Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 GAIL Zammit - fost l-aqwa plejers fin-netball lokali fejn hija timmilita ma' Blackbacks. F'din l-intervista, tħeġġeġ bis-sħiħ lill-atleti femminili biex jibdew jipprattikaw l-isport tant sabiħ tan- netball. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? Prattikament mit-twelid, trabbejt fl-isport, għaliex il-ġenituri tiegħi u l-ħbieb tagħhom kienu attivi. B'hekk kont familjari ma' bosta sports, iżda ta' seba' snin iddeċidejt li nimxi fuq il-passi ta' ommi u għażilt in-netball. Int tilgħab ma' Silverbacks fejn matul dawn l-aħħar snin irbaħtu diversi unuri. Agħtina iktar dettalji. L-istaġun li għadda kien l-ewwel wieħed li jien ingħaqadt mat- tim ta' Backs Netball, u proprju din is-sena kemm Silverbacks kif ukoll Blackbacks (iż-żewġ timijiet tal-klabb tagħna) rbaħna kemm il-kampjonat kif ukoll in-knockout. X'tgħidilna dwar it-timijiet li jiffurmaw il-kampjonat femminili tan-netball? Il-kampjonat tan- netball jinqasam fi tliet diviżjonijiet. Fl-ewwel diviżjoni jinsabu tmien timijiet. Fit-tieni diviżjoni jinsabu seba' timijiet u fid-diviżjoni tal-U17 jinsabu tliet timijiet. Proprju fl-istaġun li jmiss, Blackbacks Club għall- ewwel darba ser ikun qed jilgħab ukoll fl-Ewwel Diviżjoni minħabba r-rebħ tal-kampjonat. Bħala riżorsi fejn titħarrġu dawn huma ta' livell għoli jew fadal fejn isir titjib? Fl-opinjoni tiegħi, mhux bħala riżorsi ta' fejn nitħarrġu biss iżda b'mod ġenerali, inħoss, li l-isport tan-netball ma jingħatax l-importanza li ħaqqu f 'pajjiżna. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonalifemminili tan- netball. Kif sejrin bħalissa? Sfortunatament, l-istaġun li għadda, it-timijiet nazzjonali tal – U21 u 'Open' ma setgħux isiru. Inħoss li bħala atleti aħna lesti għal sfidi kbar, b'hekk hija ħasra li ma kellniex l-opportunitajiet din is- sena. Taħseb li f 'pajjiżna l-media tagħti importanza lin-netball? Le. In-netball meta kkumparat ma' sports oħra ġewwa Malta mhuwiex jingħata importanza, mhux mill-media biss. Fil-fatt, ħafna Maltin ma jafux dan l-isport x'inhu. Bħala għajnuna finanzjarja ssibu SportMalta kif ukoll mill- Kumitat Olimpiku Malti fin-netball? Iva, iżda n-netball mhuwiex rikonoxxut daqs sports oħrajn. L-iskejjel f 'Malta qegħdin jippromovu dan l-isport biżżejjed? Fl-opinjoni tiegħi, in- netball qed ikun familjari biss mal-istudenti li jagħżlu l-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett, u mhux mal- istudenti kollha. Rigward konkorrenza miż- żgħażagħ hemm interess f 'dan l-isport? Din il-konkorrenza dejjem qiegħda tiżdied, minħabba l-fatt li l-atleti tan-netball ifaħħru ħafna dan l-isport minħabba l-imħabba li għandna lejh. Fil-fatt bosta mill- klabbs qed jibnu timijiet ġodda, fejn fosthom ikunu żgħażagħ. Hemm interess mill- pubbliku sportiv Malti lejn dan l-isport? Meta kkumparat ma' sport ieħor, il-pubbliku inġenerali ma tantx isewgi xi jkun qed jiġri fin-netball. Iżda familjari u ħbieb tagħna l-atleti dejjem jagħtuna l-appoġġ tagħhom waqt il-logħob. Għandek xi idoli kemm fil-ħajja kif ukoll fil-kamp sportiv forsi relatati man- netball? Għandi żewġ idoli fil-qasam tan-netball, kemm dak lokali u dak internazzjonali. Fil-qasam lokali, l-għażiża ommi, għaliex anke meta bdiet tikber waqt li tieħu ħsiebna, l-isport dejjem żammitu ta' prijorità. Dan filwaqt li fil-qasam internazzjonali, l-idolu tiegħi hija Maria Folau. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw in- netball. L-isport huwa importanti immens għal kwalunkwe persuna, kemm minħabba s-saħħa mentali, kif ukoll minħabba s-saħħa fiżika. B'hekk jiena nħeġġeġ lil kwalunkwe tfajla sabiex jekk jinteressaha l-isport ma' tim, in-netball huwa sport ideali. Apparti li l-logħba hija interessanti, filwaqt li persuna tirrilassa mill- istress tal-ħajja, tkun qiegħda wkoll tibża' għal saħħitha. Bħal kull sport jgħinek ukoll tibni relazzjonijiet ġodda u tagħmel il-ħbieb. Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum In-netball: l-isport f 'tim ideali Cristian Antony Muscat Gail Zammit fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019