Iżda min iħaddem jaqbel magħhom jew qabdu u fajru l-proposti? Mario de Marco wieġeb li tkellmu dwar dawn il-proposti, inkluż mal-Kamra tal- Kummerċ li taqbel ħafna mal-proposta ta' rata ta' taxxa ta' 10% għall-part time u s-sahra. Fi kliemu dawn mhu se jnaqqsu xejn lill-impjegatur anzi se jinċentivaw aktar lill-ħaddiema biex jaħdmu. Dwar il-proposta fuq is-sick leave ammetta li l-impjegaturi kellhom xi ftit jew wisq tar-riżervi, anke minħabba biża' li l-ħaddiem jabbuża mis-sick leave. Madanakollu, de Marco qal li ftit ftit qed jifhmu li din il-proposta qiegħda hemm għal min ma abbużax mis-sick leave. 'Biex tindirizza l-isfidi tal- għalliema trid tammetti li hemm problema' L-edukazzjoni. Nisimgħu ħafna fuq nuqqas ta' għalliema u sfidi fl-iskejjel iżda l-PN kien ftit vag fil-proposti tiegħu. Xi jrid eżatt il-PN? De Marco appella biex l-ewwel u qabel kollox il-Gvern ikun viċin l-istituzzjonijiet edukattivi, waqt li insista li n-nuqqas ta' għalliema mhuwiex sfida li bdiet ilbieraħ. "Il-Gvern qed jiċħad li hawn nuqqas ta' għalliema. Mhijiex realtà," qal de Marco. "Irridu ninvestu aktar fil-faċilitajiet edukattivi u fir-riżorsi edukattivi." "Iżda faċli tgħid li se tinvesti. Konkretament x'qed toffru?", staqsejtu. "Jien ma nistax ngħid se nalloka €10 miljun jew €20 miljun għax inkun prużuntuż... l-ewwel u qabel xejn trid tkun konxju tal-problema. Il-Gvern mhuwiex konxju." Il-PN u d-drittijiet solari. X'qed jipproponi? Fost l-aqwa proposti li għamel il-PN huma dawk ambjentali, fosthom miżuri għal dawk li l-istallazzjonijiet tagħhom, bħal panelli, jispiċċaw ikkundannati għad-dell kontinwu ta' bini għoli. Staqsejt lil de Marco x'inhuma eżatt dawn il-miżuri. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni saħaq li mhux qed jipproponu xi ħaġa ġdida. Barra minn Malta jeżisti kunċett ta' drittijiet solari fejn persuna jkollha dritt għal kumpensi jekk id-dar tagħha tispiċċa f 'dell assolut. F'Malta dan il- kunċett ma jeżistix. "Ejja naraw x'għamlu barra minn Malta biex daħlu u pproteġew dawn id- drittijiet," saħaq de Marco. 'Wasal iż-żmien għal diskussjoni serja fuq it- trasport tal-massa' Il-Partit Nazzjonalista baqa' konsistenti fuq il-proġett ta' trasport tal-massa. Ippropona dan qabel l-elezzjoni u baqa' jinsisti dwaru. Il-PN lest jerġa' jpoġġi għad-diskussjoni proposta konkreta, studjata, bid-dettalji kollha, inkluż bil- costings? De Marco saħaq li l-Gvern bħalissa qed jinvesti €700 miljun fit-toroq. Fi kliemu, meta jkun lest, il-problema tat-traffiku se tibqa' hemm, għax il-karozzi qed jibqgħu jiżdiedu. "Wasal iż-żmien li nagħmlu diskussjoni serja" insista de Marco. "Jekk qed ninvestu €700 miljun fit-twessigħ tat-toroq, wasal iż-żmien li nagħmlu investiment simili f 'xi ħaġa li vera ssolvi l-problema." Mistoqsi jekk il-PN hux ċert li trasport tal-massa jista' jseħħ, de Marco pront wieġeb "iva." Mhux għalxejn tipproponu? Tliftu l-fiduċja... Qlibna ftit id-diskors. Staqsejt lil de Marco jibżax li minħabba l-inkwiet intern fil-PN, dokument bħal dan, anke jekk tajjeb, in-nies lanqas biss jikkunsidrawh, għax il-PN tilef il- kredibbilità kollha u kważi kważi sar irrilevanti. "Hija l-akbar sfida tagħna. Irridu nkunu realistiċi. Irridu nibdew nirbħu l-kredibbilità tagħna man-nies. Dokument bħal dan jista' jkun l-ewwel pass," insista de Marco. Meta ħareġ dan id-dokument, il- PN enfasizza ħafna li fuqu ħadmu d-Deputati kollha. Komplejt nistaqsih jekk dan għamluhx biex jagħtu l-impressjoni li f 'daqqa waħda, fil-Grupp Parlamentari kollox ward u żahar. "Il-ħidma mexxejtha jiena. Nassigurak li kelli l-kontribuzzjoni ta' kulħadd," insista. Il-PN kif se jirbaħ lura lin-nies ta' Daphne? Nhar l-Erbgħa jaħbat it-tieni anniversarju mill-qtil ta' Caruana Galizia. Tkellimt ma' de Marco dwar il- fatt li kemm ilu Adrian Delia Kap, il-PN tilef lil dawk in-nies "ta' Daphne." Din il-ġimgħa, anke missier Caruana Galizia akkuża lill-PN b'opportuniżmu għax organizza quddiesa u attività biex ifakkar lill-ġurnalista. Il-PN jista' jirbaħ lura l-fiduċja ta' dawn in-nies? Mingħajrhom jista' jirbaħ elezzjoni? "Il-PN għandu bżonn lil kulħadd. Naħseb li hija l-akbar sfida li qed jiffaċja l-Partit Nazzjonalista," saħaq de Marco aktar minn darba. Fi kliemu, minħabba dak li għaddew minnu, wieħed jista' jifhem il-weġgħat tal-familja u l-ħbieb ta' Daphne meta dawn jesprimu l-fehmiet tagħhom. "Il-PN għandu jkun sensittiv għal dawn il-weġgħat iżda ma jistax jibqa' lura minn dak li jemmen fih, fosthom il- libertà tal-espressjoni," insista d-Deputat. Jekk tridu tirbħu l-fiduċja lura, ma taħsibx li tridu wċuħ ġodda? Tkellem ħafna dwar il-bżonn li l-PN jikseb lura l-fiduċja tan-nies. Staqsejtu jekk wasalx iż-żmien li l-PN, biex jikseb lura l-fiduċja tan-nies, ikollu wċuħ ġodda, anke fil-Grupp Parlamentari u mhux jibqa' bl-istess nies li fl-2013 qalgħu l-akbar tkaxkira f 'elezzjoni ġenerali. Skont de Marco, il-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalisti huma wċuħ ġodda. "Nemmen li l-ħajja hija ċikli. Anke l-politika. Iċ-ċikli jservu biex partiti jirrinovaw lilhom infushom," kompla jisħaq. "Fis-snin disgħin ħadd ma kien jemmen li l-Labour se jirrinova lilu nnifsu kif għamel. Niftakar li meta tilef l-elezzjoni tal-2008, kien hemm min beda jkanta 'spiċċa l-Labour'." Il-PN, b'Adrian Delia jista' qatt jirbaħ elezzjoni? Staqsejtu jekk sinċerament jemminx li l-PN jista' jerġa' jkun fil-Gvern u mhux beda t-triq tad-diżintegrazzjoni. "Il-PN se jerġa' jkun fil-Gvern," wieġeb bla tlaqliq. "Anke b'Adrian Delia?" staqsejtu. Ma weġibx direttament. Qal biss li ġimgħa fil-politika hija twila. "Ejjew nitgħallmu miż-żminijiet li qegħdin fihom. Titgħallem mit-tbatija mhux mill-ġid. Irridu nkunu umli biżżejjed biex nitgħallmu u intelliġenti biex nimplimentaw dak li nitgħallmu," temm jgħid de Marco. "Minn din is- sitwazzjoni li ninsabu fiha se nitgħallmu biex inkunu aktar b'saħħitna." Intervista Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum kulħadd anke lin-nies ta' Daphne Il-mument li ssir dipendenti mill- bejgħ taċ-ċittadinanza, allura se jkollok pressjoni qawwija biex tbigħ aktar u dan huwa kontra l-interess tagħna stess Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019