Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
23 SA mill-bidu nett, kif pront rajt il-logo tal-Warner Bros (dik li kienu jużaw lejn l-aħħar tas-snin sebgħin u dawk tal-bidu tas-snin tmenin), indunajt li Joker se jkun ambjentat f 'dik l-epoka. Komplejt ikkomfermajt dan kollu meta anki l-istruttura tal-kuluri użati tikkumplimenta dan il-perjodu. The Joker huwa karattru stabbli fil-kotba komiks dwar Batman u avversarju potenti tiegħu. Fil-bidu tas- snin tmenin, Gotham City tinsab f 'taqlib kbir - maqsuma f 'komunitajiet ta' dawk sinjuri u oħrajn ħaddiema jew fqar, biż- żibel jinġema' ma' kullimkien. Arthur Fleck (Phoenix) hu bniedem bi problemi mentali, fosthom dik li jinfexx f 'daħka sfrenata li ddejjaq lil ta' madwaru, u li jsibha bi tqila biex jintegra mal-oħrajn. L-unika waħda li jafda hi ommu, Penny (Conroy), fraġli, marida u li dejjem twissih biex juri wiċċ ferħan minkejja li ma jħossux hekk. Ix-xogħol tiegħu hu li jpinġi maskri u anki jilbes ta' buffu biex jgħatti l-imrar u l-iżolazzjoni li jħoss ġo fih. Meta bil-lejl ikun immaltrattat mill-bulijiet, imżebblah miż- żgħażagħ tat-tajjeb, jew jinkuh sħabu l-buffi tax-xogħol, dan jinqata' f 'dinja għalih waħdu u f 'moħħu jipprepara għall- vendetta. Arthur ma jibqagħlux ħbieb, iżda jikkonsidra lil kulħadd għadu tiegħu. Anki meta jipprova jsir kummidjant f 'wirja tat-TV, iċ-ċajtiet li jgħid jirbumbjaw fuqu. Din l-eżistenza ta' apatija u krudeltà kif ukoll ingann mistur, tant taħkem fuqu li jibda jieħu deċiżjonijiet ħżiena waħda wara l-oħra. Tant li anki kellu xi jgħid ma' Thomas Wayne (Cullen), is-Sindku biljunarju tal-belt, li ommu kienet taħdem miegħu, wara li joħroġ mit-teatru flimkien ma' martu u t-tifel Bruce Wayne (il-futur Batman). Joker ifakkar il-karattru ġo film mhux ispirat mid-DC kotba komiks dwar Batman, fejn dan is-supereroj jkun għadu tifel li għadda minn traġedja familjari. Is-sekwenzi tal-ferrovija ta' taħt l-art ifakkru f 'Charles Bronson, il-viġilant ta' Death Wish, waqt li t-triqat bil- lejl ta' Gotham City mhumiex differenti minn New York ta' Taxi Driver. Din il-produzzjoni tgawdi mill-preżenza fiżika u awtorevoli ta' Joaquin Phoenix, b'wiċċ li kultant ibeżża', ġisem taħt dieta stretta u b'burdata li ma tkunx taf fejn qiegħed miegħu. Fil-parti ta' The Joker tal-passat, Jack Nicholson u Heath Ledger kienu brillanti, iżda hawn Phoenix tassew jikkumplimentahom. Minkejja li hu xogħol b'atmosfera kontinwament oskura, li kważi twerwer u anki diżgustanti, dan hu film eċċellenti u anki divertenti! illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema JOKER Atturi Ewlenin: Joaquin Phoenix; Robert DeNiro; Zazie Beetz; Frances Conroy; Brett Cullen; Bill Camp Direttur: Todd Phillips Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 122 min. Ċert. 15 DONNU li fil- produzzjonijiet animati ta' dan l-aħħar, meta l-protagonista tkun tfajla, din aktarx tkun waħda spirituża, indipendenti, li trid tisfida r-regoli stabbli tal-lokal jew pajjiż tagħha, jew dawk riġidi tal- familja, kif ukoll tazzarda fuq vjaġġ, missjoni jew avventura perikoluża. Fost dawn insibu l-erojini ta' Brave, Moana u Lenore tal-film Charming, u diversi oħrajn. B'enerġija vitali żagħżugħa bħalhom, Yi (vuċi ta' Bennett) ta' Abominable li meta tiskopri ferħ żgħir mitluf, imbeżża' u ferut ta' Yeti (annimal mitoloġiku li suppost jgħix qalb il- muntanji madwar Everest) fuq il-bejt tal-appartament tal-familja tagħha, barra li ddewwih, tħarrbu fuq vjaġġ ta' madwar 2,000 mil, mal-ħabib Jin (Trainor) u l-kuġin Peng (Tsai) biex terġa' troddu lura mal- familja tiegħu. Dawn iridu joqogħdu attenti dejjem pass 'il quddiem minn Burnish (Izzard), negozjant sinjurun iffissat li jaqbad annimal bħal dan sa minn meta lemaħ wieħed meta kien għadu tifel u minn Dr Zara (Paulsen), żuloġista li akkost ta' kollox tridu biex tagħmel reklam speċjali bih mal-annimali l-oħrajn. Naturalment, dan il-vjaġġ ikun mimli perikli minn dawk li qed isusu warajhom b'armi u trakkijiet armati, minn lokalitajiet ta' klima estrema, sħana u kesħa, u anki diżastri naturali bħal xi valanga jew maltempata qawwija ta' riħ u silġ, kif ukoll xi pont mhux sod. Abominable jesibixxi kultura Ċiniża, postijiet eżotiċi sbieħ. Jagħti wkoll importanza lill-familja unità u magħquda, lill-ħbiberija u solidarjetà. Dan huwa wieħed minn tal-ewwel xogħlijiet ta' kumpanija maġġura ta' Hollywood dirett minn mara bi protagonista tfajla. Waħda mill-kumpaniji produtturi, Pearl Studio, hi bbażata fl-Orjent! Vuċijiet Ewlenin: Chloe Bennett; Tenzing Norgay Trainor; Eddie Izzard; Sarah Paulsen; Tsai Chin; Michelle Wong; Al- bert Tsai Direttriċi: Jill Culton Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 97 min. Ċert. PG ABOMINABLE